MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522935

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 23 TA' ĠUNJU 2024 ĦU ĦSIEB SAĦĦTEK WAQT IS-SĦANA TAS-SAJF EVITA S-SĦANA Ibqa' ġewwa u oqgħod f'post għall-frisk fl-iktar parti sħuna tal-ġurnata. KUL IKEL ĦAFIF U FRISK Kul ikel ħafif u b'kontenut għoli ta' ilma, bħall-insalati u l-frott. IPPROTEĠI RUĦEK MIX-XEMX Ilbes ħafif, imxi fid-dell, indilek b'sunscreen, u ilbes kappell jekk se toħroġ barra. NIEĦDU ĦSIEB XULXIN Niftakru fl-anzjani, it-tfal, u f'dawk li jbatu minn kundizzjonijiet kroniċi. IXROB TA' SPISS Ixrob ilma b'mod regolari, anki meta ma tkunx bil-għatx. Evita l-alkoħol u l-kaffeina. ŻOMM DAREK FRISKA Agħlaq it-twieqi u l-blinds/purtieri matul il-jum u iftaħhom meta x-xemx tkun inqas qawwija. EŻERĊIZZJU FIL-FRISK L-eżerċizzju fiżiku ippjanah minn qabel u agħżel ħinijiet li fihom ix-xemx tkun inqas qalila. Evita li tagħmel l-eżerċizzju bejn il-11 AM u l-4 PM meta x-xemx tkun fl-aqwa tagħha. FITTEX GĦAJNUNA MEDIKA Jekk kawża tas-sħana qed tħoss sintomi bħal sturdament, dardir, tirremetti u uġigħ fil-muskoli, ċempel fuq 21 231 231. F'Mejju li għadda, ir-rata tal-inflazzjoni f 'pajjiżna naqset għal 1.5%. Din kienet l-anqas rata ta' għoli tal-ħajja fl-aħħar tliet snin. Fil-fatt kien f 'Mejju 2021, waqt li kienet għaddejja l-pandemija, li kienet osservata rata anqas ta' 1.3%. Bħala medja minn Marzu 2013 'l hawn, ir-rata medja tal-inflazzjoni kienet ta' 1.9%. L-ogħla rata ta' inflazzjoni fl- aħħar snin kienet osservata f 'Ottubru 2022, meta l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika kien irrapporta rata ta' 7.5%, jew ħames darbiet ir-rata preżenti. Dakinhar ir-rata ta' żieda fil-prezzijiet tal-ikel kienet kważi messet l-14%. Sa Jannar li għadda, din ir-rata kienet naqset għal it aktar minn 9%. Biex imbagħad, wara d-dħul tal-iskema Stabbiltà, ir-rata naqset bin- nofs għal 4.5%. L-istatistika uffiċjali tindika li bħala medja l-prezzijiet tal-ikel reġgħu marru għal-livell li kienu f 'Novembru li għadda. Fil-fatt analiżi tat-tendenzi fil-prezzijiet tal-prodotti tal-ikel tindika li Malta kellha l-akbar differenza fit- tendenza wara l-bidu ta' Frar li għadda, propju meta daħlet fis-seħħ l-iskema Stabbiltà. Fl-erba' xhur qabel il-bidu ta' Frar, il-prezzijiet tal-ikel f 'pajjiżna kienu għolew b'4%, mentri fl-erba' xhur ta' wara naqsu b'1.4%. Dan ifisser li kien hemm bidla ta' 5.3% fl- andament tal-prezzijiet tal- ikel. B'kuntrast madwar l-Unjoni Ewropea, fl-erba' xhur qabel Frar li għadda, ir-rata tal-inflazzjoni fil- prezzijiet tal-ikel kienet ta' 1.6% biss, jew anqas minn nofs dik f 'pajjiżna. Biex imbagħad fl-erba' xhur minn Frar 'l hawn, il-prezzijiet għolew b'0.3%. Jiġifieri madwar l-Ewropa, it-tnaqqis fl-inflazzjoni tal-prezzijiet tal-ikel matul iż-żewġ perjodi kien ta' 1.3%, jew kwart dik osservata f 'pajjiżna. Ta' min jinnota wkoll li għalkemm fil-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej kien hemm tnaqqis fir-rata tal- inflazzjoni tal-prezzijiet tal- ikel jew saħansitra tnaqqis fil-prezz tal-ikel, xorta hemm pajjiżi fejn dan ma seħħx. Eżempju ċar huwa Ċipru, nazzjon gżira bħalna, fejn l-inflazzjoni fil-prezzijiet tal- ikel tidher li qed tirranka sew. Ir-rata tal-inflazzjoni fl-anqas livell fi tliet snin – ċar l-effett pożittiv tal-iskema Stabbiltà

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 June 2024