Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523589
02 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' LULJU 2024 • illum CANCER (IL-QABRU), MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU F'din il-ġimgħa tar-raba' żodjaku ta' Cancer, għalik, l-istess Cancer se jkun dak il-mument opportun sabiex tagħraf aħjar lilek innifsek. F'dan il-mument agħraf il-profond tal-ħtiġijiet tiegħek u analizza. Il- Qabru huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. Namaste. LIBRA (IL-MIŻIEN), MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU F'din il-ġimgħa tar-raba' żodjaku ta' Cancer, għalik, Libra se jkun mument ideali ta' kif se tkompli ssaħħaħ aħjar il-madwar tieghek. Dan se tagħmlu sabiex tkun tista' tqassam u tippjana aħjar. Il-Miżien huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Namaste. SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'din il-ġimgħa tar-raba' żodjaku ta' Cancer, għalik, Sagittarius se jkun il-mument li jimliek b'dik l-aspirazzjoni f 'dak li verament tixtieq twettaq. Għalhekk agħraf tajjeb dak li tħoss ġewwa fik. Il-Qaws huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom. Namaste. AQUARIUS (IŻ-ŻIR), MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR F'din il-ġimgħa tar-raba' żodjaku ta' Cancer, għalik, Aquarius se jkun dak il-mument ta' indikazzjoni aktar ċara ta' kif minn issa għandek tkattar iżjed lilek innifsek. Għalhekk emmen aktar fik innifsek fit-twettiq meħtieġ. Iż-Żir huma magħrufin li jimxu mal- mument. Namaste. GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' MEJJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'din il-ġimgħa tar-raba' żodjaku ta' Cancer, għalik, Gemini se jkun mument ta' pjanijiet aktar profondi dwar dawk il-proġetti li minn issa se tibda twettaq riflessjoni. It-Tewmin huma magħrufin bħala persuni ta' moral effettiv ħafna. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-Oroskopju waqt iż-żodjaku ta' Cancer (Il-Qabru) MILL-ĦADD 7 TA' LULJU SAS-SIBT 13 TA' LULJU Il-prezzijiet tal-propjetà jiżdiedu b'6.7% f'sena L-inflazzjoni u ż-żieda fil- prezzijiet tal-propjetà f 'Malta jkomplu jeħduha ras imb ras, bil- prezzijiet medji jiżdiedu b'6.7% fi spazju ta' sena skont l-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika. L-informazzjoni hija miġbura permezz tal-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Propjetà, li huwa bbażat fuq data pprovduta mill-awtoritajiet tat-taxxa dwar l-indiċi ta' appartamenti, maisonettes u djar, peżati skont il-valur tat- tranżazzjonijiet għat-tliet tipi ta' proprjetà. Iċ-ċifri maħruġa juru b'kollox madwar 1,400 tranżazzjoni kkunsidrati kull tliet xhur. Fl-ewwel kwart ta' din is- sena, l-Indiċi tal-Prezzijiet tal- Propjetà (PPI) kien ta' 159.98, ekwivalenti għal żieda ta' 6.7% meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2023, u b'1.9% meta mqabbel mat-trimestru ta' qabel. Fiż-żmien mistħarreġ, l-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Appartamenti u l-Indiċi tal-Prezzijiet tal- Maisonettes kienu ta' 160.17 u 152.59, riflessi fʼżidiet annwali ta' 6.6 u 6.8%, rispettivament. Fl-ewwel kwart tal-2024, il- PPI rreġistra żieda taʼ 1.9% meta mqabbel mar-rabaʼ kwart tal-2023.