MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523589

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

HALLOWEEN (1978): Film żgħir dirett minn John Carpenter li kiteb ukoll il-mużika tiegħu u li fis-snin ta' wara ħa l-fama ta' kult. L-istorja hi dwar qattiel psikotiku li jinfexx f 'orġja ta' qtil fil-festa ta' Halloween bħala tfajjel u li jrid jerġa' jagħmel l-istess 15- il sena wara. Xogħol magħmul tajjeb b'diversi qtajja' u referenzi umoristiċi għad-dilettanti tal- films. Sa sena ilu, din is-serje kienet għadha tirrenja. Jaħdmu Donald Pleasance, Jamie Lee Curtis (kważi fis-sensiela kollha), Nancy Loomis u P. J. Soles. Il-ħin hu ta' 93 minuta. THE SHINING (1980): Dan il- film dirett mill-metikoluż u bravu direttur Stanley Kubrick hu bbażat minn fuq il-ktieb tal-prolifiku awtur, Stephen King. L-istorja hi dwar kittieb (Nicholson) li jieħu inkarigu flimkien mal- mara tiegħu (Duvall) u ibnu (Lloyd) ta' lukanda magħluqa fix-xitwa u mbarrata bis-silġ bit- tama li jkollu ħafna ħin jikteb. Hu jkun ammonit minn qabel li l-iżolazzjoni tista' taffettwa lill-moħħ u ma jkunx jaf li dan il-post hu mibni fuq ċimiterju tal-Indjani/Amerikani. Fil-fatt jibda jiġġennen u jkun irid joqtol lil familtu kif għamlu dawk ta' qablu, kif ukoll jibda jimmaġina iħirsa quddiemu u anki jiddjaloga magħhom. Għalkemm twil iżżejjed (146 minuta), din il- produzzjoni ssammrek mas- siġġu dejjem tistenna xi qatgħa gwappa. Jaħdmu Jack Nicholson (bis-soltu ġennati tiegħu), Shelley Duvall, Danny Lloyd u Scatman Crothers li bħat-tifel Lloyd ikollhom don speċjali magħruf bħala e Shining. THE SILENCE OF THE LAMBS (1991): Dirett minn Jonathan Demme bil-ħin ta' 118-il minuta. L-atturi huma Anthony Hopkins, Jodie Foster, Scott Glenn u Ted Levine. Foster, rekluta tal-FBI, tipprova tintervista fil-ħabs lill-qattiel/ kannibalu feroċi Hannibal Lecter (Hopkins) bit-tama li ssib tarf u taqbad lil wieħed qattiel gwapp. Il-laqgħat bejn dawn it-tnejn tant huma intensi li jaffettwaw sewwa lil dak li jkun. Ibbażat minn fuq il-best seller ta' omas Harris. Kemm Hopkins u kemm Foster rebħu l-Oscar. THE WOMAN IN BLACK (2012): Ibbażat minn fuq storja ta' Susan Hill, ir-rakkont hu dwar avukat, Daniel Radcliffe (il-protagonist ta' Harry Potter) li jmur ġo villaġġ biex jeżamina dar li fiha kienet tgħix mara li mietet it qabel. Hemm jiskopri li l-ispirtu ta' din l-istess mara issa qed joqtol lit-tfal tar-raħal. Radcliffe għandu parti tassew ikkontrollata u miegħu jaħdmu wkoll Sophie Stucky bħala martu u Ciaran Hinds, b'ħin ta' 95 minuta. Jgħidu li l-film tat-TV tal-1989, e Woman In Black hu aktar qawwi. A QUIET PLACE (2018): Dan hu film tal-biża', aktar tax- xjenza fittizja dwar mostri aljeni għamja li jinżlu fid-dinja u joqtlu mal-inqas ħoss li jisimgħu. Idea brillanti u konsistenti dwar familja li qed issibha diffiċli ferm biex tibqa' ħajja, l-aktar issa meta l-mara waslet fl-aħħar fażi tat-tqala u jiddependu biss fuq sinjali biex ma jagħmlux ħoss. L-atturi huma Emily Blunt u John Kasinski (ukoll id-direttur u hi martu), Millicent Simmonds u Cillian Murphy. Wara li fl-2020 ħareġ is-sequel, dalwaqt mistenni joħroġ it-tielet episodju. 14 films IL-ĦADD 7 TA' LULJU 2024 • illum Carmel Bonnici L-aqwa films klassiċi tal-biża' matul is-snin (It-tielet parti) SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp tit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp tit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Il-brillanti Anthony Hopkins fil-parti ta' Dr Hannibal Lecter, qattiel li kien jiekol il-vittmi tiegħu, fil-film Amerikan 'The Silence of the Lambs' Il-protagonist ta' Harry Potter, Daniel Radcliffe, fil- parti prinċipali ta' Arthur Kipps, fil-film tal-orrur 'The Woman in Black' Cillian Murphy kien miżjud mal-lista ta' stillel parteċipi fil-film "A Quiet Place," fl-2020, meta ħareġ it-tieni film tat-triloġija

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 July 2024