aħbarijiet
IL-ĦADD 21 TA' LULJU 2024 • illum
04
GĦAL INVESTIMENT SOD U LIKWIDITA' FEJN L-IMGĦAX JITĦALLAS SA DAK IL-
JUM LI L-iSTOCKS JINBIEGĦU
◆ SIGURTA' ◆ LIKWIDITA' ◆ IMGĦAX KULL SITT XHUR ◆
(Il-valur tal-investiment jista' jitla' jew jinżel sa meta jimmatura)
Dipartiment tat-Teżor, Development House, Level 2-3, Triq Sant'Anna, Floriana, Malta
Tel: 2596 7125
Investiment Sod
Ħruġ ta' €270,000,000
fil-Malta Government Stocks – B'Rata ta' Mgħax Fissa
MALTA GOVERNMENT STOCKS
^dKͲ'sZE
Il-prezz għal kull Stock elenkat f' (i) u (ii) hawn fuq li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill-
membri tal-pubbliku għandu jiġi stabbilit il-Ħamis, il-25 ta' Lulju 2024 u jkun ibbażat bejn wieħed u
ieħor fuq il-prezz fis-suq sekondarju u jitħabbar permezz ta' Stqarrija għall-Istampa maħruġa mid-
Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).
_______
Stocks tal-Gvern ta' Malta B'Rata ta' Mgħax Fissa
L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta' €270,000,000 Stock tal-Gvern ta' Malta f'xi wieħed jew f'kull
wieħed minn dawn iż-żewġ stocks:
Is-somma li għandha tinġabar tista' tiżdied b' €130,000,000 oħra f'każ li d-domanda tkun aktar mill-
ammont offrut.
Applikazzjonijiet minn membri tal-pubbliku għall-ammont sa massimu ta' €499,900 kull persuna f'xi
wieħed jew f'kull wieħed miż-żewġ stocks li qegħdin jiġu offruti, jiftħu t-Tnejn, id-29 ta' Lulju
2024 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, il-31 ta' Lulju 2024.
Applikazzjonijiet minn investituri wholesale li jkunu magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu nhar il-
Ġimgħa, it-2 ta' Awwissu 2024 u jagħlqu f'nofsinhar (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni
fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.
Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża
ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment, fid-dati msemmija. Formoli tal-
applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt mill-
Ġimgħa, is-26 ta' Lulju 2024. L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu permezz ta' e-
mail fl-indirizzi indikati fuq il-formoli tal-applikazzjoni.
(i) 3.40% Stock tal-Gvern ta' Malta (VI) Fungibility Issue (F.I.) li jimmatura fl-2027 u
(ii) 3.50% Stock tal-Gvern ta' Malta (III) li jimmatura fl-2034.
Iħallsu mill-pensjoni waqt li qed
jistennew li jidħlu f'Dar tal-anzjani
L-anzjani f 'Mater Dei li qed jistennew
biex jidħlu f 'djar tal-anzjani jew fir-
residenza San Vinċenz qed ikollhom
il-pensjoni mnaqqsa daqs li kieku
qegħdin f 'dar tal-anzjani jew San
Vinċenz. Jikkonferma dan mal-ILLUM
il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità
Attiva Jo Etienne Abela li żvela wkoll
li n-numru ta' anzjani li qed jistennew
huwa inqas minn 100.
"Anzjani li jidħlu fl-Isptar Mater Dei, u
li wara li jingħataw il-kura meħtieġa xorta
jibqgħu l-isptar għal ammont ta' żmien,
dan kollu waqt li jistennew hemm biex
jidħlu f 'djar tal-anzjani jew fir-residenza
San Vinċenz, qed ikollhom il-pensjoni
mnaqqsa daqs li kieku qiegħdin f dar tal-
anzjani jew San Vinċenz," Abela qal.
Jitkellem mal-ILLUM il-President tal-
Assoċjazzjoni Medika Maltija, Martin
Balzan, li ħmistax ilu qal li l-iġġammjar ta'
dawn l-anzjani fis-swali ta' Mater Dei, qed
iwaħħlu lid-Dipartiment tal-Emerġenza
u l-kumplament tal-isptar. Huwa qal
li bħalissa hemm madwar 800 pazjent
imwaħħla fil-limbu, jistennew. Din il-
konġestjoni qed toħloq effett domino li
jimblokka l-flus ta' pazjenti ġodda fid-
Dipartiment tal-Emerġenza. Il-kriżi
tal-ispazju hija tant severa li l-pazjenti
li jkunu deħlin iridu jistennew lejl sħiħ
sakemm xi ħadd jinħeles, qabel ma jkunu
jistgħu jiddaħħlu huma.
Għaldaqstant, il-Ministru ċaħad dan u
qal li hemm b'kollox 58 anzjan jistenna.
Jispjega għaliex hemm dawn l-ammont
ta' nies jistennew, il-Ministru qal illi
l-popolazzjoni tal-anzjani f 'pajjiżna
f 'dawn l-aħħar snin kibret sostanzjalment
u "dan ħalla impatt fuq it-talba għal aktar
sodod f 'djar tal-anzjani."
Fuq l-istess punt, Martin Balzan kien
fakkar li l-popolazzjoni qed tikber u
tixjieħ. It-tensjoni fuq is-sistema, skond
Balzan, ġiet aggravata mill-150,000
resident barrani, inkluż bosta anzjani
rtirati mir-Renju Unit u l-Ewropa, li
jagħżlu lil Malta bħala l-post tal-irtirar
tagħhom.
Fuq dan, il-Ministru Abela żied jgħid li
l-Gvern, tul dawn l-aħħar snin, introduċa
u żied numru ta' servizzi offruti fil-
komunita`, kif ukoll sar xogħol estensiv
ta' restawr fuq id-Dar tal-Anzjani fil-
Furjana.
"Għaddej ukoll il-proċess ta' tendering
rigward il-bini mill-ġdid u r-rinovar tad-
djar tal-anzjani tal-Msida u Bormla,"
fakkar Abela.
Il-Ħadd li għadda, l-ILLUM żvelat
li numru ta' persuni li jaħdmu fl-
amministrattiv tal-Isptar Mater Dei, bdew
jiġu ppreparati sabiex jitmexxew mill-
uffiċini tagħhom fl-isptar għal uffiċini
ġodda fis-Swatar.
Sorsi li jaħdmu fl-isptar stess spjegaw
lill-ILLUM kif il-ħsieb huwa li fil-ġimgħat
li ġejjin huma jitmexxew għall-binja
l-antika li kienet qabel tilqa' l-aġenti tal-
customer care tal-bank HSBC.
Sorsi oħra qalu li ma tantx ingħataw
informazzjoni, iżda lilhom ukoll
avżawhom li se jkunu qegħdin jiċċaqalqu
"sa' tmiem is-sajf żgur."
Dan iċ-ċaqliq hu konferma ta' dak li
l-Ministru għas-Saħħa Jo Etienne Abela
qal mal-ILLUM ħmistax ilu.
Il-pjan tal-Isptar Mater Dei hu illi jara
żieda fis-sodod, u spinta biex jonqos
il-ħin ta' stennija fid-Dipartiment tal-
Emerġenza permezz tar-rilokazzjoni ta' xi
servizzi wkoll.
Abela kien spjega li s-sitwazzjoni
f 'Mater Dei se tinnota bidliet hekk kif
is-sodod jridu jiżdiedu b'600. Bħalissa,
l-isptar għandu madwar 1,200 sodda.