MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524297

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' LULJU 2024 • illum LEO (ID-DURBIES) MIT-23 TA' LUL JU SAT-22 T 'AWWISSU F'dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta' Leo, għalik, l-istess Leo, se jkun mument li int għandek tagħraf aktar lilek innifsek. Dan minħabba li issa taf li ġejjin ġimghat fejn int ser ikollok sitwazzjonijiet li għandhom bżonn ċertu attenzjoni. Għalhekk, fittex aħtaf dan il- mument. Leo huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva. Namaste LIBRA (IL-MIŻIEN) MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 T ' OTTUBRU F'dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta' Leo, għalik, Libra, se jkun mument li jagħmlek tagħraf aħjar x'inhu verament utli għalik. Ser ikollok l-opportunita` tagħraf x' hemm bżonn li minn issa tibda ttejjeb, għall- aħjar tas-sitwazzjoni ta' madwarek. Sib dak il-bilanċ li tant hu meħtieġ għalik. Libra huma magħrufin għall-gwida li kapaċi joffru. Namaste SAGITTARIUS (IL-QAWS) MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta' Leo, għalik, Sagittarius, se jkun dak il-mument fejn trid tagħraf iżżomm kontroll fuq it-tfassil ġdid li qed tħejji f 'ħajtek. Oħloq ċertu bilanċ f 'dak li int trid twettaq sabiex dan it- tkattir jimxi id f 'id mat-tkomplija ta' ħajtek. Sagittarius huma magħrufin għal kemm huma kapaċi jagħrfu jimu lill-oħrajn. Namaste AQUARIUS (IŻ-ŻIR) MILL 20TA JANNAR SAT 18TA FRAR F'dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta' Leo, għalik, Aquarius, se jkun dak il-mument li l-karriera tiegħek sejra tieħu direzzjoni ġdida, direzzjoni ta' aktar stabbilta`. Kun dejjem preparat għaliex b'din il-bidla ser jinfetħulek bosta opportunitajiet. Aquarius huma magħrufin għall-motivazzjoni kbira tagħhom. Namaste GEMINI (IT-TEWMIN) MILL-21TA' ME JJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'dan il bidu tal-ħames żodjaku ta' Leo, għalik, Gemini, se jkun dak il- mument li tagħraf aktar ir-responsabbilta`, kemm dik li int għandek fil-preżent u wisq aktar dik ir-responsabbilta` li hemm riesqa lejk. Issa huwa l-mument fejn trid turi kemm int kapaċi . Ġemini huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom. Namaste Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-Oroskopju għall- bidu tal-ħames żodjaku LEO (Id-Durbies) MIT-23 TA' LULJU SAT-22 T'AWWISSU L-ogħla Qorti tal-Ġnus Magħquda tgħid li l-okkupazzjoni Iżraeljana hija illegali Allegat parlata ta' Fearne ma' Azzopardi tinkwieta l-Laburisti Id-diskors fil-konfront ta' Chris Fearne minn Jason Azzopardi, l-eks deputat Nazzjonalista, inkwieta lil ħafna Laburisti Azzopardi, li huwa magħruf għall-istil politiku skabruż, kixef li Fearne kien stqarr miegħu privatament li Joseph Muscat kien talbu xi affarijiet fil-kampanja tal-mexxej tal- Partit Laburista. Azzopardi, li huwa kritiku kbir tal-Partit Laburista, kien qed jitkellem waqt intervista ma' Emy Bezzina fuq SMASH TV. Azzopardi, li huwa wkoll l-avukat tal-grupp Repubblika u avukat ta' bosta negozjanti kbar, qal fil-programm mal-avukat Bezzina (li għal xi snin kien l-avukat u kollega tal-faxxista Norman Lowell) li Fearne, Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, kien qallu li Muscat kien talbu li wara li jispiċċa minn Prim Ministru, Stewards kellhom jibqgħu Malta u li hu, Muscat, ikollu l-immunita`! Muscat, f 'kumment mal- gazzetta The Times, innega dan kollu filwaqt li Fearne s'issa għażel li ma jikkumentax. Imma fi ċrieki politiċi huwa magħruf li Azzopardi kellu xi forma ta' kuntatt ma' Fearne. Azzopardi, min-naħa l-oħra, huwa magħruf bħala persuna li jħarref, jesaġera u jivvinta. Huwa persuna li la huwa fdat mill-PN u wisq aktar mill-PL, u magħruf għall-mod strateġiku kif jaħdem mal-media u dawk fil-media kontra min irid jagħmel il- ħsara. Huwa wkoll responsabbli għal-leaks ta' messaġġi minn Whatsapp bejn Yorgen Fenech u bosta nies, akkwistati bi privileġġ. Id-diskors ta' Azzopardi ma jidhirx li jista' jkollu riflessjoni fuq id-deċiżjoni fil-Qorti dwar il-każ ta' Fearne fil-proċess ġudizzjarju marbut mal-inkjesta Vella. Iżda jnaqqas l-istanding tiegħu fil-partit, fejn hemm stennija kbira għall-eżitu tad- deċiżjoni tal-Qorti jekk għandu jitkompla l-każ kriminali kontrih fil-Qorti. Id-diskors ta' Azzopardi huwa ċarament maħsub biex jitfa' dell ikrah fuq Fearne u Muscat apparti li jiġi assigurat li Azzopardi jibqa ċ-ċentru tal- attenzjoni. L-ogħla qorti tal-Ġnus Magħquda ddikjarat li l-okkupazzjoni ta' territorji Palestinjani mill- Iżrael hija kontra l-liġi internazzjonali. Il-Qorti Internazzjonali tal- Ġustizzja (ICJ) qalet li Iżrael għandu jwaqqaf l-attività ta' insedjament fix-Xatt tal- Punent u Ġerusalemm tal-Lvant okkupati. Dan filwaqt li jtemm "l-okkupazzjoni illegali tiegħu" ta' dawk iż-żoni immedjatament. L-opinjoni konsultattiva tal- qorti mhijiex legalment marbuta iżda xorta għandha piż politiku sinifikanti. Din hija l-ewwel darba li l-ICJ tat pożizzjoni dwar il- legalità tal-okkupazzjoni ta' 57 sena. Jirreaġixxi għal dan kollu il- Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu qal li l-qorti ħadet "deċiżjoni giddibha". Chris Fearne

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 July 2024