MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522935

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' ĠUNJU 2024 • illum CANCER (IL-QABRU), MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU F'din l-ewwel ġimgħa tar-raba' żodjaku ta' Cancer, għalik, l-istess Cancer se tkun ġimgħa li torganizza aħjar lilek innifsek. Taf li s'issa għandek ħafna toroq li dawn kollha jistgħu jagħtuk dik l-opportunità li tant tixtieq. Cancer huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Namaste. LIBRA (IL-MIŻIEN), MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU F'din l-ewwel ġimgħa tar-raba' żodjaku ta' Cancer, għalik, Libra se tkun ġimgħa li trid tagħraf aħjar minn issa dak li vera tixtieq. Issa huwa l-waqt ghal direzzjonijiet ġodda. Libra huma magħrufin għall- flessibbiltà tagħhom. Namaste. SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'din l-ewwel ġimgħa tar-raba' żodjaku ta' Cancer, għalik, Sagittarius se tkun ġimgħa li sservi bħala pawża sabiex grazzi ghaliha tkun tista' tirrifletti, tagħraf u taħseb sew. Analizza. Sagittarius huma magħrufin għal kemm huma nies umli. Namaste. CAPRICORN (IL-WOTT), MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR F'din l-ewwel ġimgħa tar-raba' żodjaku ta' Cancer, għalik, Capricorn se tkun dik il-ġimgħa li tkompli tissaħħaħ dwar dawk il-miri li qed twettaq. Ghalhekk ħares biss lejn 'il quddiem u mhux lura. Capricorn huma magħrufin li jservu ta' pont. Namaste. GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' ME JJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'din l-ewwel ġimgħa tar-raba' żodjaku ta' Cancer, għalik, Gemini se tkun ġimgħa fejn issa taf eżatt kif se twettaq it-tqassim tal-pjanijiet tiegħek. Għalhekk, agħraf emmen iżjed fik. Gemini huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Bidu tar-raba' żodjaku: Cancer (Qabru) MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LULJU Is-safeguarding Commission fi ħdan il-Knisja kkonkludiet 26 każ ta' allegat abbuż matul l-2023, b'18 minnhom ikunu fuq minuri. Dan kien imħabbar waqt il- publikazzjoni tar-rapport dwar il-ħidma tas-Safeguarding Commission matul issena li għaddiet. Il-kummissjoni tinvestiga każi ta' abbuż fi ħdan l-istrutturi tal-knisja, waqt li tippromwovi l-ħarsien tal-adulti vulnerabbli u t-tfal. Erba' mit-18-il każ ta' abbuż fuq minuri ġew sostanzjati Mit-18-il każ li ġew irraportati fuq minuri, erbgħa ġew issostanzjati, wieħed ġie partjalment sostanzjat, waqt li każijiet oħra kienu lajċi. Il-Kap tal-Kummissjoni Mark Pellicano spjega li każ ieħor ma kienx ta' tħassib, filwaqt li tliet każijiet oħra kienu investigati internament. Ħames każijiet ġew referuti lil entitajiet jew isqfijiet barra minn Malta u ġew indirizzati minnhom. Sitt każijiet oħra ma kinux jeħtieġu aktar azzjoni, b'Pellicano jgħid li dan jista' jkun minħabba każijiet li kienu ngħalqu fil-passat. Il-Kummissjoni għalqet ukoll tmien każijiet li kienu jinvolvu adulti vulnerabbli, b'erbgħa minnhom seħħew 10 snin jew aktar ilu. Mit-18-il inċident li kienu jinvolvu minorenni, disgħa seħħew 10 snin jew aktar ilu. Safeguarding Commission tal-knisja tikkonkludi 26 każ ta' allegat abbuż fl-2023 Il-Kap tal-Kummissjoni Mark Pellicano (ċentru) waqt il-publikazzjoni tar-rapport dwar il-ħidma tas- Safeguarding Commission Se jibdew it-taħditiet biex l-Ukrajna tidħol fl-UE It-Tlieta li ġej, l-Unjoni Ewropea se tibda' bit- taħditiet fil-Lussemburgu dwar l-isħubija tal- Ukrajna u l-Moldova. Il-Belġju, bħalissa l-President tal-Kunsill tal-UE, ikkonferma dan, waqt li spjega li l-pass li jmiss hu li jiġi diskuss qafas tan-negozjati dwar l-isħubija ta' dawn iż-żewġ pajjiżi. Sena ilu, il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea, inkluż il-Prim Ministru Robert Abela, kienu qablu mal- bidu tan-negozjati tas-sħubija. Dan wara li kien seħħ eżaminazzjoni mill-fergħa eżekuttiva tal-UE. Iż-żewġ pajjiżi applikaw biex jissieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-2022, wara li r-Russja invadiet l-Ukrajna. Il-proċess tas-sħubija hu maħsub jieħu numru ta' snin, iżda l-konferma tat-taħditiet xorta kkuntenta lill-Presidenti tal-pajjiżi kkonċernati, bil-President tal-Ukrajna kif ukoll tal-Moldova jesprimu l-gratitudni tagħhom. Il-President Ukren Volodymyr Zelenskyy irringrazzja lil kull min għamel dan il-mument storiku realtà, waqt li qal li "l-Ukrajna se tirritorna fl-Ewropa biex fl-aħħar tieħu postha fil-komunità Ewropea". Il-President tal-Moldova sostniet li "s-sħubija fl-EU tfisser li l-pajjiż miexi fit-triq li jista' jwassal għall-paċi, prosperità u ħajja aħjar għaċ-ċittadini". Il-president Ukren Volodymyr Zelenskyy

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 June 2024