MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524297

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 21 TA' LULJU 2024 Għawdex jistennew il-vann jasal biex ifittxu l-ħsarat Byron Camilleri interessat ikun Kummissarju Ewropew Il-Pulizija qed tistenna ordni mill-Qorti biex tkellem lil Roger Agius L-Enemalta ma setgħux isibu l-ħsara fil-cable tal-elettriku f 'Għawdex għar-raġuni li l-vann li kapaċi jidentifika preċiżament fejn tkun l-ħsara taħt l-art, kien Malta b'xogħol fuq ħsarat f 'Malta stess. Ir-raħal tal- Għarb f 'Għawdex kien bla dawl u mijiet ta' nies kienu frustrati li kellhom iqattgħu lejl ieħor fi sħana insapportabbli. Ir-rabja kibret hekk kif fuq il-midja soċjali ġie mxandar li l-Ministru Miriam Dalli kienet allegatament fuq vaganza f 'Taormina, Sqallija waqt li Malta u Għawdex kienu bla dawl. Is-sitwazzjoni ta' qtugħ tad- dawl din is-sena irrepetiet ruħha wara li s-sena l-oħra kien hemm ġranet sħaħ fejn f 'ħafna nħawi ma kienx hemm dawl kawża ta' problema infrastrutturali marbuta mas- sistema tad-distribuzzjoni. Osservazzjoni li ġiet stabbilita mill-NAO qalet, f 'rapport riċenti, li s-sistema tad-distribuzzjoni hija nieqsa minn fondi biex ikun hemm manteniment u servizz tajjeb u ta' min jorbot fuqu. Ara Editorjal paġna 11 Il-gazzetta Illum tista' tikkonferma li l-Ministru tal- Intern Byron Camilleri hu interessat biex ikun nominat Kummissarju minflok Helen Dalli fi Brussell. L-aħbar ixxukkjat xi nies viċin Camilleri li kienu taħt l-impressjoni li Camilleri huwa kuntent f 'xogħlu bħala Ministru. Apparti Camilleri, bħala kandidati hemm ukoll il-Ministru Owen Bonnici u l-Ministru Miriam Dalli li huma wkoll interessati fil-kariga. Jidhru li huma l-persuni l-aktar papabbli għal din il- kariga għalkemm din id- deċiżjoni hija kompletament dipendenti fuq l-eżitu tal-każ kriminali kontra Chris Fearne, li għadu jservi ta' Deputat Prim Ministru. Deċiżjoni fuq il-każ tiegħu magħruf l-aktar bħala prima facie, hija mistennija fl- 24 ta'Lulju. Il-Prim Ministru Robert Abela qal li jekk il- każ jiddetermina li Fearne m'għandux jitressaq, Fearne jibqa bin-nomina tal-Gvern Malti. Marsalforn fid-dlam mingħajr elettriku Il-pulizija qed tistenna l-ordni tal-qorti biex titkellem mal-persuna akkużata fil- każ ta' frodi tal-benefiċċji soċjali, li qed titlob għall-istatus ta' whistleblower. Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà qal lill-preżentatur tar-radju Andrew Azzopardi li ma jistax jiġi mitkellem Roger Agius sakemm il-qorti ma tagħtix il- permess. Agius huwa wieħed minn diversi persuni li ġew akkużati fil-frodi tal-benefiċċji soċjali li rat persuni ineliġibbli jirċievu benefiċċji ta' diżabilità severa wara li ppreżentaw dokumenti mediċi foloz. L-eks Deputat Laburista Silvio Grixti huwa wieħed mill- persuni mixlija li mexxa l-operazzjoni. Agius ilu jitlob għall-istatus ta' whistleblower, u jinsisti li hu jkun lest li jikxef kollox. Meta tkellem fuq RTK103, Gafà qal li kienu investigazzjonijiet tal-pulizija li bdew minn rapport ta' persuna waħda li kixef netwerk sħiħ ta' abbuż. Mistoqsi dwar it-talba ta' Agius għall-istatus ta' whistleblower, Gafà qal: "Il-prosekutur talab direzzjoni lill-qorti biex ikun jista' jkellem lil Roger Agius; kellna bżonn ordni tal-qorti għax illum jinsab mixli." Il-Kummissarju tal-Pulizija ġie mistoqsi wkoll jekk hux se jkun qed jinvestiga t-talba li saret aktar kmieni din il-ġimgħa mill-eks Deputat Jason Azzopardi li Chris Fearne kien qallu Joseph Muscat talab immunità u li Steward jibqa' Malta waqt it-tellieqa tat-tmexxija tal-Partit Laburista. Gafà qal li l-allegazzjoni ta' Azzopardi waħedha kienet ibbażata fuq smigħ. Meta tkellem fuq livell ġenerali, qal li l-pulizija kienet dejjem viġilanti kull meta jsiru talbiet ta' investigazzjonijiet madwar attività kriminali dawn ġew investigati. Intalab ukoll jikkummenta dwar diversi każijiet li kienu għaddejjin. Dwar allegazzjonijiet ta' frodi ta' Identità, l-aġenzija tal-gvern responsabbli mill- immaniġġjar tal-identità, Gafà qal li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin minkejja li tliet irġiel ġew mixlija li kisbu permessi ta' residenza b'mod frawdolenti. Dwar il-każ li jinvolvi allegazzjonijiet li l-eks chief of staff tal-OPM Keith Schembri kien ħareġ informazzjoni sensittiva lil Yorgen Fenech dwar l-investigazzjoni tal- qtil ta' Caruana Galizia, Gafà qal li l-inkjesta maġisterjali għadha għaddejja. Innota li l-inkjesta maġisterjali kienet bdiet qabel ma sar kummissarju tal-pulizija fl-2020. F'kumment dwar il-kritika diretta lejh mill-Oppożizzjoni u mill-NGO Repubblika, Gafà saħaq li matul l-aħħar erba' snin il- fiduċja fil-korp tal-pulizija żdiedet kif jixhdu stħarriġ tal-Eurobarometer u tal-NSO. "Stajt nistenna dak li kien ġej meta l-Oppożizzjoni ma attendietx għall- intervista parlamentari tiegħi erba' snin ilu," qal. Gafà nnota li "minbarra r-Repubblika hemm erba' persuni" li bdew "jattakkawh" b'talbiet saħansitra qabel ma kien intgħażel Kummissarju tal-Pulizija. "Dan huwa kollu personali u tentattiv biex jintimidani... it-tifel tiegħi ta' ħames snin ġie d-dar jistaqsi lil ommu jekk il- papà hux sejjer il-ħabs," qal Gafà, u żied li kien kiber ġilda ħoxna matul dawn is-snin. "Ikolli nibqa' ffukat fuq it-titjib tal-forza tal-pulizija," qal lill-preżentatur. Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 July 2024