MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524297

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 21 TA' LULJU 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt H uwa bir-raġun inaċċettabbli l-fatt li l-provvista tad-dawl tkompli tesperjenza l-iskossi. Inaċċettabbli li wara snin ta' lmenti minn popolazzjoni inkwetata, u qtugħ ta' dawl bla tmiem, erġajna lura fejn konna, frott l-inkompetenza tal-Gvern kif ukoll tal-Enemalta. Inaċċettabbli li nkomplu nisimgħu skużi banali u bla bażi li kien hemm dik, u kien hemm l-oħra. Ħallejna wisq, bħal ma għalaqna għajnejna għall-bini bla rażan kullimkien, b'kulħadd jaħtaf l-iċken opportunita` biex jagħmel il-belli liri. Evidentament, dan kollu ma sarx biss a skapitu tal-ambjent imma anki għall-provvista tad-dawl. U allura f 'min ser inwaħħlu? Mhux fil-Gvern? Mhux il-Gvern għandu r-riedni f 'idejh? Mhux il-Gvern huwa li jmexxi u jiddeċiedi? Mela tajjeb, nagħtu sussidju fuq il- fuel biex inżommu lin-nies kuntenti, imbagħad nonqsu milli jkollna infrastruttura moderna u manutenzjoni effikaċi! Il-Ministru Miriam Dalli għandha ħafna x'tirrispondi f 'dan ir-rigward. Wara d-diżastru komplet tal-qtugħ tad- dawl tas-sena l-oħra, konna nistennew li jittieħdu l-passi meħtieġa biex ma nesperjenzawx ripetizzjoni. Sfortunatament, minflok ma rajna progress, qiegħdin insofru minn ripetizzjoni ta' danakollu. F'dan il-qasam Dalli falliet bil-kbir. Hija ċara li l-manutenzjoni u l-infrastruttura ma tiflaħx għad-domanda minħabba l-isplużjoni fil-popolazzjoni, sewwa dawk li huma residenti permanenti u dawk temporanji. Għalxejn niaħru b'ekonomija b'saħħitha meta għandna sitwazzjoni fejn lanqas l-essenzjali dawl ma nistgħu nipprovdu lin-nies. Jidher ċar li hemm nuqqas ta' investiment fl-Enemalta li toħloq riperkussjonijiet fuq il-kompetenza. Ma titwemminx li jibqa' jkollna problemi bħal dawn wara l-istejjer twal ta' liema enerġija x'ser ikollna u x'tip ta' power station ser nutilizzaw, apparti allegazzjonijiet u stejjer dwar korruzzjoni. Fi żmien ieħor, meta kellna problema inkwetanti tal-provvista tad-dawl, il-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni, b'wiċċu minn quddiem kien idur fuq in-nies u jimlihom b'tama li jista' jkun il-Gvern li jsolvi dawn il-problemi. Tant hu hekk li din kienet pilastru prinċipali fil-kampanja elettorali ta' qabel 2013. Fast forward u llum għandna sitwazzjoni fejn in-nies qed nitrattawhom ta' żibel bi skużi banali. Li jkollok id-dawl f '2024 hi xi ħaġa mill-iżjed bażika u essenzjali. Il-Ministru Miriam Dalli għandha ħafna x'tispjega. U iktar milli tispjega, hemm bżonn azzjoni konkreta biex tissolva din il- problema. Inaċċettabli

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 July 2024