MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524297

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' LULJU 2024 • illum kultura Delizzji Maltin: Is-sajd u serenità Tqanqlitli l-kużità nistaqsih x'wasslitu biex differenti mill-maġġoranza taż- żgħażagħ jagħżel delizzju, partikolarjament dak tas-sajd, b'Abela jispjega kif minn dejjem kien għal qalbu d-delizzju tas- sajd, sa mill-età żgħira ta' 12-il sena, tant li anke' l-laqam tiegħu mgħoti minn sħabu tlaqqat mill- passjoni li għandu lejn is-sajd. Huwa spjega kif it-trobbija li kellu flimkien mal-ħin twil li qatta' fix-xatt wassluh biex josserva u jieħu interess minn sajjieda oħra. Barra minn hekk semma' l-kwalità unika tal-gżejjer Maltin li joffrulek l-ibħra pass il- bogħod. Bqajt niakar is-serenità ta' dan id-delizzju hekk kif niakar ċar daqs il-kristall inħoss ir-raġġi tax- xemx jirrilassawni waqt li ħarist lejn veduti li jpaxxu l-għajn tal- Birgu, dan kollu filwaqt li kull tant ħin tisma' it-tektik tar-rukkell u t-tokki tal-knisja, din għenitni niem aħjar il-gost ta' dan il- delizzju. Staqsejtu fuq il-ġurnata tipika tiegħu kif ukoll il-preparamenti li jirrikjedi qabel ma joħroġ jistad, b'Abela jsostni l-importanza tat- temp għal raġunijiet fost oħrajn ta' saħħa u sigurtà, barra minn hekk semma' l-qasba u sostna l-importanza li jkollok qasba differenti għal sajd differenti. Mingħajr ma kkumplika wisq is- suġġett, Abela spjega żewġ metodi ta' sajd differenti, dak li sejjaħlu bħala tradizzjonali fejn tweħħel lixka, biċċa ikel, u tistenna l-ħut biex jiġi 'għandek' u l-metodu li jippreferi hu, dak li sejjaħlu 'modern' fejn wieħed iweħħel ħuta artifiċjali max-xliefu l-ħin kollu qed iwaddab u jiġbidha bil-għan li jimita ħuta feruta jew imbeżżha u għalhekk il-ħut predatur jinġibed lejha. "Id-differenza bejn iż- żewġ metodi hi din, fis-sajd tradizzjonali int qed tistenna l-ħuta, imma s-sajd li nippratika, jien qed infittex il-ħuta, ma noqgħodx fl-istess post, fil-fatt immur minn post għal ieħor. Ovjament dan huwa sajd iktar tekniku, qasab apposta, irkiekel apposta, anke' x-xullief li nuża irrid ikun ta' livell partikolari." Spjega Abela. Filwaqt li ametta li f 'ġurnata tipika aktar ma jaqbadx milli jaqbad, saħaq kif din tagħti l-ispazju biex meta jkollu qabda, din tkun ferm iktar sodisf aċenti, bil-konsegwenza li tipperswadik tkompli tittanta xortik biex taqbad speċi oħra. "Tipikament indum tliett siagħat, iżda c kompla jgħid Abela. Ġietni l-kurżità niskopri x'isir minnu l-ħut li jaqbad u jekk kollu jista' jittiekel; Abela spjegali kif filwaqt li jkun hemm ħuta jew tnejn li jieħu d-dar miegħu għal ikla bnina u friska, huwa saħaq li l-maġġoranza tal-ħut li jaqbad jerġa jitfgħahom lura, speċjalment meta ma jkunux tad- daqs neċċesarju. Kien hawnhekk li skoprejt sfida ta' dan id-delizzju hekk kif beda jispjegali kif sfortunatament hawn nuqqas ta' infurzar fejn jitħol is-sajd. "Għandi xi ħbieb bugħaddasa u jirrakontawli kif meta jżuru nawfraġji qed jinnotaw nuqqas ta' manġanza, dan huwa ħut żgħir, konsegwentament qed iħalli impatt fuq il-ħut kbir li jiddependi fuq il-provvista ta' ħut żgħir biex jgħix". Finalment Abela kellu appell għal awtoritajiet tal-infurzar biex jaġġornaw il-liġijiet tas- sajd, speċjalment minħabba l-fatt li hemm minnhom li huma antikwati u sostna li għandu jkun hemm iktar għarfien fost il- komunità sajjieda fuq id-daqs tal- ħut li jistgħu jaqbdu biex bhekk ma jikkawżawx ħsara lilhom u lil ħuthom sajjieda. Fil-qalb dak li jagħmilna Maltin hemm tapizzerija ta' delizzji u eku ta' tradizzjonalità. Luigi Sghendo din il-ġimgħa jitkellem ma' Isaac Abela, sajjied "Mhux l-ewwel darba li ħriġt fiż-żerniq u lestejt fl-għabex, hija avventura fiha nnifisha kemm waħdi kif ukoll ma' xi ħbieb"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 July 2024