MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524297

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 21 TA' LULJU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti 'Figures Unbound': Wirja ta' Alfred Buttigieg fl-Imqabba L-arti espressiva ta' Alfred Buttigieg 'Figures Unbound' se tiġi esebita f 'wirja li tiaħ nhar il-Ġimgħa, 9 t' Awwissu mis-7:30pm 'il quddiem. Din il-wirja, ikkurata minn Melanie Erixon, se tittella' ġewwa l-Kamra ta' Fuq ġewwa l-Imqabba, u tibqa' għaddejja sal-1 ta' Settembru 2024. Buttigieg jippreżenta kemm interpretazzjonijiet realistici kif ukoll espressjonisti tal-figura umana. Il-burdata jew emozzjoni tal-figuri huma tramessi mhux permezz tal-wiċċ, imma permezz ta' kontorsjonijiet tal-ġisem, id-dirgħajn u s-sider mżerżqin, u l-pożizzjoni tal-ġisem u r-ras. Il-passat teatrali ta' Buttigieg jista' jkun li nfluwenza l-espressività ta' dawn il-figuri. Xi xogħlijiet jirrappreżentaw l-kundizzjoni umana, filwaqt li oħrajn ifakkru f 'figuri mitoloġiċi bħal Atlas u Sisyphus. Hemm ukoll biċċiet ta' arti li jagħtu sens ta' esperjenza surreali simili għal Hall of Mirrors. Barra minn hekk, il- wirja tinkludi figuri realistiċi li jarmu kunfidenza, b'manjieri imponenti li tfakkar fir-rendizzjonijiet preistoriċi Maltin tal-ġisem. Il-wirja hija appoġġjata minn Fish and Fish, Best Print Malta, Beati Paoli Restaurant, InterVisions Ltd, inkontru.app, MEEC Ltd., Andre Gialanze, u New Life Bar - Mqabba. Ħinijiet tal-uħ: Mit-Tnejn sas-Sibt: 6am - nofsinhar Il-Ħdud: 7am - nofsinhar Ħinijiet filgħaxija jitħabbru kull ġimgħa fuq il-paġna tal-Facebook ta' 'il-Kamra ta' Fuq'. Ħejji ruħek biex tkun trasportat fid-dinja affaxxinanti ta' e Merchant of Venice tal-famuż William Shakespeare, fejn l-imħabba u d-daħk, u d-dlam u l-periklu, jingħaqdu taħt is-smewwiet mimlija stilel tal-Ġonna ta' San Anton. Mid-19 sat-22 u mill-24 sat-28 ta' Lulju, fit- 8:30pm, il-Malta Amateur Dramatic Club (MADC) jistiednek għall-esperjenza teatrali maġika mmexxija minn Stephen Oliver. e Merchant of Venice hija taħlita ta' kuntrasti: hi divertenti u romantika, iżda wkoll sovversiva u reali daqs il-qalb tal-bniedem. Id-dramm jesplora temi eterni bħall-ġuħ għall-imħabba u l-ħbiberija, u d-differenza kumplessa bejn il-ġustizzja u l-ħniena. Immaġina l-maġija ta' Venezja ta' Shakespeare ħajja fil-ġonna storici ta' San Anton. Bil-ħdura u l-ambjent kalm tagħhom, il-ġonna jsiru sfond perfett għal dan id-dramm klassiku. Din il-produzzjoni fiha kast talentuż li jinkludi lil Edward Caruana Galizia, Julia Camilleri, Gianluca Mifsud, u Stephen Oliver bħala Shylock. Il-membri tal-kast se jkunu lebsin kostumi tradizzjonali mfassla minn Nicole Cuschieri, li jżidu saff ta' awtentiċità. Tħallix din l-opportunità tgħaddi. Għal it żmien biss, il-biljetti earlybird jibdew minn €25. Bi klassifikazzjoni ta' età 10+, din il-produzzjoni hija perfetta għall-familji, ħbieb, u dawk kollha li jħobbu x-xogħol ta' Shakespeare. Għaġġel żur www.madc.com.mt biex tibbukkja l-post tiegħek. The Merchant of Venice ta' Shakespeare fil-Ġonna ta' San Anton

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 July 2024