MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523931

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Kemm il-Gwerra l-Kbira, jew l-Ewwel Gwerra Dinjija (1914-1918) u kemm it-Tieni Gwerra Dinjija (1940-45) kienu avvenimenti li pprovdew lil Hollywood u postijiet oħra b'diversi films dwar aspetti differenti ta' dawn iż-żewġ katastrofi terribbli. Sa mill- qedem, il-gwerra dejjem lagħbet irwol formidabbli fl-istorja tal- umanita`. L-erojiżmu u l-kuraġġ sfiq ta' missirijietna sikwit kien esebit fuq it-tertuqa u l-kompożitur, imqabbad jikteb il-mużika, aktarx iva milli le, jipproduċi temi sbieħ ta' kwalita` u anki ta' xi innu nazzjonali. Iċ-ċinema dejjem uriet ġrajjiet differenti tal- gwerra, ħafna minnhom veri u oħrajn fittizji. Rajna fuq il-liżar ċinematografiku kumbattimenti ħorox fuq l-art, fit-trinek umdużi mimlija tajn u ksieħ, fl-ajru u anki fuq il-baħar. Id-dokumentarji tal- gwerra qatt ma naqsu; ir-realiżmu sikwit kien ovvju flimkien mas- sentimentaliżmu, xi traġedja, xi att ta' qlubija gwappa u kultant ukoll xi kummiedja fuq dan is- suġġett serju. Nista' ngħid ukoll li l-aspett epiku ta' dawn il-films beda jidher ovvju mill-1957 'l hawn bil-film straordinarju e Bridge On e River Kwai tat-Tieni Gwerra Dinjija u kompla b'dik tal-Korea, il-Vjetnam u l-Lvant Nofsani. Dawn ix-xogħlijiet, barra li kienu mogħnija bi spettaklu, kellhom temi mużikali, xi marċ jew xi kanzunetta popolari tal-widna. Ix-xniegħa hi li Jack Judge, nhar it-30 ta' Jannar 1912, kiteb il-kanzunetta It's A Long Way To Tipperary wara mħatra ta' ħames xelini u l-lejla ta' wara kantaha hu stess. Din saret l-aktar kanzunetta popolari tal- Ewwel Gwerra Dinjija u bdiet tindaqq regolarment fl-iswali tal- mużika Brittaniċi. Kienu diversi l-kantanti li kantawha u, fost oħrajn, instemgħet ġo films bħal Darling Lili (1970), Das Boot (e Boat) (1981) u On Moonlight Bay (1951) li fih ħadmet Doris Day. Kanzunetta oħra li saret popolari fit-Tieni Gwerra Dinjija hija Bless em All, jew kif magħrufa wkoll e Long, e Short And e Tall, film dirett minn Ken Annakin fl- 1961. Din kitibha Fred Godfrey u kkompona l-mużika tagħha Robert Kewley. L-ewwel li rrekordjaha kien George Formby fl-1940. Instemgħet ukoll fil-films Twelve O'Clock High (1949) bl- attur Gregory Peck u fl-1956 fil- film e Proud And e Profane. Il-kantanta Dame Vera Lynn stinkat ħafna biex timla lis-suldati Brittaniċi bl-ispirtu u l-ħerqa biex jiġġieldu għal pajjiżhom, l-iżjed bil-kanzunetta verament popolari We'll Meet Again. Instemgħet ukoll fil-film Dr. Strangelove (1964) tad-direttur Stanley Kubrick u Yanks (1979). Il-Ġermaniżi wkoll kellhom il- kanzunetta popolari tagħhom, Lili Marleen. Marlene Dietrich ġiet esegwita anki bl-Ingliż fejn saret ukoll il-favorita tal-alleati. Fil-film Play Dirty (1969) ta' Rainer Werner Fassbinder u fil- film Judgement At Nuremberg (1961) instemgħet ukoll. Matul il-ħamsinijiet sa kważi dawk tas-sebgħinijiet, kienu ħafna l-films tal-gwerra b'tema mużikali popolari. Il-Ħadd li ġej niffoka fuq dawk il-produzzjonijiet elaborati b'temi tal-widna. 14 films IL-ĦADD 14 TA' LULJU 2024 • illum Carmel Bonnici Kanzunetti, marċi u temi mużikali mill-films tal-gwerra (L-ewwel parti) SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp tit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp tit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA The Bridge on the River Kwai huwa film epiku tal-gwerra tal-1957 b'direzzjoni ta' David Lean u bbażat fuq ir-rumanz tal-1952 miktub minn Pierre Boulle. Nigel Davenport (xellug) u Michael Caine fil-film Play Dirty (1969) George Formby fl-1940 kien l-ewwel wieħed li rrekordja 'Bless Them All,' li nstemgħet f 'numru ta' films inkluż; The Long and the Short and the Tall, Twelve O'Clock High u The Proud And The Profane.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 July 2024