MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524297

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

Paula Mifsud Bonnici hija l-Assistent Whip tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista u Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Anzjanità Attiva. 10 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' LULJU 2024 • illum opinjoni L -isterjotipi, il-preġudizzji u d-diskriminazzjoni ta' individwi jew gruppi ta' nies ibbażata fuq l-età tagħhom, jeżistu kullimk- ien. F'rapport mill-Ġnus Magħquda dwar id-diskriminazzjoni abbażi tal-età, dak li bl-Ingliż insejħulu ageism, jingħad iswed fuq l-abjad li sfortunament, id-diskrimi- nazzjoni, l-emarġinazzjoni u l-esklużjoni tal-anzjani saru n-norma. Dan ir-rapport isegwi rapport ieħor tal- Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) li jiddikjara li globalment, persuna minn kull tnejn tħaddan preġudizzju kontra l-anzjani. Inħoss li din it-tip ta' diskriminazzjoni hija forma sistematika ta' oppressjoni imma li ma niħduhiex bis-serjetà bħalma nieħdu bis- serjetà forom oħra ta' inġustizzja. Xi ngħidu għal dak li qed jiġri f 'pajjiżna? Xejn differenti għaliex, sfortunament, din it-tip ta' diskriminazzjoni teżisti f 'pajjiżna wkoll. Teżisti kullimkien – fil- midja, fil-kultura popolari kif ukoll fil- konverżazzjonijiet ta' kuljum. Persuna anzjana diffiċli ssib impjieg għaliex tiġi meqjusa li tiswik aktar flus u li tista' tkun inqas produttiva; dan anke` fi żmien meta nitkellmu ħafna fuq anzjanità attiva. L-isterjotipi u l-preġudizzju dwar l-abbilità u r-rieda tal-anzjani li jużaw it-teknoloġiji diġitali huma mifruxa wkoll, u dan meta qed ninjoraw id-diversità tal-ħiliet u l-esperjenzi tagħhom. Minix ser noqgħod nidħol ukoll fid-differenza li teżisti bejn l-anzjani rġiel u n-nisa, għaliex sfortunament ix-xagħar abjad u t-tikmix fin-nisa bħal donnhom huma aktar meqjusa mill-esperjenza u l-għerf tagħhom filwaqt li din tinħass ferm anqas f 'anzjani rġiel li jistgħu għandhom vantaġġ fuq in-nisa anzjani fosthom fejn jidħlu pensjonijiet u pożizzjonijiet professjonali aħjar. Nazzarda ngħid li din id-diskriminazzjoni hija wkoll waħda istituzzjonali meta naraw li għandna istituzzjonijiet li jipperpetwaw dan l-abbuż permezz tal-azzjonijiet u l-politika li jħaddmu. Xi ngħidu ghall-inġustizzji li l-anzjani jesperjenzaw, per eżempju biex jaċċessaw is-servizzi tas-saħħa? Għaliex anzjan għandu jitħalla għaxar sigħat fl- emerġenza propju għaliex huwa anzjan? Għaliex anzjan għandu jingħata sodda fl-isptar fl-agħar sala bir-raġuni tkun li huwa anzjan? Kellna diversi ċirkostanzi f 'pajjiżna fejn ittieħdu deċiżjonijiet dwarhom bla ma biss kienu kkonsultati. Insemmi, bħala ezempju, id-deċiżjoni li ħa l-Gvern arbitrarjament li jagħlaq id-dar tal-anzjani ta' Bormla mingħajr ma ta l-opportunità lill-anzjani innifishom, li kienu ilhom jgħixu fil-komunità Bormliża għal snin twal, isemmgħu leħinhom. Għaliex inqisu anzjani li jgħixu fi djar tal-anzjani bħallikieku m'humiex kapaċi jitkellmu, jimu u jieħdu deċizjonijiet li jirrigwardjaw lilhom innifishom? U hekk kif qed insemmi d-djar tal-anzjani, ma nistax ma nikkummentax fuq dak li ġara qabel l-elezzjonijiet tat-8 ta' Gunju li għadda u dwar kif anke` l-liġi elettorali f 'pajjiżna qed tiġi abbużata f 'dak li jirrigwardja d-dritt ta' kull anzjan bħal kull persuna oħra li tivvota. Il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna tagħmilha ċara li kulħadd għandu dritt li jivvota, għalkemm tgħid ukoll li mhux kulħadd huwa kwalifikat li jkun irreġistrat bħala elettur jekk ikun interdett mill-Qorti f 'Malta minħabba raġunijiet ta' mard mentali. Nagħmel referenza ukoll għall-Artikolu 27 tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali li jgħid illi l-Kummissjoni Elettorali ma tistax tirriuta li taqta' isem l-barra mir-Reġistru Elettorali qabel il-Qorti tgħid li dik il-persuna ġiet interdetta minħabba mard mentali jew jekk ikollok deċiżjoni tal-Bord Mediku imwaqqaf b'din il-liġi stess li dik il-persuna m'għandhiex il-fakultajiet mentali biex tivvota. X'ġara qabel dawn l-elezzjonijiet? Kull anzjan u anzjana fid-djar tal-anzjani kollha u li qegħdin fil-Faċilità San Vincenz de Paule, kellhom bilfors joqogħdu għal test konjittiv biex jaraw jekk dawn għandhomx il-kapaċità mentali li jivvotaw. Saru aktar minn 4,400 test fuq dawn l-anzjani. Għaliex qegħdin nittimbraw u nagħtu l-impressjoni li kull anzjan u anzjana li għandna fid-djar tal-anzjani, u dawk li qegħdin fil-Faċilita' San Vincenz de Paule, huma kollha neqsin mill-fakultajiet mentali tagħhom? Qed nitilqu mill-premessa żbaljata. Minflok qed nitilqu mill-prinċipju li kulħadd għandu dritt li jivvota, qed nitilqu mill-prinċipju li hemm probabbilta` kbira li kull min qiegħed f 'dar tal-anzjani m' għandux d-dritt li jivvota. Din hija kompletament żbaljata u din il-prassi għandha tiġi eliminata. Il- Bord Mediku maħtur mill-Kummissjoni Elettorali irid isib metodi differenti u jaħtar proċeduri differenti dwar kif isir dan l-assessjar mingħajr ma nkunu qed ninvadu l-privatezza u d-dinjità tal-anzjani tagħna. Il-fatt li anzjan mhuwiex kapaci jgħid ix- xhur tas-sena bil-maqlub meta jsirlu t-test ifisser li, fil-ġurnata tal-elezzjoni, mhuwiex kapaci jagħżel waħdu jew bl-assistenza lil min irid jivvota? Il-fatt li anzjan ma kienx jaf jgħidlek min huma l-kapijiet odjerni tal- partiti l-kbar meta ngħata t-test fis-sagħtejn ta' waranofsinhar, jiddetermina li, dakinhar tal-elezzjoni tat-8 ta' Ġunju li għadda, ma kienx kapaċi jagħżel il-kandidat preferut tiegħu għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew? Għamilt diversi interventi fil-Parlament dwar dan bit-tama li anke` meta anzjan jew anzjana tinqata' mir-Reġistru Elettorali din il-persuna tista' tinqata' bid-dinjità u r-rispett li jixirqilha. Diskriminazzjoni abbażi tal-eta' Paula Mifsud Bonnici

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 July 2024