Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523373
02 aħbarijiet IL-ĦADD 30 TA' ĠUNJU 2024 • illum CANCER (IL-QABRU), MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Cancer, għalik, l-istess Cancer trid tkun ġimgħa ta' aktar dixxiplina miegħek innifsek b'mod speċjali għall-ħin li fih tirrilassa. Għalhekk kun aktar dixxiplinat ħalli żżomm lilek f 'kundizzjoni tajba. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Jade. Namaste. VIRGO (L-GĦODRA), MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Cancer, għalik, Virgo se tkun ġimgħa li tħejji għal pawsa qasira sabiex biha tidħol aktar frisk għall- ħidma li tant tagħtik sodisfazzjon u tkun kapaċi tlaħħaq dawk il-miri prinċipali. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Opal. Namaste. SCORPIO (L-GĦAQREB), MIT-23 TA' OTTUBRU SAL-21 TA' NOVEMBRU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Cancer, għalik, Scorpio se tkun ġimgħa fejn tibda tanalizza aħjar it-tibdil li int qed tesperjenza lejn diversi sitwazzjonijiet. Int taf li qed tesperjenza ċerti problemi u għalhekk tajjeb li twettaq riflessjoni profonda. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Aquamarin. Namaste. PISCES (IL-ĦUT), MID-19 TA' FRAR SAL-20 TA' MARZU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Cancer, għalik, Pisces se tkun ġimgħa fejn trid tagħraf kemm irnexxielek tasal fil-pjanijiet. Għandek tħossok sodisfatt li wasalt u żgur għandek lok għal aktar tkattir fil-ġimgħat li ġejjin. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Fire Gate. Namaste. ARIES (IL-KIBX), MILL-21 TA' MARZU SAD-19 TA' APRIL F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Cancer, għalik, Aries se tkun ġimgħa fejn trid tkun aktar organizzat. Għalkemm int dejjem imħejji u ppreparat tajjeb, issa trid tagħraf aħjar it-triqat tiegħek. Analizza sew. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Onyx. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-Oroskopju għall-Qamar Ġdid (New Moon) taż-żodjaku ta' Cancer (Il-Qabru) MILL-ĦADD 30 TA' ĠUNJU SAS-SIBT 6 TA' LULJU Tliet kwarti tal-Maltin ma jaqblux mat-tipjip fil-pubbliku Von der Leyen innominata għat-tieni terminu ta' ħames snin fi Brussell Ftit inqas minn tliet kwarti tal-Maltin jaqblu mal-emenda fil-liġi li ssegwi l-projbizzjoni fit-tipjip tas-sigaretti fi spazji miftuħa. Mistoqsija aktar dwar it-tipjip fil-pubbliku, madwar 90% tal- Maltin qalu li kemm il-darba raw persuni jpejjpu f 'postijiet pubbliċi. Nofs il-parteċipanti Maltin qalu li raw ukoll tipjip isir f 'postijiet frekwentati mit- tfal, inkluż btieħi ta' skejjel u l-bandli. Isemmew ukoll terazzini ta' stabbillimenti bħal ristoranti u bars. Hawn, 38% tal-parteċipanti Maltin ammettew li minkejja llegali, rawha sseħħ ukoll. Il- maġġoranza qalu li ħafna drabi t-tipjip kien ta' vapes. Fil-fatt, rigward il-kwistjoni, 77% tal- Maltin qablu li fejn hemm projbizzjoni ta' sigaretti, għandu jkun hemm ukoll projbizzjoni ta' vapes. Intant, iktar min-nofs il- parteċipanti Malti qal li huma favur il-projbizzjoni ta' togħmiet fil-vapes, biex ma jkunx imħeġġeġ l-użu tagħhom. Min- naħa l-oħra, ftit inqas minn nofs il-parteċipanti Maltin qalu li jixtiequ li jitneħħa r-reklamar mill-pakketti tas-sigaretti. l-istarriġ tal-Ewrobarometru staqsa ukoll dwar il-mudell ta' tipjip tal-parteċipanti. Hawn ħareġ li fost 504 partċipant Malti, 61% ma jpejpux, 22% jpejpu u 17% kienu jpejpu fil- passat iżda ma baqgħux. In-nisa kienu l-inqas li qalu li jpejpu, waqt li l-maġġoranza li ammettew li jpejpju kellhom bejn il-25 u d- 39 sena. Bosta mill-Maltin li kienu jpejpu fil-passat qalu li kienu jippreferu sigaretti elettroniċi, speċjalment meta ddeċidew li jaqtgħu mit-tipjip. Min-naħa l-oħra, il- maġġoranza tal-Maltin wieġbu li jippreferu sigaretti lesti fil- pakkett għal kuntrarju ta' 14% li qalu li jippreferu jremlu s-sigaretti huma. Ursula Von der Leyen ġiet innominata mill- mexxejja tal-UE biex isservi t-tieni mandat bħala President tal-Kummissjoni Ewropea. Waqt laqgħa fi Brussell il-Ħamis filgħaxija, il- mexxejja nazzjonali għażlu wkoll lill-ex Prim Ministru tal-Portugal António Costa u lill-Prim Ministru attwali tal-Estonja Kaja Kallas bħala President tal-Kunsill Ewropew u kap tal-politika barranija rispettivament. Von der Leyen bħalissa tgawdi l-appoġġ tal- koalizzjoni ċentrista li tiġbor flimkien il-Partit Popolari Ewropew, is-Soċjalisti & Demokratiċi u l-Liberali Renew. Madankollu, Von der Leyen issa trid tistenna li tiġi approvata mill-Parlament Ewropew aktar tard dan ix-xahar f 'vot li għadu mhux daqshekk ċar. Għalkemm it-tliet gruppi politiċi għandhom maġġoranza bejniethom, huwa mistenni li 10% tal-leġislaturi jirrifjutaw in-nomina. Jekk jiġri dan, il-futur ta' Von der Leyen jista' jserraħ fuq xafra ta' sikkina sakemm ma tagħmilx ftehim mal- lemin estrem biex tassigura l-appoġġ tal-grupp Konservattiv u Riformista ta' Giorgia Meloni. Il-Maltija Roberta Metsola hija n-nomina tal- PPE għat-tieni nofs mandat bħala President tal- Parlament Ewropew. Metsola se jkollha wkoll tkun approvata mill-MPE. Ursula Von der Leyen