MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 30 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523373

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 30 TA' ĠUNJU 2024 Jiktbu 'ILLEGALI' b'żebgħa ħamra fil-pixxina ta' Joseph Portelli fil-Qala Fix-xemx tisreġ f 'Jum l-Imnarja, l-għaqda non-governattiva Moviment Graffitti niżlet il- Qala, Għawdex, u b'azzjoni diretta fuq l-iżviluppatur Joseph Portelli, ħażżu b'kliem aħmar kbir "ILLEGALI" fuq il-pixxini mibnija f 'Ta' Kassia Residences. L-attivisti temporanjament okkupaw ż-żona, ikkantaw "mill- Qala sas-Sannat, il-liġi għall- allat" u "tiżfnu għad-daqqa tal- iżviluppaturi", sakemm bil-paċi u sliem wara għabbew il-kartelluni sofor u telqu lura għal għonq it- triq. Fl-azzjoni l-attivisti indirizzaw il-problema li jġibu magħhom "żviluppaturi li bil-barka tal-Gvern, l-awtoritajiet u l-politikanti, qed jitħallew ikissru l-pajjiż." Il-kontroversja partikolari li tkellmu fuqha illum tevolvi madwar pixxini li ġew mibnija mill-iżviluppatur Għawdxi Joseph Portelli f 'art ODZ fil-Qala. Dawn il-pixxini inbnew minkejja li l-permessi ġew revokati, u l-Qorti tal-Appell f 'Marzu li għadda ddikjarathom illegali. Kif inhi bħalissa, il-liġi tippermetti l-iżviluppatur ikompli bix-xogħol, minkejja li jkun hemm apelli fil-konfront tiegħu fil-Qrati jew it-tribunal. Madankollu l-Gvern kien wiegħed li din se tkun diskussa, bl-attivisti issa jitolbu lill-Gvern biex iżomm kelmtu u jaħdem bi sħiħ fuq ir- riforma tal-liġi tal-appelli. In-nuqqas tar-riforma qed iwassal biex proġetti li qed ikollhom il-permessi irregolari tal-PA revokati mill-qrati, jkunu diġà nbnew. L-NGO kienet wissiet lill-Prim Ministru li jekk il-liġi tal-appelli ma tiġix emendata, kienu jkunu qed iwettqu azzjoni ta' direzzjoni. "Minn dakinhar, il-liġi tal- appelli baqgħet ma nbidlitx, u l-pixxini illegali ta' Portelli għadhom hawn, mhux mittiefsa. Għalhekk, kif konna wiegħedna, illum bdejna l-azzjonijiet tagħna u mhux se nieqfu hawn. Ma nistgħux nibqgħu siekta u nħallu r-regħba u l-arroganza joħonqu lil pajjiżna," l-attivist Andre Callus beda'. Wara li l-pulizija marru fuq il- post u tkellmu mal-attivisti, Callus kompla jispjega kif il-komunitajiet u l-organizzazzjonijiet qed ikollhom iġorru l-piż li jappellaw id-deċiżjonijiet tal-PA, biex imbagħad ikollhom jittrattaw bini illegali li l-ebda awtorità ma tieħu xi azzjoni effettiva kontrih "Appellajna dan il-permess u rbaħna l-każ. Iżda għalkemm il-Qorti rrevokat il-permess, il- pixxini kienu diġà nbnew. Dan kollu minħabba l-liġi tal-appelli redikoli tagħna." Callus semma każi oħra simili, bħall-blokki grotteski f 'Ta' Sannat u x-Xewkija, lukanda fil-Mellieħa, u parti minn dan l-istess żvilupp fil-Qala. "Fil-fatt, biċċa tajba mill- bini mostruż ta' warajna hija wkoll illegali għax il-permess tiegħu ġie revokat wara li appellajna. Iżda, bħall-pixxini, kien diġà nbena." "L-assurdità ta' dan kollu qed tilħaq livelli redikoli. Jumejn ilu, it-Tribunal tal-Ippjanar ċaħad l-appell tar-residenti kontra żvilupp mostruż fil-Mistra għax, skont it-Tribunal, issa s-sit ġie "impenjat" għall-iżvilupp minħabba x-xogħlijiet li saru. Ta' min jinnota li kien proprju l-istess Tribunal li kien ippermetta li x-xogħlijiet ikomplu waqt li kien għaddej l-appell!" Callus qal ukoll li dan mhux qed iseħħ b'kumbinazzjoni, u qal li l-gvern "huwa mmexxi mill-iżviluppaturi", u huwa aktar ħsiebhom kif "jimlew bwiethom aktar milli jissalvagwardja l-ġid komuni. L-attivist Andre Callus jitkellem mal-pulizija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 30 June 2024