MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523931

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 14 TA' LULJU 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M atul dawn l-aħħar ġimgħat, din il-gazzetta, flimkien ma' ħafna osservaturi politiċi oħra, kienet qed tistenna biex tara x'passi konkreti kienu ser jittieħdu minn Robert Abela bħala Prim Min- istru. Dan wara r-riżultat xejn pożittiv għall-Partit Laburista fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Abela mhuwiex it-tip ta' bniedem li jieħu d-deċiżjonijiet f 'ħakka t'għajn; meta kien hemm il-kriżi tal-pandemija, għaddew ġimgħat sħaħ sakemm il-gvern irrealizza kemm kienet serja l-problema. Din id-darba l-affarijiet jidhru it differenti. Jidher li hemm għarfien dwar il-problema serja. Il-kwistjoni hija wkoll li ħafna mid-deċiżjonijiet mhux qegħdin f 'idejn Abela. L-ewwel problema hija tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat. Muscat mhux biss sarima għal Abela u l-Partit Laburista, iżda bomba lesta biex tisplodi minn ħin għall-ieħor. Il-bogħod mill-fatt li trid tiġi ddeterminata fil-proċessi ġudizzjarji jekk Muscat huwiex ħati tal-akkużi kriminali kontrih, il-fatti waħedhom jikkundannawh bħala politiku li fassal deċiżjonijiet djaboliċi u żbaljati li wasslu għat-tberbiq mill-flus tal-istat għall-gwadann ta' it nies. Abela, kieku jista', jarmi lil Muscat iżda ma jistax. U dan Muscat jafu. Għalhekk Abela jrid isib mod kif jista' jkompli xogħlu mingħajr l-għajnuna tal-legat ta' Muscat. Imbagħad hemm il-każ ta' Chris Fearne, li daħal fl-istorja għax hu wkoll qed jaffaċċja akkużi kriminali fl-istess każ ta' Stewards. Minħabba dan, in-nomina ta' Fearne għall-Kummissarju fl-Ewropa ma seħħitx. Abela stess stqarr li hu qed jistenna l-eżitu tad-deċiżjoni tal-Qorti. Fearne qed jispera li jinħeles mill- akkuża – deċiżjoni li fil-liġi tiġi rreferuta bħala prima facie. Hawn min qed isostni li din id-deċiżjoni mhix waħda ċerta u jekk il-każ ikun li Fearne jibqa' akkużat kriminalment, Abela jkollu jagħżel persuna oħra għal Kummissarju u kif ukoll jaffronta l-problema ta' Fearne, kriminalment akkużat, li jkun għadu jservi ta' Deputat Kap. Il-problemi ma jonqsux. It-tielet problema hija l-opinjoni pubblika. La darba tieħu daqqa 'l isfel fil- politika, diffiċli terġa' titla'; il-poplu jibda jqis kull ilma misħun. Għal kull problema fil-pajjiż fuq livell makro jew mikro, in- nies ser iwaħħlu fil-gvern tal-ġurnata. Ċertament, biex tindirizza din il- problema, irid ikun hemm rispons li jidher li qed iħalli frott. Huwa fiċ-ċar li n-nies issa ddejqu jisimgħu kliem u fatti xejn. L-isfidi ta' Robert Abela

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 July 2024