Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523589
intervista illum • IL-ĦADD 7 TA' LULJU 2024 07 l-Oppożizzjoni jippuntaw lejn xulxin, jrid jiċċaqlaq' tagħna hija l-preservazzjoni u l-ħolqien tal-ġid komuni, u ħadd aħjar mir-residenti ma jiem ir- realtajiet tar-raħal. Se nkomplu naħdmu sabiex permezz ta' dan ix-xogħol jitqiegħdu l-bażijiet għall-azzjoni kollettiva fl-irħula, mir-residenti għar-residenti, sabiex komunità wara l-oħra l-poplu jieħu lura l-kontroll. LIEMA SFIDI L-AKTAR LI QED JIFFAĊĊJAW IL-GRUPPI RESIDENTI? Il-kostruzzjoni eċċessiva bla dubju hija waħda minnhom. Inbidlet is-sura tal-irħula, il-fibra soċjali, intilfu l-postijiet fejn jiltaqgħu l-komunitajiet, u tkissru viċinati sħaħ. Hemm pressjonijiet kostanti fuq l-infrastruttura lokali f 'bosta rħula. F'ċerti żoni, imbagħad, issib li lanqas tista' timxi fuq bankina għax ċerti ristoranti u bars belgħu kollox, u l-pressjoni fuq l-ispazji miuħa dejjem tiżdied. F'xi rħula ssib anke sindki u kunsilliera lokali li ma jiġbdux il-ħabel mar-residenti u spiss jabbandunawhom għal riħhom. Il-problemi tal-iżviluppi massiċċi u l-bini li jkerrah iħallu effetti personali wkoll. L-għaqdiet ilaqqgħuna ma' esperjenzi veri ta' tbatija. Tkellimna ma' anzjan li meta sema' dwar l-applikazzjoni tal-Bebbux qalilna li jekk tgħaddi, jista' jibda jħaffer sitt piedi u jintefa' fihom. Kliem iebes li ma missu jgħaddi minn moħħ ħadd, aħseb u ara li jlissinhom persuna li għex ħajtu fil-viċinat u kkontribwixxa għat-tiġdid tiegħu. Jew residenta tan-Nigret u li ġieli jaqbadha l-biki taħseb dwar il- blokok telgħin madwarha. Bil-ħidma li l-Kollettiv iwettaq mar-residenti, irridu li dawn l-esperjenzi jitilgħu fil-wiċċ u jkunu fiċ-ċentru ta' bidla fl- ippjanar li qed nesiġu. TISTA' TIPPROVDI EŻEMPJI SPEĊIFIĊI TA' KIF IL- PJANIJIET LOKALI TAL-2006 KELLHOM IMPATT NEGATTIV FUQ IL-KWALITÀ TAL- ĦAJJA FIL-LOKALITAJIET RISPETTIVI? L-ikbar impatt ġie mill-iskema ta' "rationalisation" li ħolom George Pullicino dak iż-żmien: il-fatt li meded kbar ta' art infetħu għall-iżvilupp fl-2016 wassal għal splużjoni fl-applikazzjonijiet, u ppermetta wkoll spekulazzjoni doppja fuq art tal-Gvern. Min xtara art ODZ kien jaf li se tinfetaħ għall-iżvilupp u li se jiżdied il- valur tal-art; imbagħad, bil-bini u l-bejgħ ta' appartamenti, jagħmel profitt doppju. Dan laqat lir-residenti b'numru ta' modi: intilfu pulmuni ħodor, qed jisparixxu l-għelieqi u l-ispazzji miuħa bejn l-irħula u fl-irħula nfushom, speċjalment fiż-żona ta' wara l-mina; żdiedu t-toroq, il- karozzi, l-istorbju u t-tniġġis. F'Marsaskala, il-Local Plan kien indika l-lokalità bħala waħda minn lista sħiħa fejn setgħet issir marina; ir-residenti għamlu pressjoni fuq il-Gvern biex jemenda l-Local Plan u nittamaw li dan il-proċess isir mingħajr ma jinfetħu loopholes ġodda. Fiż-Żurrieq insibu madwar 15-il żona ta' rationalisation, u fuq ħafna minn dawn – fosthom in-Nigret u tal-Bebbux – hemm applikazzjonijiet ta' rezoning (waħda minnhom tal-istess Pullicino). Xi kwalità tal-ħajja għandhom jistennew ir-residenti taż-Żurrieq jekk din l-art kollha tinbena? Tajjeb ngħidu wkoll li minbarra l-kwistjoni tar-rationalisation, hemm dik tal-policies – bħad- DC15 – li għamlu iżjed ħsara għaliex inkitbu ħażin u bl-għan li jiġu interpretati b'ċerta libertà. Ma jagħmilx sens li pjan lokali jiġi mittiefes minn policies sekondarji bħal dawn. Anke dawn il-policies iridu jerġgħu jinħadmu, b'mod li jżommu lir-residenti f 'moħħhom. IL-GVERN KEMM-IL DARBA WIEĠEB GĦAL TALB SIMILI JGĦID LI GĦANDU "IDU MARBUTA," U "MA JISTA' JAGĦMEL XEJN" FILWAQT LI JWEĦĦEL FIL- PARTIT NAZZJONALISTA LI HU ĠAB DIN IL-BIDLA. X'TIKKUMMENTA DWAR DAN? Taħseb li kumbinazzjoni li l-ħmar iwaħħal f 'denbu? Konvenjenti ħafna għall-Gvern u l-Oppożizzjoni jippuntaw lejn xulxin, speċjalment jekk ebda wieħed ma jrid jiċċaqlaq. Il-Gvern jista' faċilment jemenda l-pjanijiet lokali kif għamel fil-Qala, minkejja talba redikola tal-iżviluppaturi għal kumpens ta' €22m biex il-Gvern jieħu lura l-art. Fl-2015 saru bosta rtokki fil-Local Plans – kif ġara fl- Imrieħel – li dejjem iffavorixxew iżjed żvilupp. L-idea li l-Gvern ikollu jħallas kumpens jekk tinbidel id-diżinjazzjoni tal-artijiet hija sempliċement fażulla. Il-permessi għandhom jingħataw skont il- liġijiet u l-policies, u billi wieħed ikollu biċċa art ma jfissirx li għandu dritt jibniha. Ma hemm ebda liġi li tgħid li d-dritt li wieħed jibni proprjetà huwa ogħla mill- Att dwar l-Ippjanar, il-Local Plan, u l-policies sekondarji; fil-fatt, din il-liġi ma teżistix, u kieku teżisti nistgħu sempliċement inħassru l-kategorija ta' ODZ u nippermettu lil kulħadd jagħmel li jrid. Idea oħra żbaljata dwar l-artijiet li ġew razzjonalizzati fil-Pjan Lokali tal-2006 hi li din l-art hi privata, u allura n-nies qed titlef il-flus jekk ħaddieħor jipprova jwaqqaf xi applikazzjoni. Mhux il- każ. Ħafna mill-art hi tal-Gvern – tiegħi u tiegħek – u allura l-privat mhuwa jitlef xejn jekk il-bini ma jsirx. Qatt tisma' lill-politiċi taż- żewġ partiti jitkellmu hekk? Il-PN s'issa dejjem baqa' lura milli jikkritika l-Local Plans, anzi, milli jitkellem dwar l-iżvilupp eċċessiv. Is-silenzju tal-PN u l-iżgwidar fl-istqarrijiet tal-Gvern iħassbuna. Għax dawn jafu li r-reviżjonijiet fil-Pjan Lokali jistgħu jsiru, iżda jibqgħu jirrepetu l-istess affarijiet. Dan hu ta' diżrispett lejn ir- residenti, u l-melħ fuq il-ġerħa jkompli jintefa' għax nafu li dawn residenti li qed ibatu. ATTIVISTI ILHOM IS-SNIN JITTRATTAW DAWN IL- KWISTJONIJIET. GĦALIEX TAĦSEB LI DIN ID-DARBA TISTA' TIRNEXXI FEJN L-ISFORZI TAL-PASSAT FALLEW? L-għajta ġejja mir-residenti li xebgħu jaraw tifrik madwarhom, u bit-trab u l-istorbju fi djarhom. Nemmen li l-pressjoni tagħhom biss tista' tbiddel l-affarijiet. Fl- aħħar mill-aħħar hemm għażla. Il- partiti jridux ikunu gvern jew tal- poplu jew tal-iżviluppaturi, imma ma jistgħux ikunu t-tnejn. Il-Prim Ministru ammetta li l-poplu kien ċar mal-Gvern Laburista, li kulma jmur sar il-partit tal-iżviluppaturi, u ta' x'jiem li se jġib il-bidliet. Aħna ma nemmnux li se jkun qed iwettaq il-bidliet li qal għax is-suċċess ekonomiku li jiaħar bih il-Partit Laburista hu mibni fuq il-kummerċjalizzazzjoni u l-kostruzzjoni. MINKEJJA L-ISFORZI, ĦAFNA RESIDENTI JIBQGĦU APATIĊI. KIF QED TIPPJANAW LI TIMMOBILIZZAW BAŻI USA' TA' APPOĠĠ U TIŻGURA PARTEĊIPAZZJONI PUBBLIKA AĦJAR FIL- KAMPANJA TAGĦKOM? Ma naqblux li hawn l-apatija. Anzi nistgħu ngħidu li minn dak li rajna tul din l-aħħar sena, hawn ħafna rieda tajba u ħafna xewqa għal bidla pożittiva. Dan jagħtina kuraġġ kbir, kif jagħtina kuraġġ kbir naraw lill-għaqdiet f 'Marsaskala, fil-Qrendi, f 'Ħal Safi, u fiż-Żurrieq jirbħu kontra forzi ikbar minnhom. IKKONFRONTAJTU DIRETTAMENT LILL- UFFIĊJALI TAL-GVERN BIT- TALBIET TAGĦKOM? JEKK IVA, X'KIENU T-TWEĠIBIET SPEĊIFIĊI TAGĦHOM, U GĦALIEX TAĦSEB LI S'ISSA INJORAW IT-TĦASSIB TAL- BOSTA? S'issa kellna diskussjonijiet informali, u naħseb li diffiċli l-awtoritajiet jibqgħu jinjoraw ir- realtà. Se nippubblikaw it-talbiet tar-residenti dwar reviżjoni fl- ippjanar u se nwassluhom lill- awtoritajiet. Biħsiebna nkunu mal-mejda anke fuq kwistjonijiet bħar-reviżjoni tad-DC15, li se jkollha impatt fuq il-Local Plans u fuq l-irħula mingħajr ma tieħu kont tal-ħtiġijiet tar-residenti. Ma tkunx l-ewwel darba kieku l-awtoritajiet jagħlqu l-bieb; jekk se jagħtu s-sinjal favur iżjed kostruzzjoni, se nżidu l-pressjoni fuqhom. Jekk is-sinjal se jkun mod ieħor, se nuru li għandna l-kredenzjali npoġġu magħhom u naraw li x-xogħol isir sew. L-idea li l-Gvern ikollu jħallas kumpens jekk tinbidel id-diżinjazzjoni tal-artijiet hija sempliċement fażulla