Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522935
Sa mill-bidu nett taċ-ċinema, il- films tal-biża' u t-twerwir qajmu kurżità kbira lil ħafna nies. Dan hu ġeneru vast ħafna li jinkludi diversi aspetti, fosthom dawk sopranaturali, psikoloġiċi, tal- ġenn, ta' kreaturi mitiċi jew aljeni, minn sorsi letterarju (speċjalment kotba), kif ukoll ta' vjolenza brutali jew imdemmija fejn, fil-preżent, dawn il-kwalità ta' produzzjonijiet huma magħrufa bħala splatter movies. Matul is-snin, dan il-ġeneru ra tibdil konsiderevoli, kemm fl- andament tiegħu, kif ukoll fl- intensità li ġġenera. Kien biss it snin wara li bdew jidhru l-ewwel xogħlijiet ċinematografiċi f 'nofs is-snin disgħin tas-seklu għoxrin li l-Franċiż Georges Melies ħoloq La Manoir Du Diable, magħruf ukoll bħala e Haunted Castle jew e House Of e Devil (1896), film ta' 3 minuti biss li ġie kkunsidrat bħala l-ewwel film tal- biża'. Wara, bejn is-snin 1900 u 1920 inħadmu pataflun films tal-biża', jaħasra fil-preżent mitlufin għal dejjem. Dan il-ġeneru ta lok biex inħadmu diversi produzzjonijiet klassiċi bejn is-snin 1920 u 1930, il-maġġoranza minnhom muti, mill-Ġermanja ta' żmien ir-Repubblika Weimar (dik ta' qabel il-miġja tan-Nażisti). Fost dawn insibu e Cabinet Of Dr. Caligari (1920), Nosferatu (1922) (mill-ktieb ta' Bram Stoker Dracula), e Golem (1920), Waxworks (1924), e Hands Of Orlac (1924), Vampyr (1932) u oħrajn. Matul is-snin dehru ħafna films ta' livell għoli, xogħlijiet klassiċi u anki kulti. Dwar xi wħud minnhom se nagħti informazzjoni pertinenti b'mod kronoloġiku. Din il-lista mhijiex finali u kulħadd jista' jkollu l-għażla tiegħu. CAT PEOPLE (1942): Id- Direttur hu Jacques Tourneur u l-atturi huma Simone Simon, Kent Smith, Tom Conway u Jack Holm. It-tul ta' dan il-film hu 73 minuta. Forsi l-istorja u l-elementi tal- andament mhumiex daqshekk interessanti, iżda dan it-thriller klassiku jibbaża fuq mumenti ta' qtajja' u terrur u jinqeda l-aktar permezz ta' dellijiet chiaroscuro li tassew iżommuk imwaħħal mas- siġġu. Il-produttur Val Lewton wara dan id-debutt qawwi tiegħu kompla jsaħħar b'films oħrajn tal- biża' li ġew wara. Smith isir iħobb lill-istramba u mistħija Simon li hi ffissata li ġejja minn razza ta' panteri u li f 'xi att ta' mħabba tinbidel f 'waħda minnhom u ssir feroċi. Il-final hu wieħed intelliġenti b'atmosfera palpabbli ta' stennija ta' terrur. Dan il-film reġa' nħadem fl-1982, b'mod aktar elaborat, bil-kulur, aktar spint sesswalment, però b'inqas impatt. DEAD OF NIGHT (1945): Film Brittaniku dirett minn Alberto Cavalcanti, Charles Crichton u Basil Dearden b'tul ta' 102 minuti. Jaħdmu Mervyn Johns, Michael Redgrave, Roland Culver u Sally Ann Howes. Produzzjoni li tqajjimlek ġismek xewk xewk dwar ġabra ta' diversi mistednin ġo dar statali fejn kollha jirrakkontaw stejjer tal- waħx. Wieħed minnhom kien qed ibati minn ħolm makabru li issa tassew qed iseħħ. Tassew tajba s-sekwenza ta' Michael Redgrave bħala ventrilokwista (wieħed b'kapaċità li jitfa' leħnu f 'xi pupazz, eċċ.). NIGHT OF THE DEMON (1957). (U.S.A. CURSE OF THE DEMON): Film ta' 83 minuta dirett minn Jacques Tourneur, bl-atturi Dana Andrews, Peggy Cummins, Niall MacGinnes u Maurice Denham. Andrews hu psikoloġista strett u ċiniku li jmur l-Ingliterra għalkemm ma jemminx li serje ta' mwiet li seħħew kienu kkawżati minn seħer antik. L-atmosfera makabra u inkwetanti tal-film sa mill-bidu nett taqbdek ġo morsa u tassew tikkonvinċik u ma titilqekx sal-final. L-istorja hija bbażata minn fuq il-ktieb ta' Montagu R. James, Casting e Runes. Film eċċezzjonali f 'livell ta' xogħol kult. PSYCHO (1960): Forsi l-aktar film infami tal-maestro ta' produzzjonijiet tal-biża', eċitament u twerwir, id-Direttur Alfred Hitchcock. L-atturi huma Anthony Perkins, Janet Leigh, Vera Miles, John Gavin u Martin Balsam. Il-ħin ta' dan ix-xogħol verament smat hu ta' 108 minuti. Wara dawn is-snin kollha li għaddew minn fuqu, dan il-film għadu jbeżża' sal- preżent. Janet Leigh taħrab meta tisraq xi flus u tfittex fejn talloġġja għal lejl fil-Bates Motel (12-il kabina, 12-il xawer u 12 vakanti) immexxija minn Norman Bates, ġuvni mhux moħħu floku u mix- xwejħa "ommu" li dejjem kienet tiddominah. F'dan ix-xogħol brillanti li jwerwrek, Hitchcock juża ħafna set pieces li minkejja li rajna bħalhom bosta drabi hawn, bil-mużika b'battuti qawwija tal-bravu Bernard Herrmann, xorta jaqtgħuk minn ġewwa speċjalment il-qtil li jsir fix-xawer. Dan il-film li għamel suċċess kbir fi żmienu u li jibqa' jidwi fil- menti ħafna żmien wara li tarah, kien ikklassifikat għall-kbar biss. In-novella kitibha Robert Bloch, aktarx ispirata minn wieħed serial killer. Warajh ħarġu tliet sequels u xogħol ieħor għat-TV imsemmi Bates Motel. 14 films IL-ĦADD 23 TA' ĠUNJU 2024 • illum Carmel Bonnici L-aqwa films klassiċi tal-biża' matul is-snin (L-ewwel partit) SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp tit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp tit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Dead of Night huwa film Ingliz tal-orrur rari li inħadem fl-40ijiet Ix-xena ikonika tal-film Psycho, turi l-qtil brutali fix-xower, ta' Janet Leigh (Marlon Crane)