MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 30 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523373

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

Paula Mifsud Bonnici hija l-kelliema tal-Partit Nazzjonalista għall-Anzjanità Attiva 08 aħbarijiet IL-ĦADD 30 TA' ĠUNJU 2024 • illum opinjoni L -ewwel reazzjoni tal- Prim Ministru Robert Abela għad-disfatta elettorali li ġarrab fit-8 ta' Ġunju li għadda kienet illi jwaħħal fil-ħaddiema taċ-ċivil għaliex dawn skontu mhux qed iwettqu xogħolhom u qegħdin hemm għall-cushy jobs. Mhux biss waħħal fihom imma heddid- hom li se jittieħdu passi kontri- hom jekk ma joqogħdux attenti. Robert Abela jidher li ma tgħallem xejn mill-messaġġ ċar li bagħatlu l-elettorat. Fil-paniku li kellu biex ta' madwaru ma jwaħħlux fih, iddeċieda li jitfa' t-tort fuq il-ħaddiema taċ-ċivil. Minflok faħħar dawk il-ħaddiema taċ-ċivil li qed ikunu gwardjani tal-gustizzja u qed jaraw li l-abbuż tal-Gvern jieqaf darba għal dejjem, iddeċieda li jheddidhom b'xogħolhom stess. Dan mhu xejn għajr intimidazzjoni u bullying. L-istunar ta' din id-dikjarazzjoni ta' Robert Abela nstema' wkoll mill-President ta' Malta, l-ET Miriam Spiteri Debono tant li f 'dawn l-aħħar jiem ħassitha fid- dover li titkellem dwar dawk kollha li jaħdmu maċ-ċivil u fis-Servizz Pubbliku fejn saħqet bl-aktar mod ċar li s-Servizz Pubbliku huwa wieħed mill-gwardjani tal- governanza tajba u li għandhom jaċċertaw li l-ħidma tagħhom tkun waħda li xxekkel li min ikun qed jabbuża. Nispera li Robert Abela fehem x'riedet tgħid il-President ta' Malta bħalma nispera li fehem ukoll li l-attakk assurd li għamel it ġimgħat ilu kontra l-ġudikatura ta' pajjiżna kien wieħed bla sens, perikoluż u tentattiv miskin biex idgħajjef is-sistema demokratika u s-saltna tad-dritt f 'pajjiżna. Ħafna nies qed jagħmlu l-istess mistoqsija – eżattament, għal liema cushy jobs kien qiegħed jirreferi Robert Abela fit-tentattiv iddisprat tiegħu biex jiskolpa lilu nnifsu? Jista' jkun li kien qiegħed jirreferi għal, pereżempju, il-cushy job li ta lil Svetlana Muscat, eks preżentatriċi tal-One fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fejn anke fil-ħabs stess sabet mezz ta' kif taqdi lin-nies tal-qalba ta' Joseph Muscat f 'laqgħat sigrieti? Jista' l-Prim Ministru jgħidilna pereżempju, kif u għaliex din il-persuna minn communications coordinator ingħatat l-inkarigu ta' Head of Strategy f 'Kordin? Għal Robert mhux kemm inti kapaċi, x'esperjenza toffri jew x'rekwiżiti għandek li jgħodd imma kemm inti kapaċi tkun sottomess għal dak kollu li jrid jakkwista dan il-Gvern sabiex jibqa' fil-poter. Xi ngħidu għall-Kummissarju tal-Pulizija li sfortunament matul dawn is-snin ilu jokkupa din il-kariga? Bl-ebda mod m'jien ninsinwa li l-irwol ta' Kummissarju tal-Pulizija huwa xi wieħed cushy, imma anki hawnhekk ħafna nies jistaqsu – għaliex dan il-Kummissarju ma ċaqlaq ebda difer biex jinvestiga l-abbuż u l-korruzzjoni ta' dan il-Gvern? Ejjew niakru li propju f 'Gunju 2020, waqt is-suppost grilling li sarlu mill-membri tal-Gvern biss (u dan għaliex l-Oppożizzjoni rriutat li tkun parti minn dan is- smigħ farsa għal raġunijiet ovvji), fil-Kumitat tal-Ħatriet Pubbliċi, Angelo Gafa' kien wiegħed li mhux se jħalli interferenzi politiċi fil-qadi ta' dmirijiet u kien saħansitra wiegħed ukoll li se jiżgura li joħloq strateġija fil-Korp ta' kif jittratta dawn l-interferenzi. Falla bi kbir u mal-ewwel għaliex il-Kummissarju ppermetta li jseħħ l-oppost minflok sa mill-mument tal-ħatra tiegħu. Omertà sħiħa bħal donnu ma kien qiegħed jiġri jew mhu qiegħed jiġri xejn f 'pajjiżna. Imnalla kienu l-qrati ta' pajjiżna, kemm fil-każ tas-serq tal-isptarijiet, kif ukoll f 'kull inkjesta pubblika li kellna li esprimew l-għadab tagħhom għas-serq, qerq, abbuż, korruzzjoni ta' dan il-Gvern immaniġġjata tant tajjeb minn Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri. li llum t-tlieta jinsabu taħt att ta' akkuża. L-Oppożizzjoni kienet għarfet sa mill-bidu nett li l-Kummissarju tal-Pulizija kien se jkun għodda f 'idejn il-Gvern u li l-Kummissarju ma kienx se jitħalla jagħmel ebda investigazzjoni minn jeddu fuq nies tal-qalba għajr fuq dawk il- persuni vulnerabbli li ġew akkużati li wettqu frodi fil-benefiċċji soċjali, għalkemm nafu wkoll li it jiem biss qabel l-elezzjoni Robert Abela, biex jiġbor it voti, wegħedhom il-maħfra presidenzjali. L-Oppożizzjoni trid tara Korp effettiv, li jaħdem mingħajr biża' jew mingħajr favuri. L-Oppożizzjoni trid tara Korp li jitħalla fil-libertà li jaqdi dmiru u li jfittex li ssir ġustizzja ma' kulħadd. Huwa għalhekk li l-Oppożizzjoni se terġa' tkun kontra li l-Kummissarju tal- Pulizija jiġġeddidlu t-terminu tiegħu. Huwa għalhekk ukoll li l-Oppożizzjoni se tkun qed tippreżenta abbozz ta' liġi dwar il- Ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija sabiex il-Kummissarju tal-Pulizija jibda jinħatar bl-approvazzjoni ta' żewż terzi mill-Kamra tar- Rappreżentanti. Dan l-abbozz ta' liġi kien diġà ġie ppreżentat fil-Parlament f 'Jannar 2020 iżda dan il-Gvern għoġbu jinjorah. L-Oppożizzjoni se tkun qed terġa' tagħti l-opportunità lil dan il- Gvern ikun fuq in-naħa tas-sewwa u li jara li l-Korp tal-Pulizija jerġa' jibda jgawdi l-fiduċja tal-poplu. Nistennew u nittamaw. Cushy jobs Paula Mifsud Bonnici Robert Abela jidher li ma tgħallem xejn mill-messaġġ ċar li bagħatlu l-elettorat. Fil-paniku li kellu biex ta' madwaru ma jwaħħlux fih, iddeċieda li jitfa' t-tort fuq il-ħaddiema taċ- ċivil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 30 June 2024