MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1521708

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' ĠUNJU 2024 • illum 04 AVVIŻ GĦAL ŻEWĠ SEJĦIET GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej jixtieq iħabbar li se jiġu mnedija żewġ sejħiet għall-proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt: Prijorità 1: PO 1 - Ewropa aktar kompetittiva u aktar intelliġenti permezz tal-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti u konnettività tal-ICT reġjonali RSO1.2 – Naħsdu l-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni għaċ-ċittadini, il-kumpaniji, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-awtoritajiet pubbliċi (FEŻR) Dawn is-sejħiet jinvolvu investimenti kif indikat hawn taħt: Sejħa 19 għandha tiffoka fuq id-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika u l-entitajiet; Sejħa 20 għandha tiffoka fuq id-diġitalizzazzjoni tas-settur tas-saħħa. Dawn is-sejħiet ser ikunu miftuħa għal Ministeri, Dipartimenti tal-Gvern u entitajiet tas-Settur Pubbliku u se jagħlqu fit-30 ta' Settembru 2024, fl-16:00. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni tal-proposti għall-proġetti u d-dokumentazzjoni ta' appoġġ huma disponibbli fuq https://fondi.eu/what-funding-is-available/ . Applikanti prospettivi huma mistiedna jirreferu għall-Programm tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Linji Gwida tal-Eliġibilità sabiex jiġi żgurat li l-proġetti proposti huma eliġibbli għall-finanzjament taħt din is-sejħa għall-proposti ta' proġetti. Aktar informazzjoni dwar dawn is-sejħiet, kif ukoll sejħiet oħra, tista' tinkiseb mis-sit elettroniku https://fondi.eu/. Il-mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt. Ser tiġi organizzata sessjoni ta' informazzjoni nhar it-Tlieta, 11 ta' Ġunju fl-14:30, fl-uffiċini tas-Servizzi Ewropej f'Malta – 280, Triq ir-Repubblika, Valletta. Għal aktar dettalji jekk jogħġbok aċċessa l-kodiċi QR hawn taħt. MARIANNA CALLEJA Il-priġunieri li bħalissa qegħdin fil-psikjatrija forensika tal- Isptar Monte Karmeli, se jkunu qegħdin jitmexxew f 'sezzjoni tal-Psikjatrija Akuta f 'Mater Dei, f 'inqas minn tliet snin. Din l-aħbar, ikkonfermata mill- Ministeru għas-Saħħa, tiġi biss ġimgħa wara li tħabbar il-pjan ta' tliet fażijiet fid-dawl tal-għeluq tal-Isptar Monte Karmeli. "Fil-unit il-ġdid se jkun hemm sezzjoni speċjalizzata għall- psikjatrija forensika," il-Ministeru qal lill-ILLUM. Iwieġeb għall-mistoqsijiet mibgħuta mill-gazzetta, il- Ministeru fakkar li s-sezzjoni f 'Monte Karmeli hija estensjoni tas-servizzi korrezzjonali u mhix materja ta' saħħa u tal-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva. "Però, hemm djalogu kontinwu bejn iż-żewġ ministeri biex dejjem inħarsu u nissalvagwardjaw l-individwi konċernati," żied jgħid. Fil-fatt, jikkonfermaw dan id- djalogu, il-Ministeru għall-Intern żied jgħid li l-Aġenzija għas- Servizzi Korrettivi se tassigura li tali servizzi jibqgħu jkunu aċċessibbli għall-imsemmija priġunieri. Mingħajr ma daħal fl-istess dettall tal-Ministeru għas-Saħħa, il-Ministeru għall-Intern qal li kwalunkwe possibbiltà ta' rilokazzjoni tal-faċilità attwali se tkun "diskussa mal-professjonisti konċernati u wara djalogu bejn iż-żewġ Ministeri." It-taqsima forensika fil- konfini tal-Isptar Monte Karmeli għandha l-iskop ewlieni li tilħaq il-ħtiġijiet multidixxiplinarji ta' kura u appoġġ għall-priġunieri bi problemi ta' saħħa mentali. Persuni fi ħdan il-unit ikunu riferuti biex jirrisjedu f 'din il- faċilità skont id-direzzjoni tal- professjonisti mediċi. IL-PJAN TAT-TLIET FAŻIJIET, X'INHU? Il-Ministru għas-Saħħa ħabbar id-dettalji tal-pjan li se jara madwar 120 pazjent jinħareġ mill-Isptar Monter Karmeli, il- ġimgħa l-oħra. Il-pjan tat-tliet fażijiet mistenni jieħu madwar tliet snin, waqt li l-pazjenti jitmexxew fi djar fil- komunitajiet, grazzi għal ehim mas-settur privat. L-ewwel grupp ta' pazjenti li se jinħarġu se jkunu nies b'kundizzjonijiet ħfief u stabbli, u se jiġu mċaqalqa għal servizzi psikjatriċi mmexxija mill-Gvern fil-komunità jew djar li huma liċenzjati għall-użu psikjatriku u mmexxija minn NGOs oħra tas- saħħa mentali. It-tieni fażi se tara li s-servizz psikjatriku akut jiġi rilokat fl- Isptar Mater Dei, fejn se jkun hemm sala psikjatrika li kapaċi tilqa' madwar 30 pazjent. Is-sala psikjatrika fi ħdan Mater Dei kienet magħluqa biex tintuża bħala sala għall-pazjenti matul il- pandemija. L-aħħar fażi se tkun l-introduzzjoni ta' Sezzjoni tal- Psikjatrija Akuta, b'investiment ta' madwar €33 miljun. Din se tkun faċilità avvanzata u tkun tista' tilqa' 128 pazjent fl- Isptar Mater Dei. Il-Ministru spjega li l-mudell ta' kura li se jaddatta l-Gvern issa diġà jeżisti fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex, u jara kull tip ta' mard jiġi ttrattat fi sptar wieħed, mingħajr distinzjoni. Żied jgħid li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) tinsab fi proċess avvanzat biex tapplika għall-bini ta' dan il-unit, li mistenni jieħu madwar erba' snin biex jitlesta. 19-il priġunier fil-psikjatrija forensika ta' Monte Karmeli se jitmexxew f'unit speċjali ġdid f'Mater Dei Fid-dawl tal-għeluq tal-Isptar Monte Karmeli, il-Ministeri għas-Saħħa u dak tal- Intern, qed jiddiskutu bejniethom it-tmexxija ta' 19-il priġunier mill-psikjatrija forensika għal sezzjoni speċjalizzata fil-unit ġdid tal-psikjatrija akuta f'Mater Dei Il-MInistru tas-Saħħa Jo Etienne Abela

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 June 2024