MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1521708

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 2 TA' ĠUNJU 2024 Fl-2023 Malta taqbeż għall-ewwel darba r-rata ta' gradwati tal-Unjoni Ewropea Statistika tal-Eurostat tindika li fl-2023 ir-rata ta' dawk bejn il-25 u l-34 sena tal-gradwati laħqet is-46%. Dan kien ifisser li għall-ewwel darba r-rata ta' pajjiżna qabżet il-medja Ewropea. Din tal-aħħar kient tlaħħaq it-43% biss. Bir-riżultat miksub, Malta qabżet il- mira tal-Unjoni Ewropea li sal-2030 jkun hemm rata ta' gradwati li taqbeż il-45% tal-popolazzjoni ta' bejn il-25 u l-34 sena. Hemm 12-il pajjiż ieħor biss fl-Unjoni Ewropea li bħal Malta qabeż il- mira tal-istrateġija EU2030. Ir-rata ta' gradwati rġiel f 'Malta hi ta' 41%, jew ferm aktar minn 38% madwar l-Ewropa. Fost in-nisa f 'Malta r-rata hi ta' 54%, filwaqt li l-medja Ewropea hija ta' 49%. Fl-2012 ir-rata ta' gradwati f 'pajjiżna kienet ta' 28% biss, mentri dik fl-Unjoni Ewropea kienet 34%. Dan ifisser li tul amministrazzjonijiet Laburisti, mhux biss ir-rata ta' gradwati kważi rdoppjat, imma minn sitwazzjoni fejn pajjiżna kien taħt il-medja Ewropea, issa din inqabżet.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 June 2024