Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1521708
08 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' ĠUNJU 2024 • illum intervista 'Il-Prim Ministru jmexxi l-unika forza progressiva u liberali f'dan il-pajjiż' Ramona Attard, il- President tal-Partit Laburista titkellem mal-ILLUM fl- aħħar ġimgħa qabel l-elezzjonijiet tal- Kunsilli Lokali u tal- Parlament Ewropew IL-K AMPANJA QED IDDUR MADWAR IL-K AŻ TAL-VITALS. KEMM INTOM INKWETATI BĦALA PARTIT? Il-Kampanja tal-Partit Laburista ffukata man-nies. Xprunajna l-prijoritajiet fil-manifesti elettorali billi dorna lokalitajiet, pjazez u djar tan-nies li kellmuna fuq x'jixtiequ għall-familji tagħhom u għal pajjiżna. Min-naħa l-oħra, il-kampanja tal-Partit Nazzjonalista bbażata fuq inkjesta maġisterjali u saret mill-kuruturi tal- Qorti. Il-kampanja tal-Partit Laburista kienet waħda b'manifesti elettorali, kemm tal-Parlament Ewropew, kif ukoll tal-Kunsilli Lokali li huma mimlijin proposti sabiex intejbu l-ħajjiet tal- Maltin u nibqgħu nipproteġu l-aħjar interessi tal-Maltin, kemm fuq livell Ewropew, kif ukoll f 'Malta u Għawdex. Filwaqt li ż-żmien li fiha ħarġet l-inkjesta eżatt kif fetħu n-nomini tal- kandidati tal-Parlament Ewropew u wara sensiela ta' leaks mill-inkjesta, mhuwiex wieħed li jagħti serħan il-moħħ, issa dan il-proċess jiġi skrutinizzat fil-Qrati tagħna mit-timijiet legali rispettivi. Għalhekk issa nħallu b'mod seren l-istituzzjonijiet jaħdmu filwaqt li nidħlu fl-aħħar ġimgħa tal-kampanja elettorali u nkomplu niffukaw fuq il-prijoritajiet tal-Maltin u l-Għawdxin. TĦOSSU LI TLIFTU ĦAFNA BIL- FAT T LI EKS PRIM MINISTRU, DEPUTAT PRIM MINISTRU U EKS MINISTRI LABURISTI TRESSQU L-QORTI? Kif għedt fil-mistoqsija ta' qabel, issa hu l-mument li nħallu l-istituzzjonijiet jaħdmu. L-interess tagħna bħala Partit fil-Gvern hu li ssir ġustizzja kif xieraq u kif jixirqilhom il-Maltin u l-Għawdxin kollha. Iva għall-ġustizzja, iżda sodi kontra l-persekuzzjoni politika. IL-MESSAĠĠ TAL-PARTIT LABURISTA KIEN DE JJEM L-ISTABBILTÀ U INVESTIMENT GĦALL-FUTUR. KEMM GĦADU B'SAĦĦTU DAN IL-MESSAĠĠ? Il-Partit Laburista llum huwa garanzija ta' stabbiltà u investiment. Stabbiltà fit-tmexxija ekonomika tal- pajjiż u investiment kontinwu fin-nies permezz ta' politika li twieżen lil dawk l-iktar li għandhom bżonn. Jiggwidawna l-prinċipji tagħna li l-ekonomija taħdem għan-nies. Ekonomija soda kienet iċ-ċavetta sabiex għelibna sfidi li setgħu kellhom konsegwenzi serji, bħall-pandemija. Mingħajr ekonomija b'saħħitha ma kienx ikollna vaċċin li għenna noħorġu mill-pandemija u wage supplement biex ma jintilfux eluf ta' impjiegi. Ekonomija b'saħħitha kienet ukoll essenzjali biex il-Gvern Laburista jniedi l-iskema "Stabbilità", fejn il- prezzijiet ta' 'l fuq minn 450 prodott se jibqgħu stabbli sal-budget li ġej, miżura li affettwat b'mod pożittiv l-inflazzjoni. Fl-istess ħin pajjiżna għadu jattira investiment barrani b'saħħtu li joħloq impjiegi ta' kwalità għolja għal uliedna – bħall-investiment tal-Gimas, kumpanija li timmanifattura turbini tal-wind farms u espansjoni ta' €60 miljun tal-Baxter li timmanifattura apparat mediku. Dan huwa l-mod kif pajjiżna jibqa' joħloq il-ġid u xogħol ta' kwalità biex jissaħħu l-pagi tan-nies u noħolqu l-opportunitajiet għal uliedna f 'pajjiżna stess. HEMM ĦAFNA NIES LI SE JIVVOTAW GĦAL K ANDIDATI INDIPENDENTI, JEW GĦAL ĦADD. X'INHU L-MESSAĠĠ TIEGĦEK GĦALIHOM? Il-messaġġ tiegħi hu li elezzjoni tibda xejn b'xejn. Kwalunkwe stħarriġ huwa stampa tal-mument u għalhekk il-mument tal-votazzjoni hu essenzjali u dak ikun ibbażat fuq x'jiddeċiedi persuna fil-kwiet ta' daru.