MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 30 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523373

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

intervista illum • IL-ĦADD 30 TA' ĠUNJU 2024 07 'Ma stennejtx li l-indipendenti kien se jkollhom daqstant suċċess' Tefgħa ta' ġebla 'l bogħod mill- Belt Kapitali nsibu l-Furjana, li fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ntilfet mill-Partit Laburista u spiċċat bla maġġoranza. Il-Furjana fl-2019 intrebħet mill-Partit Laburista bi tliet siġġijiet, kontra tnejn tal-Partit Nazzjonalista. Iżda l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali din is-sena ħallew il-kunsill Furjaniż mdendel bla sindku. Is-sindku ta' lokalità huwa, skont il-liġi, il-kunsillier li jikseb l-ogħla numru ta' voti minn fost dawk li jirrappreżentaw lill-partit li jikseb il-maġġoranza. Iżda, fil- każ tal-Furjana, l-ebda partit ma kiseb maġġoranza u mill-ħames kunsilliera eletti, tnejn huma mill- Partit Laburista, tnejn mill-Partit Nazzjonalista u l-ħames huwa indipendenti. Fl-4 ta' Lulju, il-Kunsilliera Furjaniżi se jaraw li jinħatar is- Sindku tal-Furjana għall-ħames snin li ġejjin. Holland kemm- il darba kien sindku ta' din il- lokalità, u din is-sena għandu ċans ieħor li jerġa' jkun. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Holland dwar il-prijoritajiet tiegħu għall- Furjaniżi, dak li jixtieq jaħdem fuqu u d-diskussjonijiet minn wara l-kwinti. KIF TĦOSSOK ISSA, WARA LI L-FURJANIŻI TAWK IL- FIDUĊJA TAGĦHOM GĦAL DARB'OĦRA? Ninsab sodisfatt li wara numru ta' snin, il-Furjaniżi reġgħu taw fiduċja lill-kandidat indipendenti bħalma kienet ir-regola fil-Furjana għal numru ta' snin. Jidher li l-Furjaniżi reġgħu apprezzaw il- fatt li l-aħjar kunsill lokali li kellha l-Furjana, f 'termini ta' effiċjenza u impenn, kienu dawk meta kien hemm taħlita ta' kandidati li joħorġu mal-partiti politiċi u kandidati indipendenti. X'INHU L-PASS LI JMISS GĦALL-KUNSILL LOKALI ISSA, ĠALADARBA GĦADU JRID JINTGĦAŻEL SINDKU? Il-ħidma tal-kunsill lokali tista' tibda biss bis-serjetà meta ssir il- ħatra ta' sindku u l-istess kunsill lokali jibda jiltaqa' b'mod regolari. Jekk wieħed jgħarbel l-istorja tal- Kunsill Lokali tal-Furjana sa mit- twaqqif tiegħu, il-possibbiltà li nsir sindku hija waħda għolja ferm għax l-istorja turi li kull meta ġew eletti kandidati indipendenti fil-kunsill lokali tagħna, eventwalment kien kandidat indipendenti li ġie maħtur fil-kariga ta' Sindku tal- Furjana u jidher li dan l-istat ta' fatt dejjem niżel tajjeb mal-poplu Furjaniż. Diskussjonijiet mal- partiti eletti dejjem kien hemm imma, fil-każ tiegħi, dejjem iddiskutejt mal-kandidati eletti u qatt ma ddiskutejt direttament ma' uffiċjali tal-partiti politiċi. X'INHUMA L-PRIJORITAJIET U L-INIZJATTIVI PRINĊIPALI LI BIĦSIEBEK TAĦDEM FUQHOM? KIF BIĦSIEBEK TINVOLVI U TINDIRIZZA L-PREOKKUPAZZJONIJIET TAR-RESIDENTI FIL- FURJANA? LIEMA TAĦSEB LI HUMA L-PRIJORITAJIET? L-ewwel prijorità tiegħi hija pjuttost bażika għax fost l-aktar ilmenti li rċevejt mir-residenti waqt iż-żjajjar fid-djar tul il- kampanja elettorali kienu dwar it-telqa u r-rovina f 'ġonna, pjazez u postijiet oħra li kien irnexxielna nirriabilitaw u nsebbħu fis-snin mgħoddija, kif ukoll li nerġgħu nagħtu l-ħajja lid-diversi inizjattivi kulturali, soċjali, u edukattivi li konna introduċejna fil-kalendarju annwali Furjaniż. Hemm bżonn urġenti li nerġgħu nirxoxtaw is-sottokumitati varji tal-kunsill lokali inkarigati minn diversi oqsma tal-Furjana u l-komunità tagħha, ifformati mir- residenti stess, biex ninvolvuhom direttament fl-indirizzar tal- preokkupazzjonijiet tagħhom. Il- prijoritajiet tal-Furjaniżi jibqgħu fuq il-popolazzjoni dejjem tixjieħ u tonqos fil-lokalità, l-indafa pubblika, is-sistema ta' parkeġġ residenzjali u l-manutenzjoni infrastrutturali kostanti tal- postijiet pubbliċi fil-lokalità. KIF TINTERPRETA R-RIŻULTATI TAJBIN LI ĠABU L-INDIPENDENTI FIŻ-ŻEWĠ ELEZZJONIJIET TA' ĠUNJU? U BL-ISTESS MOD, X'JIDHIRLEK FUQ IT-TURN OUT BAXX? Biex inkun onest, ma stennejtx li fis-sitwazzjoni politika partiġġjana li kellna f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar xhur, l-indipendenti kien se jkollhom daqstant suċċess għax ħsibt li l-polarizzazzjoni politika partiġġjana kienet se tiżdied a skapitu ta' kandidati indipendenti. Li dan ma seħħx juri li l-poplu tagħna qed ikompli jimmatura u, bħalma ġara diversi drabi fil- Furjana fejn konna prattikament l-unika eċċezzjoni, issa fid-diversi bliet u rħula tagħna, in-nies qed jimu li l-elezzjonijiet għall- kunsilli lokali huma propju għall- gvern lokali tal-belt u raħal li jkun u l-kandidati indipendenti validi għandhom jiġu kkunsidrati wkoll meta wieħed imur jivvota. Fir-rigward tal-affluwenza baxxa għall-vot, wieħed irid joqgħod attent li ma jasalx f 'konklużjonijiet mgħaġġla. Wieħed irid iqis li llum hemm eluf u eluf ta' barranin intitolati għall-vot għall-kunsilli lokali u, għal raġuni jew oħra, naħseb li huma minoranza żgħira li jinteressaw ruħhom li jivvotaw. Però, nemmen li l-akbar periklu għall-kunsilli lokali huwa li mhux talli ma jingħatawx aktar poteri, anzi jidher li l-poteri tnaqqqsulhom u dan faċilment iwassal biex ir-residenti jħossu li l-vot għall-kunsill lokali tagħhom huwa prattikament inutli u superfluwu jekk l-istess kunsill lokali ma jkollux l-għodda biex jiġu indirizzati l-preokkupazzjonijiet u l-aspirazzjonijiet urġenti tagħhom. Hemm bżonn urġenti li nerġgħu nirxoxtaw is-sot- tokumitati varji tal-kunsill lokali inkarigati minn diversi oqsma tal-Furjana u l-ko- munità tagħha, ifformati mir-res- identi stess, biex ninvolvuhom direttament fl-in- dirizzar tal-pre- okkupazzjonijiet tagħhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 30 June 2024