www.illum.com.mt
€1.25 IL-ĦADD 21 TA' LULJU 2024 • NRU 927
Your Perfect Home Your Perfect Home
Journey Starts Here Journey Starts Here
Enjoy Savings of Over €20,000 in Vouchers
and Discounts with Our Package!
Your Perfect Home Your Perfect Home
Journey Starts Here Journey Starts Here
Enjoy Savings of Over €20,000 in Vouchers
and Discounts with Our Package!
franksalt.mt/ftb T&C's
Apply
Intervista ma'
Ryan Fava
PAĠNA 6 - 7
Mal-204 postijiet tax-xogħol twaqqfu milli
jkomplu jaħdmu wara l-nqabdu fi ksur
mill-Awtorita` u s-Sigurta` fuq il-post tax-
xogħol, OHSA.
"Dawn kienu jvarjaw minn riskji serji għas-
saħħa u s-sigurtà (bħal riskju minn waqgħat
mill-għoli f 'siti ta' kostruzzjoni) għal nuqqas
ta' ċertifikati ta' makkinarju tax-xogħol
bħal per eżempju tower cranes, escalators,
liftijiet u oħrajn," il-Ministru għall-Ġustizzja
u r-Riformi fis-Settur tal-Kostruzzjoni,
Jonathan Attard, qal lill-ILLUM.
Attard spjega kif l-uffiċjali tal-OHSA
ma jagħmlux spezzjonijiet biss f 'siti ta'
kostruzzjoni. "L-OHSA tirrigwardja
l-postijiet tax-xogħol kollha," żied jgħid, "fil-
fatt, dawn il-204 ordnijiet biex jitwaqqaf ix-
xogħol kienu jinkludu 185 stop orders f 'siti
ta' kostruzzjoni relatati ma' riskji ta' waqgħat
mill-għoli u 19 -il stop order relatati ma'
inġinerija, minħabba nuqqas ta' ċertifikati
ta' apparat tax-xogħol."
Id-19-il ordni kienet maqsuma fi: tliet
escalators f 'ċentri kummerċjali (shopping
malls), tmien tower cranes f 'siti ta'
kostruzzjoni, tliet lifts tal-passiġġieri
f 'uffiċini u ħames apparati oħra ta' xogħol
f 'siti ta' kostruzzjoni.
Attard qal kmieni din il-ġimgħa illi dawn
l-ordnijiet tat-twaqqif raw żieda radikali
mis-sena l-oħra hekk kif fl-2023 twaqqfu biss
22 sit tax-xogħol milli jkomplu għaddejja.
IKOMPLI F' PAĠNA 5
Azzjoni diretta fuq 204
post tax-xogħol fuq
185 siti mill-OHSA
PAĠNA 4
PAĠNA 3
Anzjani
jħallsu mill-
pensjoni
minkejja li
mweħħla
Mater Dei
Byron Camilleri
jrid jilħaq
Kummissarju
minflok Helena
Dalli