MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522935

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 23 TA' ĠUNJU 2024 • NRU 923 Intervista mal-MEP Nazzjonalist Peter Agius PAĠNI 6 - 7 Il-Kummissjoni Maltija għall-Films għamlet aġġustamenti fil-kriterji tagħha tal-iskema tal-Cash Rebates. Dan bil- għan li jitnaqqas, jekk mhux jiġi eliminat, l-abbuż li kien qed iseħħ fuq il-crew tal- produzzjonijiet, b'mod partikolari fuq it-tim tekniku Malti. Il-kundizzjonijiet huma maqsuma bejn 10 linji gwida, u sett ġdid ta' rati għal kull membru tal-crew wara l-kwinti. L-iskema tal-cash rebates diġà kellha numru ta' obbligi li produtturi jridu jżommu magħhom. Fost l-obbligi li diġà kellha l-iskema, kien hemm li l-produzzjonijiet iridu jimpjegaw numru ta' persuni lokali jew jużaw kumpanija tas-servizz lokali, isegwu r-regolamenti tat-taxxa, u jissodisfaw obbligi promozzjonali u ta' taħriġ. Hija waħda minn dawn l-obbligi li bdiet toħloq tip ta' "abbuż." Sors qrib il-Kummissjoni tal-Films spjega lill-ILLUM kif il-Kummissjoni bdiet tinnota diskrepanza fil-paga, u l-kundizzjonijiet bejn ħaddiema tal-produzzjoni Maltin u dawk li ġejjin minn barra. Tivverifika dan ma' persuna oħra, l-ILLUM skopriet li dan kien qiegħed iseħħ x'aktarx minħabba li ma hawn l-ebda union li tista' taqbeż għat-tim Malti tal- produzzjoni. Persuni li ħadmu f 'dan ix-xogħol qalu mal-ILLUM li l-pagi ma kinux ħżiena kkumparati mal-pagi li wieħed jaqla' minn produzzjonijiet Maltin, iżda "l-kundizzjonijiet kienu orrur." Semmew kif kemm-il darba ħadmu sas- sigħat bikrin ta' filgħodu, mingħajr ma ġew ikkumpensati, fost problemi oħra. Iżda mid-dehra l-Kumissjoni tal-Films qabdet il-barri minn qrunu u ħarġet b'linji gwida sabiex dan l-abbuż jieqaf. AQRA IKTAR F'PAĠNA 4 Esklussiva: Il-Cash Rebate għall-films b'kundizzjonijiet ġodda u iktar stretti It-tankijiet tal-ilma fir-Rinella Il-PN: 'It-terminu ta' Gafà bħala Kummissarju m'għandux jiġġedded' In-nisa f'Malta aktar vulnerabbli għall-faqar Jinnota li fil-jiem li ġejjin, it-terminu tal-Kummisarju ta-Pulizija se jkun qed jagħlaq, il-PN iddikjara li t-terminu m'għandux jiġġedded. Il-Partit Nazzjonalista qal li din hi opportunità li fiha ż-żewġ naħat tal- Kamra kapaċi jaslu għall-qbil unanimu fuq persuna li tgawdi l-fiduċja tal-poplu Malti u persuna li għandha l-kredenzjali kollha meħtieġa biex taħdem favur Malta mingħajr biża' jew favuri lejn ħadd. PAĠNA 5 PAĠNA 16

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 June 2024