MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523931

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' LULJU 2024 • illum CANCER (IL-QABRU), MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU F'din l-aħħar ġimgħa tar-raba' żodjaku ta' Cancer, għalik Cancer se jkun dak il-mument opportun sabiex tagħraf aħjar lilek innifsek. F'dan il-mument int se tagħraf fil- profond il-ħtiġijiet personali tiegħek. Il- Qabru huma magħrufin għall-ispontanjeta` tagħhom. Namaste. VIRGO (L-GĦODRA) MIT -23 T ' AWWISSU SAT-22TA' SETTEMBRU F'din l-aħħar ġimgħa tar- raba' żodjaku ta' Cancer, għalik Virgo se jkun il-mument għal aktar għarfien profond. Se tagħmel il-pożizzjoni tiegħek aktar stabbli u din ser taffettwa kif ser twettaq il-proġetti futuri tiegħek. L-Għodra huma magħrufin għall- komunikazzjoni tagħhom. Namaste. SCORPIO (L-GHAQREB) MILL 23TA OTTUBRU SAT 21TA NOVEMBRU F'din l-aħħar ġimgħa tar-raba' żodjaku ta' Cancer, għalik Scorpio se jkun mument ta' riflessjoni profonda dwar dak li qed twettaq fil-preżent. Għalhekk huwa ferm importanti li żżomm lilek innifsek ikkonċentrat aktar. L-Għaqreb huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom. Namaste. CAPRICORN (IL-WOTT) MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR F'din l-aħħar ġimgħa tar-raba' żodjaku ta' Cancer, għalik Capricorn se jkun mument ta' opportunita` għal dawk il- proġetti li tant kont ilek tistenna li jitwettqu, għalhekk analizza b'għaqal. Il-Wott huma magħrufin għal kemm huma nies ta fehma soda. Namaste. TAURUS (IT-TAWR) MILL-20 T' APRIL SAL- 20 TA' MEJJU F'din l-aħħar ġimgħa tar-raba' żodjaku ta' Cancer, għalik Taurus se jkun il-waqt opportun sabiex tagħraf kemm il- karriera tiegħek qed tkun ta' motivazzjoni għalik. Madankollu, int trid tagħraf iżżomm bilanċ. It-Tawr huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-Oroskopju fl-aħħar ġimgħa ta' żodjaku ta' Cancer MILL-ĦADD 14 TA' LULJU SAS-SIBT 20 TA' LULJU Steve Ellul, li sa sena ilu kien kap eżekuttiv ta' Project Green u it wara kandidat għall- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, ikkonferma u aċċetta li se jiġi maħtur bħala l-Kap Eżekuttiv il- ġdid ta' Infrastructure Malta minflok Ivan Falzon li rriżenja mill-kariga. Ellul, li kważi tela' fil-Parlament Ewropew, kien meqjus bħala vuċi moderata fit-tim tal-kandidati tal- Labour għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Ellul kien ġie mitlub mill-Prim Ministru Robert Abela biex jindirizza l-problema tat-traffiku u fl-istess ħin isib mod kif jikkunsidra l-element ambjentali. Ellul, li ħadem fil-qasam tal-finanzi qabel ma daħal fil-politika, huwa magħruf għall-politika ambjentali u joffri stampa ċara li l-Partit Laburista għandu bżonn jagħti aktar każ l-aġenda ambjentali. Ellul ser ikun qed jaffaċċja sfidi kbar fosthom il- proġett kontroversjali tal-Imsida li qed jiġi proġettat li jibda fil-futur qarib. Infatti, hemm stennija kbira għall-proġett tal-Imsida; proġett ambizzjuż li apparti li huwa maħsub li jkun parti mis-soluzzjoni għall- problema tat-traffiku, huwa wkoll mistenni li joħloq problemi estensivi meta jibdew ix-xogħlijiet. Dan, bla dubju, se jkun ta' impatt kbir fuq it-traffiku fiċ- ċentru ta' Malta. F'diskussjoni ma' Ellul, Robert Abela enfasizza li jrid ikun hemm aktar koordinazzjoni bejn id- dipartimenti u l-aġenziji kkonċernati. Din hi, kienet u tibqa waħda mill-ikbar kwistjonijiet tal-Gvern ta' Abela. Ellul bi ħsiebu jibda x-xogħol tiegħu bħala Kap Eżekuttiv fil-ġranet li ġejjin. Steve Ellul jaċċetta l-isfida ta' Infrastructure Malta ADPD joġġezzjona għal bini ta' skola privata f'Ħ'Attard Konferma: Steve Ellul ser ikun il-Kap Eżekuttiv ta' Infrastructure Malta Il-Partit tal-Ħodor, l-ADPD, ressaq oġġezzjoni dwar applikazzjoni li se tara 5,660 metru kwadru art, riservata għall- faċilitajiet sportivi maġenb skola primarja pubblika f 'Ħ'Attard, tinbidel għall-użu ta' skola privata L-oġġezzjoni tressqet mis- Segretarju Ġenerali tal-ADPD u l-Kunsillier tal-ADPD f 'Ħ'Attard Ralph Cassar. F'konferenza tal-aħbarijiet f 'Ħ'Attard stess, Cassar qal li l-Kunsill Lokali għandu jitlob biex il-Gvern, kif wiegħed, jakkwista l-art u jiżviluppa faċilitajiet sportivi u edukattivi li għandha bżonn l-iskola u l-komunità ta' Ħ'Attard. Iċ-Chairperson ta' ADPD, Sandra Gauci, qalet li l-applikazzjoni tfittex li tnaqqas b'mod sostanzjali ż-żona f 'Ħ'Attard fejn jistgħu isiru faċilitajiet sportivi għall-użu tal- komunità. Żiedet li riżultat ta' din l-applikazzjoni l-interessi tal- komunità qed isibu ruħhom f 'kunflitt ma' interessi privati.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 July 2024