MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523931

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

16 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' LULJU 2024 • illum L-Awtorità għat-Trasport f'Malta (Awtorità) tavża li l-Bord ta' Pilotaġġ (Bord) stabbilit skont ir-Regolamenn dwar il-Pilotaġġ Mariimu (SL 499.26) (Regolamenn), se jkun qed jagħmel eżami kompeniv għall-ħruġ ta' Liċenzja biex wieħed iservi bħala Bdoo Mariimu Trainee fuq perijodu ta' prova li għandu jinżamm mill-Awtorità għat-Trasport f'Malta, skont ir-Regolamenn dwar Pilotaġġ Mariimu (S.L.499.26) taħt l-Ao dwar l-Awtorità għat-Trasport f'Malta (Kap. 499). L-applikazzjonijiet għan-nomina biex joqogħdu għall-eżami kompeniv jintlaqgħu mis-Segretarja tal-Kap Uffiċjal L-applikazzjonijiet għan-nomina biex joqogħdu għall-eżami kompeniv jintlaqgħu mis-Segretarja tal-Kap Uffiċjal tal-Affaraijiet Mariimi, Transport Malta, Malta Transport Centre, Triq Pantar, Ħal Lija LJA 2021. Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hija l-15 ta' Lulju 2024. Aktar deoalji jinsabu fil-ħarġa tal-Gazzeoa tal-Gvern numru 21,277 u fuq il-websajt www.transport.gov.mt. Jiżdiedu t-telefonati b'talba għall-ambulanza wara s-sħana li ħakmet Charmaine Gauci tgħid li hu obbligu ta' kull dar tal-anzjani li taħseb għal ġeneratur bħala emerġenza f'każ li jinqata' d-dawl ġaladarba t-temperatura mistennija tibqa' togħla. Fejn qabel kienu jidħlu 150 telefonata kuljum għall- ambulanzi, waqt il-mewġa ta' sħana fl-2023 daħlu madwar 250 telefonata kuljum. Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci tkellmet dwar dan nhar is-Sibt filgħodu fuq il-programm Andrew Azzopardi on RTK103, u stqarret li qed tibqa' impressjonata. Qalet li minħabba l-fatt li t-temperatura mistennija tilħaq kważi 35°C, kull dar tal-anzjani hi obbligata jkollha ġeneratur għall- emerġenza f 'każ li jinqata' d-dawl. Gauci spjegat ukoll kif il-mewġa tas-sħana li ħakmet lil Malta s-sajf li għadda, ħadet il-ħajja ta' 80 ruħ, bi wħud minnhom "setgħu jiġu evitati." "L-agħar ħaġa kienet li f 'ġimgħa minnhom, 44% tal-imwiet kollha seħħew f 'darhom stess u lanqas laħqu missew mas-servizzi tas- saħħa," tenniet Gauci. Hija tkellmet fuq kif twaqqaf grupp sabiex jidentifika n-nuqqasijiet fil-pajjiż, fosthom fid-djar residenzjali, sabiex ikunu preparati aħjar għas-sajf. Wissiet biex anzjani, tfal u annimali ma jitħallewx fil-karozza sakemm isir il-qadi. Appellat ukoll biex min għandu ġirien li jgħixu waħedhom, jagħmlu kuntatt magħhom għax b'hekk jissalvaw il-ħajjiet. 'Kunu responsabbli jekk għandkom il-Covid' Waqt li tindirizza ż-żieda fil- każijiet tal-Covid, Charmaine Gauci talbet lill-pubbliku biex ikun responsabbli u jagħmel kwarantina jekk ikollu l-virus. Il-Ħadd li għadda, il-gazzetta MaltaToday irrapurtat li apparti li l-isptar qed ibati biex jakkomoda l-pazjenti minħabba nuqqas ta' sodod, qed tiġi nnutata żieda ta' każi ta' Covid. Mill-bidu ta' dan ix-xahar, ġie rraportat li l-ammont ta' każi attivi tela' għal 409 filwaqt li mietu erba' persuni. Spjegat li minħabba li eventwalment tlaqqmu bosta persuni, il-Covid m'għadhux perikoluż daqs kemm kien fil- bidu tiegħu, meta l-ebda persuna ma kellha immunità għalih. Għaldaqstant żiedet tgħid li issa hemm il-varjant tal-Omicron fost varjanti oħra, u għalhekk huwa essenzjali li xorta waħda kulħadd ikun responsabbli jekk ikollu l-Covid. Żiedet tgħid li huwa tajjeb li wieħed jagħmel test id-dar jekk iħoss xi sintomi u jkun imħasseb li għandu l-Covid. Mistoqsija dwar it-tħassib ta' bosta dwar l-effetti tat-tilqima, Gauci qalet li kwalunkwe` mediċina jista' jkollha l-effetti tagħha. Qalet li huwa naturali li jkun hemm effetti sekondarji la darba l-maġġoranza tal-poplu ħa t-tilqima. Spjegat li għad hemm nies li għadhom ibatu b'Long Covid, jew inkella għadhom taħt wieħed mill-effetti tal-Covid sal-ġurnata tal-lum. Rigward l-influss ta' turisti, u t-tħassib li jġibu magħhom aktar mard, Gauci kkalkulat li fil- ġimgħa qed ikun hemm madwar 800 applikazzjoni ta' persuni li jridu jiġu screened. Tkellmet fuq il-ħtieġa li d-dinja titgħallem mill-esperjenza tal- pandemija sabiex ma tirrepetix l-iżbalji li wettqet fil-passat. Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 July 2024