MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524297

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 kultura IL-ĦADD 21 TA' LULJU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti L-Għanja tal-Poplu 2024: Il-festival jasal fit-48 Edizzjoni tiegħu Il-preparamenti għat-48 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu għaddejjin ġmielhom. Il-festival se jittella' nhar is-Sibt 3 t' Awwissu fid- 8:45pm fi Pjazza Teatru Rjal, bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni ta' Mro Joe Brown. L-ewwel edizzjoni ta' dan il- festival ittellgħet 51 sena ilu ġewwa l-Belt Valletta. L-Għanja tal-Poplu baqa' jiġbed lejh żgħażagħ kif ukoll artisti ta' esperjenza li għandhom għal qalbhom il-mużika Maltija. Il-kanzunetti finalisti tat-48 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu huma: Kanzunetta – Kantant/a/i (Awtur, Kompożitur) 01. Jien Min Jien – Klikka (Renato Vella/ Steve Camilleri/ Malcolm Camilleri, Philip Vella) 02. Daqqa ta' Pinna – Cherylis (Emil Calleja Bayliss, Mark Scicluna) 03. Jiena Missier – Dominic Cini (Etienne Micallef, Philip Vella) 04. Straight – Lon Kirkop (Kantawtur) 05. Bil-Jekk u Bil-Jewwilla – ea Gauci (Emil Calleja Bayliss, Mark Spiteri Lucas) 06. Fissidni – Dario Bezzina (Kantawtur) 07. Munita B'Żewġ Uċuħ – Kayley Cuschieri (Paul Ellul, Mark Scicluna) 08. Tgħanniqa – Leontine (Etienne Micallef, Dominic Cini) 09. Kanna Kanun – JAMM Band (Mark Cachia) 10. Dik L-Id – Jasmine Farrugia (Paul Ellul, Aldo Spiteri/ Bradley Spiteri/ Liam Spiteri) 11. Nafu Nħobbu Wkoll – Anna Azzopardi (Joe Julian Farrugia, Mark Spiteri Lucas) 12. Il-Poeta ta' Ftit Kliem – Mark Tonna (Etienne Micallef, Dominic Cini) 13. Namra – Florence Aquilina (Kantawtur) 14. Inkiss Inkiss – Rachel Lowell (Emil Calleja Bayliss, Philip Vella) 15. Għażiża – Laura Bruno (Mark Spiteri Lucas) 16. Qsamt it-Triq – David Joseph Sammut (Alfred C. Sant) Il-mistiedna speċjali ta' din is-sena huma Renato Micallef li se jingħata rikonoxximent għall-kontribut tiegħu fil-kamp mużikali Malti, kif ukoll l-kantant tal-kanzunetta rebbieħa tal-2023 - Christian Arding. Il-koppja Joseph Galea u Antonella Galea Loffreda se jkunu l-preżentaturi ta' din l-edizzjoni. Bilejtti jistgħu jinkisbu minn: www.ticketline.com.mt. Għal aktar informazzjoni żur is- sit www.ghanjatalpoplu.org. Dan il-festival huwa organizzat mill-għaqda volontarja b' kollaborazzjoni ma' Pjazza Teatru Rjal. L-Għanja tal-Poplu huwa megħjun mill-Kunsill Malti Għall- Arti. L-Orkestra Filarmonika ta' Malta qed tistidinkom għall-kunċert orkestrali Family Fanfare, f 'Pjazza Teatru Rjal, nhar is-Sibt 7 ta' Lulju. Is-sensiela ta' Do-Re-Mi għal dan l-istaġun tasal fid- destinazzjoni finali tagħha b'dan il- kunċert orkestrali. Is-seba' karattri mużikali se jingħaqdu flimkien mal-Orkestra għal prestazzjoni professjonali taħt it-tmexxija ta' Maestro Roderick Bugeja. Id-Direttriċi Artistika Maria Blanco spjegat li dan se jkun kunċert imżewwaq b'mużika ta' żfin u atmosfera ta' ċelebrazzjoni. Fil-fatt, apparti s-seba' protagonisti, il-preżentaturi u l-Orkestra, se naraw ukoll żeffiena b'talent fuq il-palk. Is-sensiela ta' kunċerti għat-tfal Do-Re-Mi, li kienet imniegħda mill-Orkestra Filarmonika ta' Malta f 'dan l-istaġun, kellha suċċess kbir mat- tfal u l-familji tagħhom, minħabba l-mod ta' kif kienu mfassla biex jintroduċu d-dinja fantastika tal-mużika klassika lill-udjenza ċkejkna tagħna b'mod interattiv u ntriganti. Nisperaw li narawkom magħna biex intemmu din l-avventura mużikali b'dan il-Family Fanfare, nhar l-20 ta' Lulju f 'Pjazza Teatru Rjal ġewwa l-Belt Valletta. Bookings għandhom isiru onlajn minn showshappening. com. Bookings għat-tfal huma bla ħlas. Is-sensiela ta' Do-Re-Mi tara tmiem l-istaġun f'Pjazza Teatru Rjal

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 July 2024