MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523589

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' LULJU 2024 • illum 04 Ittra ta' intenzjoni Someone Savvy Limited tiddikjara l-intenzjoni tagħha biex il-kumpanija tirreġistra għal Liċenzja ta' Aġenzija tal-Impjiegi, skont L.N. 270 tal-2023. L-ATT DWAR IR-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI (KAP.452) Regolamenti tal-2023 tal-Aġenziji tal-Impjieg. L-attivitajiet ipproponew li jkun hemm iffukar fuq il-provista ta' ħaddiema b'enfasi li jagħmluhom disponibbli għal terzi kumpaniji. Dawn jinkludu: 1. Konsultazzjoni fuq reklutaġġ. 2. L-intervisti, l-għażla u t-tqegħid ta' kandidati fix-xogħol. 3. L-ingaġġar ta' persuni barranin f'Malta jew f'pajjiż stat membru tal-Unjoni Ewropea. 4. L-ingaġġar ta' persuni biex jaħdmu f'Malta jew f'pajjiż stat membru tal- Unjoni Ewropea. 5. Ir-reklamar biex jimtlew irwolijiet vakanti. 6. Li żżomm reġistru ta' applikanti għall-impjieg fil-futur. Indirizz Uffiċjali Reġistrat: Office 2, Floor 2, Focus House, Triq Gort, St. Julian's, Malta Numru tal-kumpanija reġistrata: C106105 Il-Prim Ministru Robert Abela kien jaf li Malta kienet se taffaċċja proċedura ta' defiċit eċċessiv minn Brussell u din setgħet tevitaha, qal il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. Fuq Xtra ta' TVM, Grech kien mistoqsi dwar it-tħabbira tal- Kummissjoni Ewropea li Malta se taffaċċja proċedura ta' defiċit eċċessiv, azzjoni korrettiva sanzjonata minn Brussell għal stati membri bi nfiq għoli. L-azzjoni ġiet kawża tad- defiċit ġenerali tal-Gvern Malti li jaqbeż il-limitu ta' 3% tal-PDG, konsegwenza ta' nefqa sinifikanti tal- Gvern fl-2020 u l-2021 biex jittaffa l-piż ekonomiku kkawżata mill- pandemija tal-COVID-19. Minkejja l-akkuża, Grech żied jgħid ukoll li ma jaqbilx mal-Unjoni Ewropea li l-pass 'il quddiem huwa li jinqatgħu s-sussidji mogħtija fuq l-enerġija. L-Unjoni Ewropea qed tirrakkomanda lill-Gvern Malti biex jaqta' s-sussidji fuq il-prezzijiet tal-enerġija sa tmiem ix-xitwa li ġejja. Dan huwa wieħed mill-punti li Abela wiegħed li se jinnegozja mal-Kummissjoni Ewropea għax "għandha bżonn tiem li Malta għandha realtajiet differenti." Jaqbel miegħu sa ċertu punt, Grech irrikonoxxa li s-sussidji tal-enerġija jibqgħu meħtieġa għal ħafna, iżda enfasizza wkoll li s-sitwazzjoni preżenti setgħet ġiet prevista, għax il-Gvern qatt ma ħadem biex Malta jkollha provista sostenibbli ta' enerġija rinnovabbli. "It-twissija mill-Kummissjoni Ewropea setgħet ġiet antiċipata xhur jew saħansitra snin ilu," innota Grech waqt li enfasizza li l-Partit Nazzjonalista għahekk beda jinbotta soluzzjonijiet ta' enerġija alternattiva. Grech ikkritika lil Abela għan- nuqqas ta' ppjanar bil-quddiem, b'referenza għal intervista fuq ONE Radio, Grech sostna li Abela kellu rapport intern li jwissih dwar l-azzjonijiet imminenti tal- Kummissjoni Ewropea u għalhekk kien ippreparat. "Dan huwa fejn qiegħed il-pajjiż issa. Għandu gvern u mexxej li ma jaħsibx, ma jantiċipax, jew jippjana 'l quddiem," qal Grech. GRECH ISSEJJAĦ GĦAL BUFFERS AMBJENTALI BEJN VILLAĠĠ U IEĦOR Filwaqt li numru ta' residenti qed jipprotestaw dwar l-isfreġju ambjentali fl-ibliet u l-irħula tagħhom, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Partit Nazzjonalista huwa favur buffers ambjentali bejn villaġġ u ieħor. Meta spjega dan, huwa qal li l-Partit Nazzjonalista sentejn ilu ħareġ b'numru ta' proposti dwar il-pjanijiet lokali. Fosthom, il- PN issuġġerixxa li żoni ODZ, partikolarment dawk f 'idejn il- Gvern jiġu mġedda, imnaddfa u gawduti mill-pubbliku. Ippropona wkoll li "White Areas" jinħarġu, u jerġgħu jsiru ODZ, filwaqt li l-iżvilupp ġdid ikun sostenibbli, effiċjenti u b'viżjoni estetika. "Nassigurak li l-pjan tagħna huwa ċar, u d-deċiżjonijiet tagħna neħduhom," temm jgħid Grech. GRECH JGĦID LI L-INTERROGAZZJONIJIET TAL-PULIZIJA KELLHOM ISIRU QABEL MA TRESSQU L-AKKUŻATI Jitkellem dwar l-iżviluppi legali f 'rabta mal-konċessjoni tat-tliet sptarijiet pubbliċi, Grech qal li hu ma jaqbel xejn li l-investigazzjonijiet tal- pulizija fil-każ kienu prattikament noneżistenti. Kienu numru ta' persuni li fl- inkjesta tal-Vitals qed jaffaċċjaw akkużi minkejja li ma ssejħux għall- interrogazzjoni. Mistoqsi dwar dan, Grech insista li kellhom jibdew isiru l-interrogazzjonijiet u t-teħid ta' dikjarazzjonijiet minn kwalunkwe suspettat, qabel ma tressqu fl-għatba tal-Qorti. Huwa fakkar li l-Partit Nazzjonalista kien ilu jitlob u jsejjaħ lill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà biex jibda jħarrek it. Huwa rrakkonta storja li ġrat lilu numru ta' snin ilu, fejn kien tajjar persuna u ttieħed l-għassa immedjatament. Wara investigazzjonijiet mill-Pulizija huwa ġie liberat minn kull akkuża għax instab li t-tort kien tal-persuna l-oħra li qabdet u qasmet. Grech spjega illi kieku l-investigazzjoni ma saritx, ovvjament ma kienx se jkun liberat. Iqabbel ma' dan ir-rakkont, Grech insista li l-pulizija setgħet tinvestiga l-allegazzjonijiet b'mod liberu anke matul l-inkjesta maġisterjali, mingħajr ma tinterrompi lill- maġistrat. 'METSOLA SARET BRAND NAME' Grech faħħar lil Roberta Metsola, il-President tal- Parlament Ewropew, iżda fl-istess ħin, mistoqsi dwar l-impatt tagħha fl-elezzjonijiet Ewropej ta' Ġunju li għadda, Grech irrefera għaliha bħala "brand name". "Hija rnexxielha fuq livell internazzjonali, fuq livell Ewropew, u iva, kienet parti minn dan is- suċċess [elettorat]," stqarr Grech. Bħal donnu Grech qed jinqaras meta jisma' li l-voti kienu jħollu u jorbtu fuq Metsola. Fil-fatt magħfus iktar fuq Metsola, huwa wieġeb li l-Partit Nazzjonalista jibqa' tim magħqud, bħalma kien qabel iż-żieda fil-prominenza ta' Metsola. Qabel l-elezzjonijiet ta' Ġunju, kien hemm spekulazzjoni li Grech jista' jiġi sostitwit jekk il-Partit Nazzjonalista ma jilħaqx il-miri tiegħu. Bil-possibbiltà ta' bidla fit- tmexxija, ħafna ttamaw li Metsola terġa' lura għall-politika lokali u twassal lill-partit għar-rebħa tal- elezzjoni ġenerali. Meta mistoqsi dwar l-involviment potenzjali ta' Metsola fl-elezzjoni ġenerali f 'sentejn u nofs, Grech qal: "Metsola hija partner politiku kbir, kemm jekk hi l-President tal- Parlament Ewropew jew le." GRECH FAVUR LIĠI TAL- IFFINANZJAR TAL-PARTIT Bernard Grech qal li huwa favur liġi tal-iffinanzjar tal-partiti, iżda l-Gvern mhux iħabbel moħħu biex jagħmilha "għax komdu kif inhu." "It-triq 'il quddiem, lil hinn mill-aħjar intenzjonijiet tiegħi, lil hinn mill-intenzjonijiet tal-grupp parlamentari tiegħi, fl-aħħar mill- aħħar, anke biex ineħħu kull dell, ejjew nitkellmu dwar l-iffinanzjar tal-partiti. Ejjew nagħmlu l-liġi tal- iffinanzjar tal-partiti," qal Grech. Il-gvernijiet matul iż-żmien provaw kemm-il darba joħolqu xi tip ta' abbozz li jirregolaw mhux biss il-mod kif partiti politiċi jiġu ffurmati, u l-mod kif jaħdmu anzi wkoll kif jiġu ffinanzjati. Fit-tnax-il leġiżlatura, il-Gvern, taħt l-amministrazzjoni ta' Joseph Muscat, ħoloq abbozz li introduċa obbligi u limiti speċifiċi rigward il-finanzjament tal-partiti politiċi. Dan kellu jżid l-infiq permissibbli fuq kampanji elettorali tal- kandidati, jimponi kontrolli aktar stretti fuq dan l-infiq u jintroduċi sanzjonijiet aktar effettivi kontra infiq żejjed. Jitkellem fuq il-programm Xtra, Grech qal li r-realtà tal-partiti politiċi hi li jiddependu mill- ġenerożità ta' kulħadd, kemm ta' dawk li jifilħu jagħtu €10 u dawk li jifilħu jagħtu €1,000, iżda l-kwistjoni mhix li taċċetta d-donazzjoni. "Il- kwistjoni tibqa' kemm inti se tibqa' moralment b'saħħtek, li min jagħtik id-donazzjoni ma tħalliex jiddeċiedi għalik jew jikkompromettik li ma jħallilekx għażla oħra," Grech żied jgħid. Huwa spjega kif fl-opinjoni tiegħu hemm il-ħtieġa ta' liġi tal-iffinanzjar tal-partiti, sabiex jitneħħa kull dell minn fuq il-partiti politiċi u l-politikanti. Madankollu Grech żied jgħid li l-Gvern qed jibqa' jittrateni biex jagħmel din il- liġi, "għaliex hu għaddej tajjeb." Bernard Grech jgħid li favur bidla fil-pjanijiet lokali u liġi tal-iffinanzjar Il-pjanijiet lokali, il-liġi tal-iffinanzjar, il-Kummissarju Angelo Gafà u t-twissija tal-Kummissjoni Ewropea. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn l-iktar punti interessanti li ħarġu mill-intervista ta' Bernard Grech fuq il-programm Xtra Bernard Grech fuq Xtra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 July 2024