MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523931

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kotba IL-ĦADD 14 TA' LULJU 2024 • illum Daniel Cossai jirrifletti fuq id-duwalità għanja tat- traduzzjoni permezz ta' Lejl in-Nar (Faraxa Publishing, 2024) ta' Éric-Emmanuel Schmitt, miġjub għall-Malti minn Toni Aquilina. Kunflitt u Rikonċiljazzjoni Fil-bidu kien hemm il-Kelma. Hekk jiaħ il-Vanġelu ta' San Ġwann, u jekk inwarrbu r-reliġjuż u nassumu perspettiva sekulari, diffiċli ma naqblux. Il-Kelma, il-lingwa, fost il-karatteristiċi ewlenin li jiddistingwu l-bniedem minn ħlejqiet oħra, hija l-bażi tal-istorja tal- bniedem. U mal-Kelma, it-traduzzjoni. It- tradutturi minn żmien żemżem kellhom rwol essenzjali fit-trasferiment tal-ideat, fejn jippermettu l-konċentrazzjoni densa ta' ideat, tisplodi u timraħ 'il barra minn komunità mikroskopika globali bil-forza tal-Big Bang biex tħalli impatt globali. L-essenza tat-traduzzjoni paradossali: it-traduzzjoni hija kemm kunflitt u kemm rikonċiljazzjoni. Dawn qishom żewġ naħat tal-istess munita. Min-naħa, it-traduzzjoni tfisser li jiltaqgħu żewġ lingwi, fejn waħda taħkem lill-oħra, tieħu t-test tal-barrani u tagħmlu tagħha. U min-naħa l-oħra, tqarreb żewġ komunitajiet u tgħaqqadhom f 'ħaġa waħda. Is-sens ta' kunflitt u rikonċiljazzjoni rifless fit-traduzzjoni kważi kważi huwa parti essenzjali mill-kundizzjoni umana; il- kunflitt intern kostanti jagħmilna bnedmin. Ħu lil Charles de Foucauld, pereżempju, li kien, inizjalment, suldat fl-armata tal- Imperu Franċiż li ċaħad il-fidi Nisranija, u wara kkonverta, sar qassis, u mar jgħix fid-deżert tal-Alġerija fejn xandar il-Kelma t'Alla. Suldat u kolonjalist, min-naħa, devot u beatu, mill-oħra — żewġ naħat tal-istess munita. Huwa proprju Charles de Foucauld li jagħti l-bidu għall-ġrajja f 'Lejl in-Nar, rakkont awtobijografiku tal-awtur Franċiż- Belġjan Éric-Emmanuel Schmitt, maħruġ bil-Franċiż fl-2015 u bil-Malti, fi traduzzjoni ta' Toni Aquilina, minn Faraxa fl-2024. Schmitt jirrakkonta kif, bħala żagħżugħ, dak iż-żmien ateu, intbagħat l-Alġerija għal xi jiem bi preparazzjoni għall-ġbid ta' film dwar il-ħajja ta' De Foucauld. Tal-aħħar, min-naħa tiegħu, kien mar l-Alġerija biex jgħix mat-Twareg, nies nomadi. U Schmitt l-istess għamel f 'dawn il-jiem. Fil-fatt, dan l-episodju qasir mat- Twareg fl-Alġerija kien biss il-bidu tal- parallelliżmu ma' ħajjet De Foucauld. Il- vjaġġ kellu jnibbet fih kunflitt intern bejn dak li dejjem emmen b'konvinzjoni u dak li wasal għandu, bit-trasferiment tal-ideat, li eventwalment kellu jirrikonċilja fih innifsu fi speċi ta' konverżjoni għall-bniedem li llum isejjaħ ruħu 'anjostiku li jemmen'. Dan, essenzjalment, hu Lejl in-Nar. It- titlu jirreferi għall-konverżjoni ta' eks ateu Franċiż famuż ieħor, Blaise Pascal. Filwaqt li fil-wiċċ Lejl in-Nar huwa r-rakkont tal- vjaġġ fl-Alġerija, in-naħa l-oħra tal-munita hija xi ħaġa iktar profonda minn hekk: ir- revelazzjoni li ġarrab l-awtur hemmhekk, li ħalliet effett profond mhux biss fuq il-ħajja ta' Schmitt, iżda anka fuq xogħlu; numru sew ta' kitbietu jittrattaw ir-reliġjon. Il-ġeneru tal-memoir, fil-letteratura Maltija, mhuwiex komuni wisq. Iżda fil-bidu hemm il-Kelma, u mal-Kelma, it-traduzzjoni. L-att ta' traduttur huwa inizjatur; iġib test barrani għal-letteratura lokali, forsi fil-bidu joħloq kunflitt, iżda potenzjalment, eventwalment jinqara mill-kittieba lokali, jinfluwenzahom, u jikkawża bidla fil-letteratura lokali — ir- rikonċiljazzjoni. Għalkemm il-biċċa l-kbira ta' dawn l-awturi għandhom aċċess għall- istess test b'lingwi oħra, it-traduttur iservi ta' kuratur billi jagħżel minn miljuni ta' testi liema għandu jġib għall-attenzjoni tal- komunità. Għalhekk, għalkemm inviżibbli, l-att tat-traduttur huwa potenti. Ir-rakkont jalterna bejn siltiet deskrittivi, bi kreattività liema bħalha li tagħmilha faċli ħafna timmaġina dak deskritt bis-sensi kollha, u mumenti ta' riflessjoni filosofiċi. Kif għidna, it-traduzzjoni hija dejjem f 'kunflitt bejn kliem l-awtur u kliem it- traduttur. Wieħed jilmaħ is-similitudnijiet u frażijiet kreattivi oħra tal-awtur oriġinali, li jixhdu l-lealtà tat-traduttur lejn l-awtur, li iżda jrendihom spiss b'Malti naturali u b'kapaċità fenomenali li impossibbli ma tapprezzahiex. Spiss, imma mhux dejjem. Hemm mumenti fejn il-Malti tan-narratur kważi jinħass qisu l-Malti kif jitkellmu barrani, minħabba xi prepożizzjoni nieqsa jew xi għażla partikolari. Jista' jkun, biex inkun ġust, li din hi għażla konxja mit-traduttur biex ifakkarna li mhux qed naqraw ktieb miktub minn Malti, iżda ma naħsibx. Ma ssirx b'biżżejjed konsistenza biex tissuġġerixxi hekk. Jispikka wkoll ċertu sforz partikolari favur is-saff Semitiku tal- Malti. Minn banda jagħmel sens, bħala test ibbażat fl-Alġerija, iżda ma nistgħux ninsew li Schmitt stess kien barrani f 'din l-art, u li l-Franċiż, wara kollox, huwa eqreb tas-saff Rumanz. Hawnhekk forsi tidħol il- politika tat-traduzzjoni, fejn l-interessi tat- traduttur u l-ideat tiegħu jidħlu f 'kunflitt mat-test sors, u jsibu ruħhom fil-wiċċ. Irrid ngħid li bl-ebda mod it-traduttur ma jevita n-non-Semitiku għal kollox; fil-fatt insibu kliem bħal 'buz', 'ġins' u 'xorz'. Imma dawn jikkuntrastaw, imbagħad, ma' kelma bħal 'superswieq', li qisha ġiet inkluża biss fi sforz li t-traduttur iressaq terminu li jemmen fih, minkejja li l-għan aħħari tat- traduzzjoni hu li tikkomunika l-barrani b'lingwa intelliġibbli. Ta' min jgħid ukoll li, sa fejn hemm l-idea li s-Semitiku seta' ntuża b'xi skop narrattiv biex jagħtina togħma tal-element barrani u s-sens ta' vjaġġar, din titlef ħafna saħħa minħabba li fil-fatt, dan il-kliem Ingliż jikseb is-sens ta' "barranizzazzjoni" ħafna aħjar. F'mument minnhom tispikka l-problema tal-qrubija tal-lingwi, ħaġa li t-traduttur ma jistax jagħmel wisq dwarha. Lejla waħda, il-gwida jistaqsi lin-narratur, bit-Tamaxek, x'jismu, mistoqsija li, bejn wieħed u ieħor, qarrej Malti jiimha, iżda li n-narratur magħmul jitkellem bil-Malti Semitiku ma jiimhiex. Hawnhekk m'għandniex għażla ħlief li niakru li l-karattru ma kienx qed jitħaddet bil-Malti. Din problema li ġieli sseħħ fit-traduzzjoni, imma għalkemm spiss huma l-problemi li jispikkaw, bla dubju li mit-traduzzjoni t-test kiseb ħafna wkoll. Wara kollox, dak huwa s-siwi tat- traduzzjoni. Iva, forsi l-qarrej jista' jaqra l-oriġinali Franċiż, jew traduzzjoni b'xi lingwa oħra. X'nambuh mela il-Malti? Nambuh, għax kull traduzzjoni żżid saff ieħor li jagħmel it-test iżjed għani u jġeddu, frott il-proċess ta' kunflitt u rikonċiljazzjoni ta' dik it-traduzzjoni individwali. Lejl in-Nar huwa l-31 ktieb fis-sensiela Traduzzjonijiet Faraxa. Din id-dar tal- pubblikazzjoni qed timla l-vojt li kien hawn fis-suq Malti f 'termini ta' traduzzjonijiet letterarji. Fil-biċċa l-kbira qed tagħmel biċċa xogħol sew, għalkemm hemm lok għal irfinar; f 'dan il-ktieb, pereżempju, innutajt numru ta' żbalji ortografiċi li waslu sal- pubblikazzjoni. Faraxa jidher li qed tħalli impatt, hekk kif donnu t-traduzzjonijiet maħruġa qed jiżdiedu anki minn djar tal- pubblikazzjoni lokali oħra. L-impatt fuq il- letteratura nnifisha jieħu iżjed żmien biex jimmanifesta ruħu. Forsi għada pitgħada, bis-saħħa ta' Lejl in-Nar u oħrajn, nibdew naraw il-memoir Malti jieħu sura. ÉRIC‑EMMANUEL SCHMI Lejl in ‑Nar MAQLUB GĦALL‑MALTI MINN TONI AQUILINA www.faraxapublishing.com MAQLUB GĦALL‑MALTI MINN TONI AQUILINA Éric‑Emmanuel Schmi Lejl in ‑Nar in ‑Nar sena, waqt żjara ma' direur tal-films Éric-Emmanuel Schmi jingħaqad bħalu biex fil-kumpanija ta' Twareg u spedizzjoni ġod-deżert. Matulha, tal-Ħoggar. Mingħajr ilma, ikel u glaċjali, mhux biss ma jiġrilu xejn qiegħed jintrefa' minn forza tikwi bil-hena u b'sens ta' eternità. Iċ-ċertezzi razzjonalist jitheżżu minn għeruqhom. in-nar ma jsejjaħlux Alla? Schmi jirrakkonta lejl in-nar tiegħu jikxef, matul għaxqa ta' vjaġġ interjuri, u l-esperjenza li bidlitlu ħajtu sew bniedem kif ukoll kiieb.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 July 2024