MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1521708

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

09 intervista IL-ĦADD 2 TA' ĠUNJU 2024 • illum 'Ġimgħa oħra mhux ħa jkollna gvern ġdid, imma għandna opportunità biex nagħtu messaġġ' Michael Piccinino, Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista jitkellem mal-ILLUM fl-aħħar ġimgħa qabel l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u tal-Parlament Ewropew Dawn huma elezzjonijiet diffiċli ħafna għal min ikun fil-Gvern. Niftakar elezzjonijiet meta l-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni kien jirbaħ dawn l-elezzjonijiet u jitlef l-elezzjoni ġenerali. Madwar il-pajjiżi tal- Unjoni Ewropea, dawn l-elezzjonijiet dejjem jintużaw minn popli differenti sabiex jagħtu twissija lill-Gvern tal-ġurnata. Għalhekk, l-għan tal-Partit Laburista hu li jikseb il- maġġoranza tal-voti għax nemmnu li aħna l-unika forza politika b'tim ta' kandidati, kemm fuq livell Ewropew, kif ukoll fuq livell lokali, u dejjem ħdimna għall-aħjar interessi tal-Maltin u l-Għawdxin. Fuq kollox, dan il-pajjiż, immexxi mill- Prim Ministru Robert Abela, fl-aktar mumenti ibsin tiegħu dejjem għeleb kull sfida. Fuq kollox, il-Prim Ministru jmexxi l-unika forza progressiva u liberali f 'dan il- pajjiż li ħadmet biex ikollna d-divorzju u l-liġi reġgħet ġiet emendata biex il-familji jkunu jistgħu jgħixu ħajjithom mingħajr dewmien. Dan il-partit daħħal iż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess u d-dritt li jaddottaw, filwaqt li jagħti għotja ta' €10,000 lil min jaddotta. Dan il-partit daħħal il-liġi tal- identità tal-ġeneru, u t-terminazzjoni tat- tqala meta l-ħajja jew is-saħħa tal-mara tkun f 'periklu, u dan il-Partit biddel il-liġi tal- IVF sabiex inżidu r-rati ta' suċċess filwaqt li nagħtu l-mediċini tal-IVF b'xejn. Issa saħansitra sar ftehim mas-settur privat biex innaqqsu l-waiting lists għax f 'dan il-qasam il-ħin hu kruċjali biex tiżdied il-possibbiltà li persuna ssir ġenitur. Fl-aħħar disa' snin mal-400 tarbija twieldet grazzi għal din ir- riforma. FUQ L-AMBJENT, IL-PARTIT LABURISTA BAQA' MA INDIRIZZ AX L-IKTAR OĠĠET T IMPORTANTI, IL-LOC AL PLANS, U L-IPPJANAR. VER A, LI KIEN IL-PN LI GĦAMEL IT- TIBDILIET, IŻDA L-PL ILU FIL-GVERN IKTAR MINN 10 SNIN, U JEKK VER A QED JIDDE JJAQ MIS-SIT WAZZ JONI, JISTA' JBIDDILHA, LE? Il-Partit Laburista qed iwettaq riformi ambjentali importanti kbar. Qed jinħolqu spazji miftuħa ġodda, saħansitra minn spazji li qabel kienu miżbliet bħal Wied Fulija u l-Qortin. Qed nagħmlu riformi fil-qasam tal-iskart proprju fejn kien hemm miżbliet jew impjanti ta' riċiklaġġ. Qed ninvestu wkoll fl-ikbar proġetti ta' arja nadifa bħax-shore to ship. Dawn huma riformi ambjentali kbar li minnhom se jgawdu wliedna. Dwar il-pjanijiet lokali, il-Partit Laburista dejjem kien ċar. Nafu li dak il-pjan ta' ċerti drittijiet u l-Partit Laburista dejjem qal li mill-Gvern mhux se jieħu xi deċiżjoni li tnaqqas id-drittijiet tan-nies jew toħloq inċertezza kbira, imma fl-istess ħin ma jfissirx li ma nagħmlu xejn. Ħa nsemmilek tliet deċiżjonijiet tal-aħħar ġimgħat; salvajna Ħondoq ir-Rummien, se nibdlu l-pjan lokali għall-Wied il-Għajn biex ma ssirx il-marina, u l-istess f 'Bulebel biex insalvaw għelieqi li bil-pjan ta' Gvern Nazzjonalista kienu sejrin għal żvilupp industrijali. Iżda, mhux biss. Fl-aħħar xhur il-gvern qabad artijiet tiegħu li l-Partit Nazzjonalista kien daħħalhom fi skema għall-iżvilupp u minflok se nagħmlu fihom spazji miftuħa biex inkomplu nwettqu l-wegħda li kulħadd ikollu spazju miftuħ għaxar minuti mixi bogħod minn fejn jgħix. KIF INHU L-FEELING TAGĦKOM F'DIN IL-KAMPANJA? Naturalment din hija kampanja differenti mis-soltu, anke differenti milli kienet mistennija li tkun sa ftit ġimgħat ilu speċjalment wara li ġiet finalizzata l-Inkjesta Maġisterjali. Naturalment dan kollu ikabbar l-importanza ta' dawn l-elezzjonijiet u allura jagħmel iktar importanti l-irwol tagħna biex nikkonvinċu iktar nies jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista. KAMPANJA DDOMINATA MILL-KAŻ VITALS, IN-NIES FEHMU L-ARGUMENTI POLITIĊI TAGĦKOM FUQ DAN L-ISKANDLU? Nemmen li l-poplu Malti u Għawdex fehmu l-issues li hawn quddiemhom. Ċertament li l-maġġoranza fehmet li kien qed ikun misruq mill-Gvern Laburista. Naturalment irridu nkomplu naħdmu biex nikkonvinċu u nispjegaw lin-nies x'ġara f 'dan il-każ u x'ħa nagħmlu differenti aħna. KEMM INTI INKWETAT MIN- NUMRU TA' NIES LI QED JGĦIDU LI MHUX SE JIVVUTAW? Iktar milli inkwetanti, dan jirrikonoxxi li rridu naħdmu iktar biex nikkonvinċu iktar nies joħorġu jivvutaw. Ħaddieħor jipprova jbellagħha lin-nies li ż-żewġ partiti huma l-istess u aħna rridu nkomplu naħdmu biex nuru bil-fatti li dan mhux vera. Irridu nwasslu iktar il- messaġġ ta' x'għamel u x'ħa jkompli jagħmel il-Partit Nazzjonalista. X'INHU RIŻULTAT KONVINĊENTI GĦALIKOM? Aħna fil-bidu tal-kampanja għedna li għandna tliet għanijiet, li ntellgħu t-tielet siġġu, nerbħu ammont ta' Kunsilli Lokali lura, u li nnaqqsu d-distakk bejn il-Partiti b'mod sostanzjali. Roberta Metsola hija stilla tal-PN. Għalfejn ma kinitx fiċ-ċentru tal- kampanja tagħkom? Il-Partit Nazzjonalista għandu tmien kandidati validissimi u li jagħmluna kburin. Robert Metsola qed ikollha rwol ċentrali fil-kampanja tal-Partit tant li qed titkellem fil- mass rallies li qed jorganizza l-Partit Nazzjonalista apparti l-involviment tagħha fil-kampanja kemm fid-dehra u kemm fil-kuntatt man-nies. KEMM HU IMPORTANTI LI WIEĦED JIVVOTA GĦALL-PN? Ġimgħa oħra mhux ħa jkollna gvern ġdid, imma għandna opportunità biex nagħtu messaġġ ċar lill-Gvern li hemm bżonn bidla fid- direzzjoni. Hemm opportunità wkoll li l-vot tiegħek isaħħaħ il-Partit Nazzjonalista biex ikompli jaħdem u jkun alternattiva iktar b'saħħitha għal pajjiżna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 June 2024