MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523931

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 14 TA' LULJU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Qed tħossok kreattiv? 'Skeċċ' qed jistiednek tikteb u ttella' dramm qasir Jekk għandek in-nar tal-kreattività jinbet fik dan is-sajf, Spazju Kreattiv ħareġ bl- avveniment ideali għalik. Festival Skeċċ, li ser isir nhar il-Ġimgħa 6 ta' Ġunju u s-Sibt 7 ta' Ġunju 2025, se jittrasforma Spazju Kreattiv f 'teatru uniku u innovattiv, b'prestazzjonijiet uniċi fit-teatru, studjows, u fl-ispazji miuħa. Kemm jekk inti kittieb esperjenzat jew jekk għadek qiegħed issib saqajk, dan huwa ċ-ċans tiegħek biex tibrilla. Propju issa, Spazju Kreattiv qed ifittex drammi qosra oriġinali li jdumu bejn 10 u 20 minuta. Jekk għandek xi storja affaxxinanti li għadha ma rat l-ebda palk, dan hu l-post u ż-żmien għalik biex tesperimenta. M'hemmx tema speċifika imma dejjem huma eċitanti x-xogħlijiet dwar kwistjonijiet kontemporanji, jew dawk dwar diversità kulturali. Il-preżentazzjonijiet tista' tibgħathom kemm bil-Malti u kemm bl-Ingliż, u tista' tibgħat sa tliet stejjer differenti. Mal-iskritt inti mitlub tibgħat sommarju qasir. Jekk tintgħażel storja minn tiegħek, din tintwera tliet darbiet matul il-jumejn tal-festival. Spazju Kreattiv qed iżomm l-affarijiet tekniċi sempliċi, b'hekk, kwalunkwe` installazzjonijiet huma mitluba li jinżammu minimi. Biex jgħinuk tagħti l-ħajja lill-viżjoni tiegħek, kull produzzjoni magħżula se tirċievi kontribuzzjoni finanzjarja ta' €1,000. Din ser tgħinek tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tiegħek, inklużi ħlasijiet artistiċi. Lest tieħu l-opportunita` u tkun parti minn din il-vjaġġ fantastiku? Ibgħat l-iskripts tiegħek f 'format PDF sa nofsinhar tal-Ħadd, 30 ta' Settembru, 2024. Immarka l-kalendarju tiegħek u ibda ppjana l-idea kolossali tiegħek li jmiss. Skeċċ 2025 fi Spazju Kreattiv huwa l-post fejn trid tkun preżenti jekk inti tħaddan il-kreattivita` bix- xewqa li tagħtiha d-dawl u tħalli l-marka tiegħek fid-dinja tat-teatru. L-iskritt tal-musical Malti, It-Teatru tal-Miskin, mill-pinna ta' Luke Saydon, ġiet ippubblikata fi ktieb. Fit-tnedija tiegħu ġewwa Storeroom f 'Ta' Xbiex, il-ktieb ġie maqsum f 'qari intimu minn Saydon stess, Ruth Borg u Klara Vassallo. Wara għamlu prestazzjonijiet żgħar Claire Tonna u wħud mill- atturi oriġinali, omas Camilleri, Chiara Hyzler u Sean Borg. Imtella' inizzjalment fl-2022, f 'tliet teatri madwar Malta u Għawdex, It-Teatru tal-Miskin jirrakkonta l-istorja fir-raħal kwiet ta' Ħal Fern; raħal maqtugħ mill-bqija tad-dinja, fejn lanqas il-karozza tal-linja ma tgħaddi. Imma dan ir-raħal huwa miżgħud sigrieti xejn pjaċevoli li jkun aħjar għal kulħadd jekk jibqgħu mistura. Ġurnata fost l-oħrajn, jaslu f 'Ħal Fern truppa ta' buffi, li sintendi jispikkaw mill-bqija tar-raħal. L-animazzjoni u l-logħob tagħhom jistonaw mhux it fit-toroq mundani ta' Ħal Fern. Huma jtellgħu It- Teatru tal-Miskin, spettaklu li jikxef l-istejjer li Ħal Fern ried midfun fil-fond. L-istejjer li jirrakontaw huma ta' tifel li ażżarda jilbes takkuna għolja. Il-musical, immexxi minn Denise Mullholland b'dramaturġija ta' Clare Azzopardi, rebaħ il-Premju għall-Produzzjoni tas-Sena fl-edizzjoni tal-2023 taċ-Ċerimonja tal-Premju għall-Arti mill-Kunsill Malti għall-Arti. Il-playscript tiegħu issa huwa disponibbli għax-xiri minn www.saydonstudio.com. Din il- pubblikazzjoni ġiet iffinanzjata mill-Malta Book Fund 2023 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-produzzjoni ta' suċċess 'It-Teatru tal-Miskin' issa ppubblikata f'ktieb

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 July 2024