Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1521708
02 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' ĠUNJU 2024 • illum GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' ME JJU SAL-20 TA' ĠUNJU: Fl-ewwel ġimgħa tax-xahar ta' Ġunju waqt iż-żodjaku ta' Gemini, għalik, l-istess Gemini se jkun perjodu ta' iżjed tkattir li fil-preżent qed tesperjenza. Agħraf żomm bilanċ bejn il-karriera u l-madwar sabiex tevita xi konsegwenzi. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Sagittarius. Namaste. LEO (ID DURBIES), MIT-23 TA' LUL JU SAT-22 TA' AWWISSU: Fl-ewwel ġimgħa tax-xahar ta' Ġunju waqt iż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Leo se jagħmlek tkattar iżjed ix-xewqa lejn dik mixtieqa. B'hekk tista' tagħraf minn issa u tkun aktar imħejji biex tilqa' għal probabbiltà ta' bidla. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Taurus. Namaste. VIRGO (L-GĦODRA), MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU: Fl-ewwel ġimgħa tax-xahar ta' Ġunju waqt iż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Virgo se tagħmlek tagħraf aktar kif għandek tiddeċiedi għal xi deċiżjonijiet. Għalhekk twettaqx deċiżjonijiet mgħaġġla. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Scorpio. Namaste. SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU: Fl-ewwel ġimgħa tax-xahar ta' Ġunju waqt iż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Sagittarius se jagħmlek tagħraf iżjed dwar il-veru bżonn ta' direzzjoni tiegħek; żmien oppurtun sabiex terġa' tikseb dik il-motivazjoni. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Gemini. Namaste. AQUARIUS (IŻ-ŻIR), MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR: Fl-ewwel ġimgħa tax-xahar ta' Ġunju waqt iż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Aquarius se jkun ifisser li trid trattab xi deċiżjonijiet li esperjenzajt fil-passat. Għalhekk agħraf uża aktar moħħok. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Leo. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-Oroskopju għaż-żodjaku ta' Gemini MILL-ĦADD 2 TA' ĠUNJU SAS-SIBT 8 TA' ĠUNJU Il-grupp tal-Ħamas jinsab taħt pressjoni mill-Istati Uniti u r-Renju Unit, biex jaċċetta proposta mill-Gvern Iżraeljan, li tara l-waqfien mill-ġlied f 'Gaża u twiegħed ir-rikostruzzjoni tar-reġjun. Fl-aħħar xhur saru numru ta' attentati biex jintlaħaq il- paċi bejn Iżrael u Ħamas, li mhux biss ma rnexxewx imma wkoll iggravaw l-attakki fuq il- Palestinjani f 'Gaża. Jirreaġixxi għal proposta, il-President Amerikan Joe Biden insista li wasal iż-żmien li l-gwerra tara tmiemha. Qal ukoll li l-proposta tal-Iżrael għandha tinqasam f 'tlett fażijiet. L-ewwel fażi tara l-waqfien temporanju mill-ġlied għal sitt ġimgħat, u t-truppi Iżraeljani jirtiraw miż-żoni f 'Gaża. F'dan il-proċess tiżdied l-għajnuna umainitarja billi jibda' jidħol f 'Gaża minn tal-inqas 600 trakk kuljum. It-tieni fażi tassigura li l-ostaġġi kollha li qed jinżammu mill-Ħamas jittieħdu kollha l-Iżrael, u l-istess bl-ostaġġi ġewwa l-Iżrael miżmuma mill- Iżrael. It-tielet fażi, u "l-iktar waħda importanti," twassal għall- waqfien permanenti mill-ġlied u r-rikostruzzjoni ta' Gaża. Biden wera' frustrazzjoni mal-insistenza tal-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu, li indika li mhux beħsiebu jwaqqaf il-gwerra, iżda fi kliemi baqa' jiddefendi lil Iżrael. Huwa tefa' l-ballun f 'sieq il- Ħamas, u qal li jridu jkunu huma issa li jaċċettaw il-proposta. Minkejja l-pressjoni kollha, għad mhux magħruf jekk l-uffiċjali Iżraeljani jaqblux il-proposta. Biden qal li jaf b'persuni fil-gvern li mhumiex kuntenti biha, iżda hija din il- proposta li "verament hi ġusta." Intant, l-eks Prim Ministru Ingliż David Cameron, bħalissa s-Segretarju għall-Affarijiet Barranin Ingliż appella wkoll lil Ħamas biex jaċċettaw il- proposta. Min-naħa tagħhom, il-Ħamas irrikonoxxew il-proposta bħala "pass 'il quddiem," iżda qalu li l-poter militari biex jitwaqqfu jibqa' f 'idejn Netanyahu. Il-Ħamas taħt pressjoni mill- Amerikani biex jaċċettaw proposti għall-waqfien mill-ġlied Il-President Amerikan Joe Biden