MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1521708

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 2 TA' ĠUNJU 2024 • NRU 920 19-il priġunier fil-psikjatrija forensika ta' Monte Karmeli se jitmexxew f'unit speċjali ġdid f'Mater Dei PAĠNA 4 Marco Bonnici, President tal-MUT – l-Union tal- Għalliema – kellu jwaqqaf ħesrem il-laqgħa tal- għalliema fejn kien qed jippreżenta parti mill- proposti tal-pakkett tal- ftehim kollettiv permezz ta' slides. Bonnici beda jispjega li l-iskala 6, setgħet tintaħaq biss 'by call' u tħaddan fiha responsabbiltajiet addizzjonali bħalma jsir fiċ- ċivil. Għal din kien hemm reazzjoni negattiva u Bonnici kellu jwaqqaf il-laqgħa. Imma Bonnici ma qalx lil dawk preżenti li l-Gvern kien lest joffri allowance ta' ftit inqas minn €2,000 fis-sena għal dawk li jaslu għal skala 6. Il-pakkett offrut mill- Gvern se jikkontribwixxi biex l-istatus tal-għalliema jitjieb sostanzjalment. Kien hemm min esprima l-inkwiet li ftehim f 'dan l-istadju ftit ġranet qabel l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u dawk tal-Parlament Ewropew kien maħsub biex jinfluwenza l-vot. Min-naħa l-oħra kien hemm oħrajn li xtaqu jaraw konklużjoni għal dawn it- taħditiet. Minkejja li dan il-pakkett jaħseb fl-istatus fiskali tal-għalliem, ftit li xejn ibiddel il-kundizzjonijiet tal- għalliema favur l-iskejjel u t-tfal. Il-ftehim il-ġdid jawgura tajjeb għall-professjoni tal- għalliema, u joffri wkoll inċentiv tajjeb biex ikun hemm interess f 'din il- professjoni li qed issofri minn nuqqas kbir ta' riżorsi umani. Fl-istess waqt titjib fil- kundizzjonijiet tal-għalliema fl-iskejjel tal-Gvern u tal- Knisja se jwassal biex bil-fors jinbidlu l-kundizzjonijiet tal- għalliema fl-iskejjel privati. U dan jirriżulta f 'tibdil ukoll fil-miżati tal-iskejjel privati u dan jista' jwassal biex aktar familji jkollhom pressjoni fuqhom biex ilaħħqu mal- miżati l-ġodda. L-għalliema jgħajru lil Bonnici waqt il-preżentazzjoni tal- pakkett finanzjarju l-ġdid EDITORJAL L-elezzjoni li jmiss Din hija l-kampanja elettorali 2024 mingħajr ix-xinxilli, narrattiva politika bla sorpriżi, dibattitu politiku fjakk u sa ċertu punt skadut. U dan hu rifless fil-persentaġġ kbir ta' nies li qed jgħidu li mhux se jivvutaw; għax mhumiex interessati u, fuq kollox, għax ma jridux. Hemm ukoll xi ħaġa oħra li nsejna ... in-nies mhumiex ċwieċ. Jafu li l-parteċipazzjoni ta' Malta fl-Unjoni Ewropea mhux se tbiddel il-ħajja tagħhom. Anzi konvinti li l-ħajja tagħhom se tibqa l-istess. Il-politika ta' Roberta Metsola jew ta' Alex Agius Saliba ftit se tagħmel differenza fuq il- kwalità tal-ħajja tal-Maltin minkejja dak kollu li jgħidu. IKOMPLI F'PAĠNA 11 Marco Bonnici, kellu jwaqqaf laqgħa mal-membri tal-MUT minħabba reazzjoni ħażina għal proposta marbuta mal-iskala 6

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 June 2024