Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524835
1967 – THE JUNGLE BOOK (78 minuta) – Dirett minn Wolfgang Reitherman. Film animat u ġenjali addattat b'mod liberu mill-istorja ta' Rudyard Kipling. Mowgli, it-tifel imrobbi mill-ilpup, jagħmel ħabib ma' ors spissjat, Balou li jingħaqad miegħu fl-avventuri fil-ġungla. Mogħni b'diversi kanzunetti tal- widna bħal e Bare Necessities, I Wanna Be Like You, Trust in Me u oħrajn. 2016 – THE JUNGLE BOOK (106 minuti) – Dirett minn Jon Favreau. L-uniku attur reali f 'dan il- film hu t-tifel Neel Sethi li jimbarka fuq vjaġġ biex jitkixxef min tassew hu waqt li joqgħod għassa għat- tigra Shere Khan li trid taħtfu. Film mimli effetti viżwali brillanti bil- kompjuter. L-ilħna tal-annimali huma ta' Bill Murray, Ben Kingsley, Idris Elba u oħrajn. 1989 – THE LITTLE MERMAID (83 minuta) – Dirett minn Ron Clements u John Musker. Ibbażat b'xi mod fuq in-novella tad-Daniż Hans Christian Andersen, l-istorja hi dwar sirena żgħira prinċipessa li mill-baħar tkun tixtieq tesperjenza d-dinja tal-umani. B'hekk tagħmel patt ma' saħħara ħażina li tinbidel fi tfajla gustuża iżda b'difett kbir. Film rebbieħ ta' żewġ Oscars fosthom wieħed għall-aħjar kanzunetta (Under the Sea). Dan kien il-film li qajjem rivoluzzjoni sħiħa ta' effetti spettakulari bil-kompjuter li fis-snin ta' wara komplew ikunu pperfezzjonati. 2023 – THE LITTLE MERMAID (135 minuta) – Dirett minn Rob Marshall. Kważi l-istess storja tal- film animat tal-1989, iżda b'atturi reali u b'final aktar pjaċevoli. L-atturi huma Halle Bailey, Javier Bardem u Melissa McCarthy. 1994 – THE LION KING (88 minuta) – Dirett minn Roger Allers u Rob Minkoff. Ferħ ta' ljun li se jkun imrawwem biex ikun l-eredi tar-re missieru, ikun ittradut minn zijuh u jkollu jgħix fl-eżilju sakemm jirrealizza li jrid jiġġieled għall- veru post tiegħu fiċ-ċirku tal-ħajja. Pjuttost drammatiku b'xi sekwenzi umoristiċi. Din il-produzzjoni rebħet l-Oscar. 2019 – THE LION KING (118-il minuta) – Dirett minn Jon Favreau. Dan il-film reġa' nħadem bl-istess mod animat bħal dak popolari ta' qablu, iżda issa b'effetti speċjali aktar sofistikati u impressjonanti. Suċċess finanzjarju kbir bi dħul ta' $1.6 biljun. 1998 – MULAN (88 minuta) – Dirett minn Barry Cook u Tony Bankcro. Din il-produzzjoni mużikali li tittratta leġġenda antika Ċiniża dwar tfajla stinata li tinħeba taħt l-apparenza ta' tifel biex tieħu post missierha fl-Armata Imperjali Ċiniża ħalli ġġib unur lill-familja tagħha. Dirett u preżentat b'mod formidabbli, il-protagonista tiddomina anki f 'mumenti leġġeri ta' umoriżmu. 2020 – MULAN (115-il minuta) – Id-direttriċi hi Niki Caro. Biex iżżomm lill-marid missierha milli jservi fl-Armata Imperjali Ċiniża, Mulan Lin Lifei, mara żagħżugħa ta' kuraġġ sfiq, tilbes ta' raġel biex tiġġieled kontra l-invażuri li ġew mit-Tramuntana f 'pajjiżha. Mimli azzjoni enerġetika u spissa. 1941 – DUMBO (64 minuta) – Dirett minn Ben Sharpsteen. Wieħed mill-aktar films animati ħelwin tal-ġenju Walt Disney dwar iljunfant tassew ċkejken, b'widnejn kbar u kif Timothy il-ġurdien jgħinu jkun kunfidenti fil-ħajja. 2019 – DUMBO (112-il minuta) – Dirett minn Tim Burton. Ħadmu l-atturi Colin Farrell, Michael Keaton u Danny De Vito. Dumbo, iljunfant żgħir b'widnejn verament kbar li jgħinuh itir, jagħmel minn kollox biex isalva ċirklu li jinsab f 'diffikultajiet finanzjarji. 1950 – CINDERELLA (74 minuta) – Dirett minn Wilfred Jackson, Hamilton Luske u Clyde Geronimi. Adazzjoni eċċellenti tal- ħrafa klassika ta' Charles Perrault tal-1697, imsebbħa biż-żieda ta' żewġ ġrieden ckejknin, Gus u Jaq, li jsiru ħbieb tas-'serva' Cinderella. 2015 – CINDERELLA (109 minuti) – Dirett minn Kenneth Branagh. Meta missierha jmut ta' malajr, it-tfajla Cinderella (Lily James) issib ruħha taħt l-influwenza tal-kattiva ommha tar-rispett u ż-żewġ uliedha koroh tagħha. Minkejja li jkollha tistinka bla heda fil-faċendi tad-dar, tibqa' ottimista u l-fortuna tidħkilha meta tiltaqa' ma' stranġier ta' dispożizzjoni eleganti. Ħrafa oħra klassika miġjuba b'mod attraenti u divertenti. Dan ix-xogħol daħħal it aktar minn nofs biljun dollaru minn ma' kullimkien. 1991 – BEAUTY AND THE BEAST (85 minuta) – Dirett minn Gary Trousdale. Din il-ħrafa klassika hawn hi miġjuba bi stil eżileranti mill-Kumpanija Disney, fejn it-timida Belle u l-feroċi Beast isiru jħobbu lil xulxin wara li saret priġuniera fil-kastell tiegħu biex teħles lill-għażiż missierha u tieħu l-kastig minfloku. Rebbieħ ta' tliet Oscars, dan kien l-ewwel film animat fl-istorja taċ-ċinema li ġie nnominat għall-Aqwa Film fiċ- ċerimonja tal-Academy Awards. 2017 – BEAUTY AND THE BEAST (2017) – (129 minuta). Dirett minn Bill Condon. Prinċep egoist (Dan Stevens) ikun misħut għal għomru u jsir mostru ikrah sakemm jitgħallem isir iħobb lit- tfajla sabiħa Belle (Emma Watson) li tinsab miżmuma fil-kastell iżolat tiegħu. Ħrafa oħra mużikali miġjuba tant tajjeb u mhux b'sorpriża li fil- final xi wħud joħorġu miċ-ċinema bil-maktur f 'idejhom. Suċċess kbir ieħor fil-box office bi dħul ta' $1.2 biljun. Films oħra li l-kumpanija Disney reġgħet ħadmet b'atturi reali, wara x-xogħol animat oriġinali huma: PINOCCHIO (2022), MALIFICENT (2014) u MALIFICENT: MISTRESS OF EVIL (2019), ispirati minn SLEEPING BEAUTY (1959), THE SORCERER'S APPRENTICE (2010) minn sekwenza ta' FANTASIA (1940), CHRISTOPHER ROBIN (2018), karattru uman mis-serje ta' WINNIE THE POOH, ALADDIN (2019) u oħrajn. Għall-futur, hemm ippjanati remakes reali oħra, fosthom MUFASA: THE LION KING, MOANA, LILO & STITCH, BAMBI u anki SNOW WHITE AND THE SEVEN DWARFS. 14 films IL-ĦADD 4 TA' AWWISSU 2024 • illum Carmel Bonnici Disney – minn films animati għall-istess produzzjonijiet b'atturi reali (It-tieni parti) SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp tit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp tit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Il-Ktieb 'Jungle Book' hija ġabra ta' stejjer tal-1894 mill-awtur Ingliż Rudyard Kipling fuq tifel uman imrobbi mill-ilpup fil-ġungla 'Mulan' hija storja dwar żagħżugħa Ċiniża illi tilbes ta' raġel biex tmur tiġġieled fl-armata minflok missierha