MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1521708

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 2 TA' ĠUNJU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Sempreviva l-musical: X'tiswa fjura li ma tmut qatt? "Sempreviva l-musical" huwa l-ewwel musical addattat mill-kitba ta' Trevor Żahra. F'ħanut pittoresk tal-fjuri, il-musical isegwi l-istorja ta' Orren, li jqarraq bil-mewt bi fjuri immortali. Hekk kif jinnaviga l-imħabba, it-telf, u s-sigrieti tal-passat tiegħu, il-vjaġġ ta' Orren jiżvolġi b'umoriżmu, u daqqa ta' maġija. Lon Kirkop, drammaturgu u rumanzier versatili, flimkien ma' The New Victorians, aħwa-duo attraenti, servew bħala l-forza li mexxiet, kemm il-kompożizzjoni tal-mużika, kif ukoll il-kitba. Flimkien, huma mexxew lill-cast kollu permezz ta' vjaġġ kollaborattiv, fejn nisġu flimkien narrattiva li tiċċelebra l-kultura u l-letteratura Maltija. Francesca Scerri hija d-direttur multidimensjonali wara "Sempreviva l-musical", li b'aktar minn 15-il sena esperjenza fis-settur tal-arti u l-prestazzjoni, se ġġib rikkezza ta' talent u kreattività fuq il- palk uniku tal-ġonna fl-Imsida. Il-prestazzjonijiet se jkunu qed isiru fit-28, 29, u 30 ta' Ġunju fit-8:30pm. Biljetti jinqatgħu minn kettleclubmalta.com Miktub oriġinarjament bil-Franċiż minn Yasmina Reza u tradott għall-Ingliż minn Christopher Hampton, 'God of Carnage' huwa dramm b'direzzjoni ta' Andre Agius u se jkun qed jittella' bl-Ingliż. Il- kast se jkun magħmul minn erba' atturi rinomati ferm lokalment: Chris Dingli, Charlotte Grech, Chiara Hyzler u Pierre Stafrace. 'God of Carnage' hija dark comedy eċċezzjonali li ttellgħet għall-ewwel darba fl-2006 fi Zurich fejn imbagħad rebħet il-'Moliere Award for Best Play' ġewwa Pariġi. Fl-2008 għamlet id-debutt tagħha fil-West End b'kast li inkluda lil Ralph Fiennes, Tamsin Grieg, Ken Stott u Janet McTeer. Fid-debutt ta' Broadway fl-2009, il-kast kien magħmul minn Jeff Daniels, Hope Davis, James Gandolfini u Marcia Gay Harden. Minn dakinhar sal-lum, dan id-dramm ittella' f 'bosta teatri madwar id-dinja kollha, fejn ġibed lejh udjenzi numerużi. Din il-produzzjoni se tieħu lill-udjenza f 'sitwazzjoni ta' kunflitt li tiżviluppa bejn żewġ koppji ġenituri, meta jiltaqgħu sabiex jiddiskutu argument li kien hemm bejn uliedhom li għandhom 11-il sena. Hekk kif tikber u tiżdied it-tensjoni, din il-produzzjoni toffri kummentarju mill-aqwa dwar id-dinamika tas-soċjetà moderna li qed ngħixu fiha llum. Għalhekk titilfux din l-opportunità biex taraw din il-produzzjoni li se tesplora n-natura umana u ċ-ċivilizzazzjoni. 'God of Carnage' se tittella' fit-Teatru Manoel bejn is-6 u d-9 ta' Ġunju fit-8 ta' filgħaxija. Wieħed jista' jikseb il-biljetti minn fuq is-sit elettroniku www. teatrumanoel.mt jew mill-box office tat-Teatru Manoel, il-Belt Valletta. Teatru Manoel jippreżenta 'God of Carnage' – dramm fuq vjaġġ li jesplora n-natura umana 'God of Carnage' hija dark comedy eċċezzjonali li ttellgħet għall-ewwel darba fl-2006 fi Zurich

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 June 2024