MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523931

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' LULJU 2024 • illum aħbarijiet Il-vjaġġ tiegħu biex jilħaq bugħaddas beda minn kors tal- għads li gradwa fih iżda kienet il-fużjoni ta' din il-passjoni mat- teknoloġija li tassew wasslitu jżanżan id-delizzju. Għal Raniero, l-iskoperta tal- GoPro kienet rivoluzzjonarja. Din il-kamera ċkejkna fetħet il- bieb għall-possibbiltà li individwi jirrekordjaw filmati f 'ambjenti estremi fosthom taħt l-ibħra. "Min ivvinta din il-kamera kien bravu immens," irrimarka Raniero, filwaqt li rrikonoxxa l-irwol ċentrali li kellha t-teknoloġija fl-avventuri tiegħu taħt l-ilma. Madankollu, hekk kif approfondixxa l-misteri tal-baħar, Raniero ma setax jinjora ż-żieda allarmanti tat-tniġġis tal-plastik li qed jifga l-ekosistemi tal-baħar. Determinat li jagħmel differenza, ħalef li juża d-delizzju tal-għads mhux biss għall-esplorazzjoni, iżda wkoll għall-konservazzjoni. Ġurnata tipika għal Raniero tibda bi ppjanar metikoluż u verifika tat-temp, rutina familjari għad-dilettanti ta' kwalunkwe passatemp. Staqsejtu kemm it-temp jaffetwalu r-rutina, b'Raniero jispjega li għal grazzja t'Alla pajjiżna għandu tendenza li jkollu temp ideali, minkejja li xi drabi tiġi dik il-ġurnata b'riħ qawwi. Raniero spjega li jdur madwarha billi jżur ix-xtut ta' madwar il-gżejjer Maltin: "Malta almenu tajba mhux bħall-Awstralja li hija enormi, Malta żgħira, hekk ir-riħ jiġi minn naħa, tmur max-xatt li jilqa' r-riħ," temm jgħid Raniero. Huwa qal li tipikament jippjana ma' ħabib ir-rotta tal-għadsa, kemm jista' jkun f 'postijiet differenti. L-apparat jikkonsisti f 'wet suit, ċilindru jew tnejn, arloġġ, kompjuter li jikkalkula l-fond u r-rata ideali tal-għadsa. Iżda għalfejn hemm il-bżonn ta' kompjuter biex jikkalkula l-għadsa? Raniero spjega li l-għaddasa jitilgħu u jinżlu bil-mod biex jevitaw il-mard tad-dekompressjoni, magħruf ukoll bħala "the bends". Din il-kundizzjoni sseħħ meta n-nitroġenu assorbit fid-demm bi pressjoni għolja jifforma bżieżaq hekk kif l-għaddas jitla' malajr u jikkawża wġigħ u problemi serji ta' saħħa. Axxendenti gradwali jippermetti lill-ġisem jirrilaxxa n-nitroġenu b'mod sikur, u jimminimizza r-riskju ta' mard ta' dekompressjoni. Raniero semma li riċentement, flimkien ma' sħabu, xtara apparat ġdid li mistenni jtejjiblu l-esperjenza. Dan l-apparat jgħidulu underwater scooter; mutur b'turbina li żżomm miegħu biex jimbuttak b'veloċità (bħal scooter). Raniero spjega li dan l-apparat huwa kisba importanti minħabba l-fatt li ħafna min-nifs f 'għadsa jintuża fil-qdif, iżda grazzi għal dan l-apparat, il-ħin biex tasal bejn post u ieħor jonqos filwaqt li tiġi ppreservata aħjar l-arja taċ-ċilindru. "Kelli minnhom qabel, imma dan li xtrajt Ferrari kkumparat ma' dak li għandi preżentement li qisu mini minor". Huwa kompla jgħid li tipikament jinżel bejn 60-65 metru taħt l-ilma. "Kieku nista' mmur kuljum imma bħal dejjem niġġieled kontra l-ħin. Jien għadni naħdem ukoll minkejja l-età ta' 65," qal Raniero. Imma għaliex Raniero jippersisti f 'dan l-insegwiment impenjattiv, speċjalment fl-età ta' 65 sena? It-tweġiba tiegħu hija sempliċi iżda profonda: kull għadsa hija opportunità biex tħalli l-baħar aktar nadif milli ssibu. Fil-fatt Raniero darba minnhom waħdu tella' mal-2,000 tajer tal-karozzi mill-baħar, kif ukoll 10 karozzi fiċ-Ċirkewwa. Pjuttost waħda mill-ikbar kisbiet ta' Raniero kienet meta ssalvagwardja "Is-Sikka l-Bajda"; sikka kbira mimlija għerien żgħar u xquq, b'għoli ta' madwar 10 metri f 'xi postijiet u mdawra bi rdum li jista' jinżel mas-70 metru. Xi żoni ramlija huma parzjalment miksija bil-ħaxix tal-baħar, filwaqt li oħrajn huma vojta u bilkemm esplorati. Raniero Borg jaf qiegħ il-baħar iżjed mit-toroq ta' Malta Fil-qalb ta' dak li jagħmilna Maltin hemm tapizzerija ta' delizzji u eku ta' tradizzjonalità. Luigi Sghendo jiltaqa' ma' Raniero Borg, bugħaddas veteran

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 July 2024