MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523931

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

intervista IL-ĦADD 14 TA' LULJU 2024 • illum 06 'Stennejna r-rapport Sofia jitlesta X'KIEN L-ISKOP TA' DAWN IT-TIBDILIET? Huwa dmir tagħna bħala leġiżlaturi li nagħtu prijorita` lill-benesseri tal-ħaddiema tagħna, li huma s-sinsla tal- ekonomija tagħna. Aħna, bħala l-Partit Laburista, kburin li aħna l-partit tal-ħaddiema, fejn il-missjoni kienet, għadha u tibqa' dik li niddefendu d-drittijiet tal-ħaddiema, inkluż id-dritt fundamentali li jaħdmu f 'ambjent sigur. Nemmen ukoll li din il-liġi hija okkażjoni biex ningħaqdu flimkien u nibagħtu messaġġ qawwi li s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tagħna mhumiex negozjabbli. Din il-liġi għandha tipprovdi għar-regolamentazzjoni ta' kwistjonijiet relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, u b'mod partikolari l-promozzjoni u s-salvagwardja tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq ix- xogħol. L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol (OHSA) qiegħda tagħraf li l-pilastru tal- għarfien u l-bidla fil-kultura ma ssirx biss bir-riformi leġiżlattivi. Ikun inutli li l-gvern jibqa' jimbotta bir-riformi u l-implimentazzjoni ta' liġijiet ġodda jekk ma nedukawx lill- poplu tagħna dwar l-importanza għal iżjed għarfien rigward ir- riskji u l-miżuri ta' prevenzjoni għal- livelli iżjed għolja fejn tidħol is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. Hu wkoll importanti li l-poplu jkun mgħarraf dwar ir- responsabbiltajiet u d-drittijiet tiegħu f 'dan ir-rigward, jingħata rendikont tal-ħidma li għaddejja, u iżjed informazzjoni ta' fejn irridu naslu. Dan l-att se jkun qiegħed jibni fuq l-Att tal-Awtorità għas- Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – Kapitlu 424 li ilu fis-seħħ għal dawn l-aħħar 20 sena; jinħtieġ li jkun aġġornat għall-iżvilupp li seħħ matul is- snin biex nassiguraw li jkollna liġi li tirrispondi f 'ħin adekwat għall-esiġenzi fis-settur u li tkun tipprovdi deterrent effettiv. X'INHUMA L-AKTAR PUNTI KRUĊJALI LI SE JAGĦMLU L-AKTAR DIFFERENZA? Il-punti kruċjali li ser jagħmlu l-aktar differenza huma dawn li ġejjin: a) Ristrutturar tal-OHSA biex jiġu delineati l-irwoli u r-responsabbiltajiet tal- partijiet differenti li jiffurmaw l-Awtorità, filwaqt li jiżguraw livelli ogħla ta' governanza, b) It-tneħħija u l-emenda ta' dispożizzjonijiet mhux ċari fil- liġi kurrenti li jistgħu jwasslu għal interpretazzjoni żbaljata, c) L-inkoraġġiment ta' djalogu kostruttiv bejn l-OHSA u korpi kostitwiti dwar il-benefiċċji ta' żgurar ta' saħħa u sigurtà fuq il- post tax-xogħol, d) Ir-riforma tas-sistema ta' pieni biex jiżdied l-effett tad- deterrent, filwaqt li tiżgura infurzar rapidu u effettiv, f ) L-introduzzjoni ta' proċedura ġdida ta' kompromess speċjali u t-twaqqif ta' Tribunal ġdid għas-Saħħa u s-Sigurtà, h) L-introduzzjoni tal-ħatra ta' Uffiċjal Responsabbli għas- Saħħa u s-Sigurtà (HSRO) għal ċerti oqsma tax-xogħol l-aktar ta' riskju għoli, i) L-introduzzjoni tal-kunċett ta' strumenti amministrattivi li se jippermettu perjodi ta' żmien ħafna iqsar għall-Awtorità biex tintroduċi miżuri regolatorji urġenti. MIN HUMA D-DIPARTIMENTI JEW AĠENZIJI LI SE JKUNU PRIMARJAMENT MILQUTA MINN DAN KOLLU? Naturalment, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol (l-OHSA) li ġet struttrata mill-ġdid, ser tiġi affetwata direttament b'dawn l-emendi. Kif spjegajt fil-mistoqsija ta' qabel, biex inżidu l-effettività u l-effiċjenza, għaddejjin bi proċess ta' ristrutturar fl- Awtorità fejn fost l-oħrajn iffirmajna żewġ ftehimiet kollettivi, wieħed f 'Settembru u ieħor f 'Mejju, biex mhux biss jitjiebu s-salarji u l-kundizzjonijiet, iżda jiżdied it-taħriġ biex insaħħu r-riżorsa umana. Minkejja l-isfida biex insibu nies kompetenti fost l-oħrajn fi rwoli tekniċi, il-mira hija li sal-aħħar tas-sena nżidu l-ħaddiema għal 60, b'20 oħra fis-sena li ġejja, biex sal-aħħar tal-2025 nkunu tripplajna l-ħaddiema li kellna fil-bidu ta' din is-sena. ĠE JTU KRITIK ATI MILL-K AP TAL-OPPOŻIZZ JONI, FOST L-OĦR A JN, LI DIN HIJA "KNEE JERK REACTION". X'TIKKUMENTA? Din hija kritika popolista u fuq kollox inkonsistenti. Dan għaliex fis-6 ta' Marzu 2024, l-Oppożizzjoni ressqet mozzjoni biex il-Gvern jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal- inkjesta fi żmien 6 xhur. Issa għax il-Gvern qed juri b'liem serjetà qed imexxi dan il- proċess riformattiv, ħarġu jgħidu li qed issir bl-għaġla. B'responsabbilità, dan il- Gvern, sa mill-ewwel ħin wara l-publikazzjoni, impenja ruħu li mhux biss iwettaq ir- rakkomandazzjonijiet tal- inkjesta pubblika marbuta mal-mewt ta' Jean Paul Sofia u l-miżuri fil-Manifest Malta Flimkien, imma jmur oltre`. Il-gazzetta ILLUM titkellem mal- Ministru Għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard, fil-ġimgħa li ġiet mħabbar riforma fil-liġi li ssaħħaħ l- Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax- Xogħol Jonathan Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 July 2024