MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 30 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523373

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 30 TA' ĠUNJU 2024 • illum 04 'Laburisti jridu bidla': Il-messaġġ tas-soċjalisti Jitkellmu mal-ILLUM, membri tal-Partit Laburista jgħidu li l-messaġġ tal-poplu huwa ċar; 'irridu l-Partit Laburista, imma mhux jibqa' kif inhu.' Dan huwa li qed jipproponu għat-tiġdid tal-partit L-ekonomista Clint Azzopardi Flores, eks kandidat MEP, qal mal-ILLUM li jemmen li kien hemm bosta fatturi lil hinn mir- riżultat elettorali li bidlu lill- pajjiż. "Qabel il-pandemija n-nies kienu diġà qed jaraw li hemm affarijiet li qed idejquhom, inkluż il-ħafna bini bla rażan, infrastruttura li kien hemm bżonnha imma għajjiet lin-nies daqskemm kienet aċċellerata, u affarijiet oħra li jnaqqsu minn ċerti kumditajiet," beda jispjega Azzopardi Flores. Qal li mal-ewwel kien beda jitkellem fuqhom fuq il-midja soċjali, iżda b'mod aktar sottili peress li kien Ambaxxatur. "Mhux ngħid li ma tibdiex triq u tlestiha malajr. Imma meta tħallat il-bini bla rażan u l-infrastruttura f 'daqqa, b'immaniġġjar tar-riżorsi mhux komplet in-nies jegħjew. Li hu żgur li wara l-pandemija n-nies bdew jintebħu li dawn l-affarijiet huma bżonjużi aktar mill-flus. Infatti, meta pajjiż jibda jistagħna ekonomikament, f 'sens li f 'qasir żmien tirdoppja l-ekonomija kif għamel il-Partit Laburista fil-gvern, in-nies jibdew ifittxu affarijiet ta' kwalità inkluż l-ambjent," kompla jgħid. Spjega kif l-istess ġara fis- sebgħinijiet, meta l-Perit Dom Mintoff "tripla l-kobor tal- ekonomija, u n-nies bdew jistagħnew, u bdew ifittxu affarijiet oħra." "Jekk il-Partit Laburista jrid jibqa' rebbieħ irid jintebaħ b'dan mill-aktar fis possibbli, apparti l-immaniġġjar tar-riżorsi (kapitali u umani) li ili nħambaq fuqhom sentejn." Idur fuq it-tieni punt tiegħu, Azzopardi Flores saħaq li l-Partit Laburista ma jistax itella' ħitan. "Hemm nies internament li jridu jaċċettaw il-kritika u jikbru fil-ħsieb u fl-intellett analitiku. Id-demokrazija tiddetta li jekk jien ngħid xi ħaġa ma nsibx bsaten għax inkun għidtha. Erħilha li jien personalment jekk irrid ngħid xi ħaġa se nibqa' ngħidha b'mod kostruttiv fl- apert u internament. Però mhux kulħadd bħali," żied jispjega. Jitkellem dwar il-votanti Laburisti hardcore, u dawk li mhumiex, Azzopardi Flores qal li hemm livell ta' bilanċ fin ħafna bejniethom, u dan irid jinżamm. "Hemm ħafna xogħol xi jsir, inkluż li kulħadd jibqa' viċin il-ħtiġijiet tan-nies. U meta ngħid viċin in-nies, li twieġeb u tkellem in-nies ta' kuljum u tindirizza l-ħtiġijiet tagħhom. Dak li hu bid-dritt ta' ċittadin m'għandux jispiċċa jitkarrab għalih minħabba l-burokrazija." Itemm il-messaġġ tiegħu jgħid li ħa gost fil-kampanja, jiltaqa' ma' ħafna nies, iżda fuq kollox lill-Partit Laburista Clint Azzopardi Flores qallu ħaġa waħda biss. "Bħala xellugi ngħidha. Żommu l-kuntatt magħhom." MARIANNA CALLEJA Il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjonijiet ta' Ġunju, iżda mhux b'distakk komdu bħalma kellu fl-2019. It-telf sinifikanti fil- voti wassal biex il-Partit Laburista jidħol f 'qoxortu, u anke meta beda jiċċelebra kien kawt. L-għajta għal "partit li jisma' u jibqa' umli," dlonk bdiet, bil-Prim Ministru Robert Abela fuq quddiem iwassal il- messaġġ. Għaldaqstant, minn wara l-kwinti l-gazzetti jafu li d-diskussjonijiet jaħarqu fiċ- Ċentru Nazzjonali Laburista juru li l-Partit Laburista rrikonoxxa t-telf ta' voti u qed jibża' li d-distakk tal-elezzjoni ġenerali li ġejja tkun eku ta' dak li għadda minnu f 'Ġunju. Għadda kważi xahar, u ż-żmien tal- valutazzjoni għadda. Bil-countdown lest biex jibda jtektek għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, il-gazzetta ILLUM iddur fuq esponenti, u eks esponenti tal-Partit Laburista dwar il-pass li jmiss li għandu jieħu l-partit jekk irid jiġbor lura n-nies. Clint Azzopardi Flores jitkellem fuq bini bla rażan, nuqqas ta' riżorsi u kuntatt man-nies "Hemm nies internament li jridu jaċċettaw il-kritika u jikbru fil-ħsieb u fl- intellett analitiku. Id-demokrazija tiddetta li jekk jien ngħid xi ħaġa ma nsibx bsaten għax inkun għidtha."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 30 June 2024