MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523931

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 kultura IL-ĦADD 14 TA' LULJU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Id-differenzi, l-għaqda u d-dmir, 'Wajib' jintwera' b'xejn f'Spazju Kreattiv Il-film drammatiku Wajib minn Annemarie Jacir, se jkun qed jintwera f 'Spazju Kreattiv nhar it-Tlieta, 23 ta' Lulju, fis-7:30pm. Din il- wirja speċjali hija parti mil- Lejla tal-Films Palestinjani f 'Spazju Kreattiv. Wajib jirrakkonta l-istorja ta' Abu Shadi, missier iddivorzjat u għalliem f 'Nażaret, u ibnu Shadi, li jirritorna minn Ruma wara snin barra minn art twelidu. Shadi jerġa' lura biex jonora d-dmir tiegħu, jew "wajib", billi jqassam l-inviti għaż-żwieġ ta' oħtu b'mod tradizzjonali Palestinjan. Hekk kif il-missier u ibnu jinnavigaw it-toroq mimlija ta' Nażaret flimkien, it- tensjoni bejniethom togħla u tikxef id-diverġenzi profondi u kultant komiċi li jisseparaw id-dinjiet tagħhom. Bil-protagonisti reali Mohammad u Saleh Bakri, il-film Wajib jaqbad b'mod brillanti l-kumplessitajiet tar-relazzjonijiet fil-familja, it-tradizzjoni, u l-inevitabbli kunflitt bejn ġenerazzjonijiet differenti. Il-film, bl-Għarbi iżda b'sottotitoli bl-Ingliż, għandu tul ta' siegħa u 36 minuta. Id-dħul huwa b'xejn, imma min hu nteressat għandu jibbukkja mill-iżjed fiss possibbli. Ingħaqad ma' Spazju Kreattiv għal dan il-vjaġġ mimli emozzjonijiet, fejn kull stedina mqassma ġġib lill- missier u lil ibnu eqreb sabiex jegħlbu d-differenzi tagħhom u jerġgħu jsibu l-għaqda tagħhom li, fl-aħħar mill- aħħar, qatt ma tista' tinkiser. Żgura postok billi żżur is- sit ta' Spazju Kreattiv u tkun parti minn lejl li jiċċelebra l-kultura u ċ-ċinema unika Palestinjana. Għawdex se jkun it-teatru ta' spettaklu straordinarju nhar il-Ġimgħa, 9 ta' Awwissu fil-pjazza tax-Xagħra, fejn il-'Karus l-Aħmar' u 'DAR Bjorn' ser jingħaqdu f 'kollaborazzjoni biex jippreżentaw LeġġenDARju, kunċert imnebbaħ mis-suċċess tal-kunċert Sempre Vivo li ilu jsir għal dawn l-aħħar tliet snin. LeġġenDARju se jkun kunċert uniku u eċitanti b'orkestra live mmexxija mill-Maestro Antoine Mercieca, surmast Għawdxi ta' fama. Din l-orkestra tinkludi mużiċisti tal-akbar talent minn Malta, b'esperjenza ta' kollaborazzjoni ma' gruppi rinomati. Il-kunċert ser ikun b'xejn, imma l-pubbliku mħeġġeġ jagħmel donazzjonijiet b'risq DAR Bjorn, b'kollox imur għal DAR Bjorn Respite, it-tielet dar tal-fondazzjoni li toffri appoġġ lil dawk li għandhom bżonn. F'dan l-ispettaklu, il-pubbliku jista' jistenna prestazzjonijiet mill-aqwa talent lokali, fosthom Kurt Calleja, Fabrizio Faniello, Claudia, Owen Leuellen, Maxine, Neville Refalo, Denise Mercieca, Janvil u bintu Giada. Wara l-kunċert, se jkun hemm after party minn Dj Filletti u JJoy, ippreżentat minn Ron Briffa u Peter Busuttil. Ejjew ilkoll ngħinu lil Bjorn u nkunu parti integrali minn din il-missjoni leġġendarja. Inħeġġukom tiġu nhar id-9 t' Awwissu għal divertiment garantit fil-pjazza tax-Xagħra, u fl-istess waqt ngħinu lil DAR Bjorn jiftaħ it-tielet dar tiegħu. Għin lil DAR Bjorn fil-kunċert LeġġenDARju f'Għawdex Wajib jirrakkonta l-istorja ta' Abu Shadi, missier iddivorzjat u għalliem f 'Nażaret, u ibnu Shadi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 July 2024