MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523931

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

09 storja IL-ĦADD 14 TA' LULJU 2024 • illum Minn Patri Hermann Duncan O.Carm Edoardo Magri twieled f ' Tas – Sliema fit-22 ta' Settembru tas- sena 1908. Tgħallem fil- Liċeo u daħal fl- Universita' ta' Malta biex iggradwa ta' Avukat fis- sena 1934, u beda din il- karriera ma' ħuh il- kbir Alberto li wkoll laħaq Imħallef. Edoardo, bħala student, in- ħatar Presidente del Comita- to Permanente Universitario (President tal-Kumitat Per- manenti Universitarju) (1930- 1934). Hu kellu karriera kulturali twila għax kien korrispondent tal-ġurnali Malta, Eco di Malta e Gozo, Patri u Malta Tagħna. Kien ukoll is-segretarju tal- Giovine Malta mill-1926 sal- 1927 u fl-1929. Kellu karriera letterarja fir-rivisti prestiġjużi Malta Letterearia, Crociate, Vox, La Brigata, L'Egida u fil Bullettin tal-Malta Culture Institute. Ħadem fil- Qorti mis- sena 1934 'il quddiem u laħaq Imħallef fis- sena 1963. Kien ukoll is- Segretarju tal-Kamra tal-Avukati mis-sena 1961 sas- sena 1963 u d-Direttur tar- rivista Rostrum bħala rivista ġuridika. Kien eżaminatur tal- lingwa Taljana għal bosta snin, tal- BA (Baċellerat) u tal– matrikola, u rnexxielu jirbaħ il-Midalja tal- Bronz mill- Gvern Taljan fis- sena 1962. Sar Imħallef fit-12 ta' Novembru 1963, u ibnu Alberto kien ukoll Imħallef. Ta bosta lekċers fuq suġġetti reliġjużi, politiċi u tkellem ukoll fuq problemi soċjali, l– letteratura u l- mużika. Kellu bosta kotba, u fosthom wieħed isib pubblikazzjoni li tiddeskrivi xena ħelwa matul ħajtu meta kien għadu fil- fjur ta' żogħżitu li għexha bejn Triq Sant' Agata fejn kienet toqgħod familtu u Strada Marina (illum Triq il-Madonna tas- Sacro Cuor) fejn twieled u trabba. Dan il- ktieb semmieh Sgambetto di Adolescenza fejn idaħħal bosta ħbieb tamparu li kellhom laqam, il- praspar u kull saram li kien ikollhom. Dan hu ktieb importanti li jitkellem fuq bosta aspetti tal- ħajja soċjali f 'Tas- Sliema fil- bidu tas- seklu għoxrin. Isemmi ukoll li hu kien plejer ewlieni tal- Waterpolo ta' Sliema United u li rebaħ bosta unuri, u kien magħżul biex jipparteċipa għall – ewwel darba fil- Logħob Olimpiku li sar f 'Amsterdam fis- sena 1928. Hawnhekk se nagħtu ħarsa lejn wħud mill–pubblikazzjonijiet tiegħu:- 1932 - Ultima Nota in Quaresima – La Gialla Testuggine, fis- sena 1932 1933 - La Gabbia dei Venti ML VIII, Per l'Ode del Carducci, Alla Vittoria ML u VIII/I, La Corrida delle Maschere, Scompoli e Sacopli ML V VIII/I 14 sad-19 ta' Marzu, 1934 - Pacioc e Figlio – Bufera ML ns V IX, La Partecipazione di Malta al Primo Convegno Internazionale del Glorioso Ordine Equestre Che Porta il suo Nom 28 t' April 1924 - Eco di Malta e Gozo 1934 - Diogene al Binocolo – Figurini di Strade ML ns V.IV, Il carro della Zoppa – Franda Spazzata ML ns V IX 1935 - Il evicolo dei rescecani ML ns VX 1936 - L'importante sentenza liberatrice pronunziata dalla corte d'appello di Malta il 30 Giugno 1936 nella causa promossa contro l'on. avv. Enrico Mizzi direttore del 'Malta' per preteso disprezzo all'autoritá della corte traduzzjoni Edoardo Magri u La Voce Malta nell Enciclopedia Italiana Malta (17,18,19,21,26,28) 1937 - Fortunato Mizzi padre della Patria conferenza dal mio taccuino universitario. 1939 - Finalita' dell Universita' Cattolica, Conferenza. 1940 - Fantocci a Nudo, Versi. 1950 - Smascheriamoci in fratta, versi. 1951 - Enrico Mizzi l'Epuratore, versi letti nella ricorrenza del trigesimo della morte (21). 1952 - It- Tifkira tat- 8 ta' Settembru 1565 (diskors). 1953 - Il- Kawża tal- Istudenti mal- Universita' Kwistjoni ta' Dritt Transitorju 1954 - Il Rosario – La preghiera piu accettato a Maria u Sgambetti di Adoloscenza. 1957 - Aspetti canonici e legali dell' usura R III/7. 1960 - La posizione dei Magistrati nella Costituzione del 1959 R IV/II, Il- Kawża morale u soċjali tal- familja mifruda, b'introduzzjoni tal- Imħallef A.J. Montanaro Gauci u Min hu l- kappillan (diskors). 1961 - Mal- Arċisqof fit- Triq tal- Ħajja. 1964 - Id- Difiża tal- Morali fis- Soċjeta' Moderna. 1965 - Attentati alla Morale familiare col Mezzo dello Spettacolo (diskors). 1980 - Sir Hannibal Scicluna: a Profile of a centenarian who honoured this country (5th February 1880 – 1980). Eduardo Magri għadda għall- ħajja ta' dejjem fl-14 ta' Ottubru tas- sena 1998. Bla dubju hu meqjus bħala wieħed mill- aqwa difensuri fil-Qrati Kriminali, awtur prolifiku ta' kotba, u bniedem li tħaddet fuq bosta suġġetti politiċi, storiċi, letterarji u mużikali. Kien ukoll konferenzier u poeta mill- iprem. Imħallef li ħadem fil-qasam letterarju L-Imħallef Edoardo Magri Hu kellu karriera kulturali twila għax kien korrispondent tal-ġurnali Malta, Eco di Malta e Gozo, Patri u Malta Tagħna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 July 2024