MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 30 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523373

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 30 TA' ĠUNJU 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Wara d-dikjarazzjonijiet solenni tal- Prim Ministru Robert Abela li l-Gvern irid ikun aktar sensittiv għal dak li qed jaħsbu l-Maltin u l-Għawdxin, komplejna nassistu għall-istess stil ta' deċiżjonijiet li jkomplu jirrabjaw lin- nies. Kien hemm tnejn din il-ġimgħa; waħda l-pjanijiet għal Birżebbuġa, fejn rajna proposta massiċċa ta' bini li ċertament ħalla n-nies ta' dawn l-inħawi mdejqin u inkwetati. Imbagħad rajna applikazzjoni ġdida li ġiet aċċettata mill-awtoritajiet rilevanti biex ikun hemm żvilupp ukoll massiċċ fl-inħawi tal-Mistra. Dan l-iżvilupp se jwassal, mhux biss biex ikun hemm impatt viżiv negattiv, iżda wkoll pressjoni żejda bit-traffiku u anki fuq servizzi oħra. Pajjiżna spiċċa bi klassi politika li tiddependi fuq il-klassi tan-negozju li bħalma nafu żżoqq lill-politiċi u li tgħidilhom x'jagħmlu. L-agħar forma ta' politika hija dik xprunata minn interessi kbar li huma 'l bogħod ħafna mill-interessi tal-komunità. Wara l-elezzjoni għad-deputati għall-Parlament Ewropew kien hemm messaġġi ċari mill-elettorat: 1. fuq l-atteġġjament tal-Gvern fil- konfront tal-Eks Prim Ministru Joseph Muscat; 2. dwar il-politika ambjentali li tinjora l-ġid komuni; 3. dwar il-popolazzjoni enormi li qed tikber u qed toħnoq il-ħajja normali ta' ħafna nies u toħloq klawstrofobija bla limitu; 4. dwar il-futur tat-tfal tagħna. Madanakollu, fost affarijiet oħra, huwa ċar li n-nies qed jitkarrbu biex ikun hemm sinjali ċari li l-Gvern se jbiddel ir-rotta. Sinjali li jindikaw serjetà, kif ukoll determinazzjoni biex isiru tibdiliet. Dalwaqt ikun għadda xahar mill- elezzjoni u m'hemmx sinjali ċari jew rieda tajba biex jinbidlu l-affarijiet. M'hemmx sinjal li se tittieħed azzjoni serja u kuraġġuża. M'hemmx sinjali ċari li se jkun hemm deċiżjoni fuq capping ta' lukandi, ta' permessi ta' xogħol għal min jaħdem Malta, fuq tibdil fil-local plans, fuq tnaqqis fil-permessi għal żvilupp vertikali u inizjattivi biex ikun hawn aktar spazji miftuħa. Dan il-pajjiż mifni minn żvilupp ikrah u bla rażan. U huma l-politiċi li jaħtu ta' dan kollu, u huma l-politiċi li jistgħu jbiddlu dan kollu u jagħmlu pajjiżna aħjar. Issa jmiss li naraw azzjoni u mhux kliem

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 30 June 2024