Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524297
15 Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kotba IL-ĦADD 21 TA' LULJU 2024 • illum Elena Cardona timraħ fis-sensiela l-ġdida ta' Katrina biex flimkien mal-protagonista, tesplora l-avventuri li jkollha meta tiltaqa' mal-pulizija, il-pumpieri u l-pustier. L-Inkontri ta' Katrina Kull nhar ta' Tnejn filgħodu għal xit- tmienja, hekk kif kont qiegħda nisma' l-isparar jidwi, bdejt nagħmel imħatra miegħi nnifsi biex naqta' liema festa kien ikun imiss dik il-ġimgħa. Il-festi huma parti mill-ambjent li fih ngħixu iżda dawn m'għandhomx tifsira komuni għal kulħadd. Hawn min iħoss li l-festa hi parti essenzjali minnu, u jekk ma jmurx għal kull attività li jkun hemm marbuta magħha jkun qed jagħmel xi dnub. Il-festa sservi wkoll bħala mezz ta' soċjalizzazzjoni jew inkella tissarraf f 'xogħol sfieq u volontarju li jkun ilu għaddej sena sħiħa. Issib min għadu devot tal-patrun jew patruna tar- raħal jew belt, u jqis li l-element reliġjuż hu l-essenza tal-festa. Minkejja li m'inhiex akkanita tal-festi, dawn dejjem servew bħala kejl ta' kemm -il ġurnata kien ikun baqa' biex nerġa' nibda l-iskola skolastika ladarba s-sajf ikun wasal biex jintemm, jew kemm kien ikun baqa' ġranet għall- Milied. Għall-klieb tiegħi, il-festi, speċjalment dawk tal-bidu, ifissru sensiela ta' nbiħ sfrenat propju għaliex ikunu nsew il-ħsejjes qawwija tal-murtali. Marbuta mal-festi wieħed ukoll jisma' ħafna stejjer u għajdut. Ibda minn kemm jintefqu flejjes fl-armar u fin-nar, kemm jinbiegħ xorb waqt il-marċi, id-DJs li jkunu mistiedna biex iferrħu lill-folla fil- festin ta' qabel il-festa jew wara l-marċijiet, u anke` kemm ikun hemm abbużi minn sustanzi. M'ilux, ħabiba tiegħi rrakkontatli kif waqt wieħed mill-marċijiet tal-festa, ma baqgħetx tara lil binha ta' ħames snin, li kien maġenbha. Qabadha ferħ ta' ġenn għax ġa kienet qiegħda timmaġina li mhux ser tarah aktar. Waqt li kont qiegħda nisma', fis staqsejtha jekk lit-tifel qattx kienet qaltlu biex meta jintilef ifittex lil xi pulizija ħalli dan jgħinu. Wiċċha beda jiħmar u bħal qisha nfixlet x'kienet se tgħid. Binha kien jibża' mill-pulizija. Staqsejt kif u għaliex. Milli stajt niem, meta dan kien ikun imqareb kienet tbeżżgħu bil-pulizija, li dan tal-aħħar se jiġi għalih u jieħdu miegħu l-għassa. It-tifel, wara it ġabitu ħdejn ommu ġara tagħhom u kollox spiċċa b'wiċċ il-ġid. Dan l-aċċident għeni nirrifletti l-fatt li xi ġenituri jużaw il-pulizija biex ibeżżgħu lil uliedhom. Jinkwetani mhux it dan il-fatt għax persuna li tista' tgħinna qatt m'għandna nużawha biex inwerwru lit-tfal biha. Fis akart fis-sensiela ta' kotba li għadha kemm inħarġet din is-sena; b'kollox hemm tliet kotba li jġibu l-isem ta' Katrina u l-Pulizija, Katrina u l-Pumpieri u Katrina u l-Pustier, miktuba minn Clara Farrugia u illustrati minn Elisa Chetcuti. F'din is-sensiela, Katrina jkollha esperjenzi diversi ma' nies li jagħtuna servizz. Dawn il-kotba ġew ippubblikati minn Klabb Kotba Maltin bis- sehem tal-Aġenzija tal-Litteriżmu. Imma min hi din Katrina, il-karattru prinċipali li jidher fit-tliet kotba u li l-isem ta' din il- protagonista jidher fit-titli tal-kotba? Katrina hija tifla, li flimkien ma' ħuha Ġużè u l-ġenituri tagħha jagħmlu ħafna attivitajiet bħala familja, bħal ngħidu aħna jmorru l-festa, iżuru mkejjen ġodda fil- kampanja u jżejnu d-dar flimkien għal żmien il-Milied. B'ħila kbira, Farrugia mhux biss turi lill-qarrejja kif Katrina tqatta' l-ħin mal-familja tagħha, iżda tamalgama x-xogħlijiet u l-irowli ta' nies importanti li jgħinuna mal-ħajja ta' din il-familja. B'mod sottili u mingħajr elementi didattiċi invażivi, l-awtriċi tgħallem lit-tfal dwar l-importanza tal-pulizija, il-pumpieri u l-pustier f 'ħajjithom, ir-rispett li jridu jġibu lejn dawn in-nies li qegħdin jagħtu servizz lilna biex ħajjitna tkun aħjar u fl-istess waqt tispjega l-irwol tagħhom fis-soċjetà. Mill-kotba tat-tfal li ltqajt magħhom s'issa, m'iniex konxja li jeżistu oħrajn simili ta' din is- sensiela. Is-soltu, il-kotba li jitrattaw dwar ix-xogħlijiet, huma marbuta max-xewqat tat-tfal jew ta' nies u x-xogħol tal-ħolm tagħhom. Nazzarda ngħid li din is-sensiela f 'dan is-sens, li tiddeskrivi l-irwoli tan-nies importanti fil-ħajja ta' kuljum tagħna, hija waħda unika. Allura f 'Katrina u l-Pulizija, x'jiġrilha Katrina meta tkun fil-festa ma' Ġużè, ommha u missierha? Fuq xiex tissaħħar u tiġġennen? Ix-xorti tagħha ssir tixbaħ lit-tifel ta' ħabibti? F'Katrina u l-Pumpieri, Farrugia tagħmel lill-qarrejja konxji tan- numru 112 – in-numru li nċemplu għall- għajnuna f 'każ ta' emerġenza. Min-naħa l-oħra, f 'Katrina u l-Pustier, it-tfal jiġu esposti għax-xogħol tal-pustier, li llum inbidel ħafna għal dak li kont imdorrija bih jien. Waqt li l-ittri xi jqassam naqsu, żdiedu bil-wisq iktar il-pakketti. Imma l-awtriċi tagħmel lill-qarrejja familjari mal-kaxxa tal-ittri u mal-pustier iqassam l-enveloppijiet biex tagħmilhom konxji ta' xogħlu. Dawn il-kotba huma mmirati għal tfal fis-snin bikrin tal-primarja u għandhom iservu bħala għodda tajba għal dawk li jkunu għadhom kemm irrankaw fil-qari tagħhom bil-Malti. Minkejja li l-kotba fihom biss tmien paġni kull wieħed, Farrugia xorta jirnexxielha tiżvolġi storja ħelwa, b'Malti idjomatiku u mexxej, li ġġiegħel lill-qarrejja ċkejkna jqanqlu l-kurżità tagħhom. Il-it paġni li fih kull ktieb jaf iservi ta' nkoraġġiment għal dawk il-qarrejja li jitqanżħu biex jaqraw jew inkella jħossuhom dimotivati meta l-ktieb ikun oħxon. L-istampi kkuluriti wkoll jikkumplimentaw lit-test u fit-tliet kotba għoġobni l-fatt li l-fatizzi tal-karattri, speċjalment dawk tal-wiċċ, juru b'mod tajjeb l-emozzjonijiet u l-espressjonijiet tagħhom. Fl-aħħar mill-aħħar, wieħed jista' jħossu liberu li jaqra dawn il-kotba kif jixtieq għax ma hemm l-ebda ordni kronoloġika ta' kif taqra dawn il-kotba, peress li kull ktieb huwa indipendenti mill-ieħor. Ejjew napprezzaw is-sbuħija tal-qari u ninkoraġġixxu lit-tfal tagħna biex jieħdu gost jaqraw.