Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523373
www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 30 TA' ĠUNJU 2024 • NRU 924 Intervista mal- kunsillier Furjaniż Nigel Holland PAĠNA 7 Hekk kif il-Ministru l-ġdid Jo Etienne Abela ħa r-riedni tal-Ministru tas-Saħħa f 'idejh mingħand Chris Fearne, jidher ċar li problemi amministrattivi fl-isptar Mater Dei mhux qed jiġu indirizzati. Filwaqt li Abela hu maħbub u rispettat mill-kollegi professjonali, il-fatt li qed iqatta' ħafna ħin jopera minflok jagħmilha ta' Ministru tas-Saħħa qed iwassal biex ikun hemm problemi serji f 'Mater Dei. Id-dispensa li jibqa' jopera ngħatat lilu mill-Prim Ministru imma bosta kollegi tiegħu fil-kabinett stqarrew ma' din il- gazzetta li l-ewwel prijorità hi l-pazjent u mhux il-politika. U ħafna minn dawn l-istess ministri qed jilmentaw li hemm stennija kbira f 'ħafna servizzi fl-isptar. Ministru partikolari qalilna: "Jo Etienne brillanti bħala kirurgu, imma m'għandux ħażen politiku u mhux qed jinduna li fl- isptar irid ikollok id tal-ħadid għax mis- sebgħa jieħdu l-id. Il-politika ġibnieha part- time jew hobby." Dan wara li fost l-iktar oġġett li semmew ħafna nies li tkellmu ma' politiċi Laburisti kien l-istennija esaġerata għal ċerti testijiet u apparti kollox anke d-dewmien inkredibbli fis-servizzi ta' emerġenza. Il-kontroversja tad-dispensa li politiku jitħalla jibqa' għaddej b'xogħol bħala kirurgu kienet ġrat qabel fil-każ ta' Franco Mercieca. Mercieca tant kien ħassu skomdu li ma baqax kirurgu li kien spiċċa ma baqax segretarju parlamentari. Chris Fearne, li qabel ma sar Ministru tas-Saħħa kien kirurgu ewlieni tat-tfal, kien għażel li jieqaf kompletament mix-xogħol tiegħu f 'dan il-qasam u jiddedika l-ħin kollu tiegħu għall-politika. L-istess Ministru li tkellem mal-ILLUM bil-patt li ismu ma jiġix żvelat qal hekk: "Is- saħħa u s-servizz tas-saħħa konna niaħru bih f 'kull żmien bħala Gvern Laburista, iżda b'din tal-Vitals hemm ċans li nispiċċaw nitilfu anke din." Fid-dawl kbira tal-kriżi li għandu Robert Abela, li jonqsu issa hu kriżi fil-qasam tas-saħħa. U minkejja l-fatt li għaddew tliet ġimgħat mir-riżultat tal-elezzjoni ġenerali fejn il-Partit Laburista esperjenza xita ta' voti mitlufa, s'issa ma kien hemm ebda mossa konkreta min-naħa tal-Prim Ministru biex jintbagħat messaġġ ċar li se jkun hemm tibdil. Tħassib serju dwar is- sitwazzjoni f'Mater Dei Ministru lill-gazzetta ILLUM: Jo Etienne brillanti bħala kirurgu, imma m'għandux ħażen politiku u mhux qed jinduna li fl-isptar irid ikollok id tal- ħadid għax mis-sebgħa jieħdu l-id. Il-politika ġibnieha part-time jew hobby Mistoqsijiet jekk il- Ministru Jo Etienne Abela huwiex iffukat biżżejjed hekk kif ikompli bix- xogħol tiegħu ta' kirurgu Iwaħħal fl-istraġi ambjentali iżda mhux fil- korruzzjoni Wara t-tkabbir ekonomiku rapidu, il-Maltin bdew ifittxu kwalità ta' ħajja aħjar, inkluż ambjent aħjar. Din, skont l-ekonomista u l-eks kandidat MEP Laburista Clint Azzopardi Flores, kienet ir-raġuni għar- riżultat xejn sabiħ għall-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew. Azzopardi Flores kien spiċċa ma ġiex elett. Hu jinjora kompletament il-fattur Muscat u l-każ Vitals bħala raġuni għar-riżultat elettorali. Azzopardi Flores jiddiskuti mal-ILLUM u jwissi lill-Partit Laburista dwar il-ħtieġa li jibqa' viċin in-nies. Azzopardi Flores jisħaq fuq l-importanza tal-kritika kostruttiva internament fi ħdan il- partit u l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet taċ- ċittadini kuljum. Huwa jiddiskuti wkoll kif il-Partit Laburista għandu jkompli jiffoka fuq il-perspettiva tal- ħaddiema u l-ambjent. AQRA AKTAR F'PAĠNA 5