Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523373
opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 30 TA' ĠUNJU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti 'Suldat ta' Kristu' – Dramm dwar San Sebastjan Martri Id-dramm "Suldat ta' Kristu" għandu kitba u direzzjoni ta' Shaun Formosa. Il-produzzjoni se tlaqqagħna iktar mill-qrib mal-qaddis San Sebastjan Martri, filwaqt li l-awtur nisseġ il-ġrajja fittizja tal-familja ta' Nenu, furnar Qormi. Flimkien se nassistu għal rakkonti minn fomm il-furnar u martu, u mit-tifla tagħhom Marija dwar it-tfulija, iż-żgħożija ta' Sebastjan bħala kap tal-gwardja pretorjana, iżda iktar minn kollox, ix-xogħol li wettaq qrib l-Insara u l-pagani ta' żmienu. Se nassistu wkoll għaż-żewġ martirji u għall-glorja tal- istess qaddis. X'sinifikat jista' jkollu għalina fil-ħajja tal-lum San Sebastjan? X'messaġġ irid iwasslilna? Il-pressjoni tas- soċjetà moderna, id-distrazzjonijiet tal-ħajja ta' kuljum u x-xettiċiżmu mifrux lejn il-fidi, huma kollha elementi fid- dinja tal-lum li joffrulek sfida biex verament tkun Suldat ta' Kristu. Il-ħajja ta' San Sebastjan Martri għandha tispirana għall-kuraġġ, il-konvinzjoni, id-dedikazzjoni, ir-reżiljenza u s-sagrifiċċju ta' dan il-qaddis. Dan id-dramm se jittella' nhar it-Tnejn 8 u t-Tlieta 9 ta' Lulju fit-8:30 ta' filgħaxija, fiċ-Ċentru Parrokkjali San Sebastjan Ħal Qormi. Sabiex tinkiseb iktar informazzjoni u jinxtraw il-biljetti, wieħed jista' jagħmel kuntatt mad-Drama Group San Sebastjan permezz tal-paġna tal-grupp fuq Facebook jew billi jċempel fuq 79092963. Delicata ħabbret il-21 edizzjoni annwali tad-Delicata Classic Wine Festival, ċelebrazzjoni tal-iktar inbejjed maħbubin tal-Maltin, ikel delizzjuż u l-aqwa talent mużikali. L-edizzjoni ta' din is-sena tad-Delicata Classic Wine Festival se ssir bejn id-9 u l-11 ta' Awwissu, fil-Ġnien tal-Barrakka ta' Fuq, fil-Belt Valletta, mis-7 ta' filgħaxija sa nofsillejl. Aktar minn 20 inbid se jkun disponibbli, bl-għażla tinkludi nbejjed Frizzante semi- sparkling, l-inbejjed boutique DOK Malta Medina u DOK Gozo Victoria Heights, l-inbejjed rinomati Gran Cavalier u s-selezzjoni Grand Vin de Hauteville, l-inbejjed ħelwin Dolcino u Casella Moscato, flimkien ma' nbejjed oħra mill-kollezzjoni ta' Delicata. It-tliet inbejjed Pjazza Reġina u l-iSpritZZers tant popolari ma jonqsux. L-edizzjoni ta' din is-sena se jkollha wkoll l-aqwa ismijiet tal-ispettaklu mix-xena mużikali lokali. Kull serata se tinkludi żewġ appuntamenti mal-aqwa ismijiet Maltin. Nhar il-Ġimgħa se jkun hemm ir-ritorn tant mistenni ta' e Crowns li jkunu segwiti minn Gianni & RUG. Is-Sibt, Kersten Graham flimkien mal-Band, se jiħu għal Kurt Calleja li se jagħti spettaklu All Stars. Il-Ħadd, Cash and Band se jiħu s-serata qabel l-ispettaklu ta' Spiteri Lucas Band u l-All Stars Show. Delicata Classic Wine Festival se jixgħel il-Belt bl-istilel L-edizzjoni ta' din is-sena tad-Delicata Classic Wine Festival se ssir bejn id-9 u l-11 ta' Awwissu