MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 1 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526109

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 kummerċjali IL-ĦADD 1 TA' SETTEMBRU 2024 • illum Mill-Istitut Kattoliku, Sleeping Beauty tmur f'Dar il-Mediterran Birgufest Il-kultura u l-komunità mdawwla bid-dawl tax-xegħma Fl-1992 Pawlu Testa, flimkien ma' sieħbu Tony Scott, wettaq il-ħolma tiegħu meta waqqaf kumpanija teatrali li tattira lejha, mhux biss l-aħjar atturi fil-pajjiż, imma wkoll udjenzi kbar. Il-kumpanija Teatru Rjal baqgħet iżżomm l-appuntament annwali fit-Teatru tal-Istitut Kattoliku u minn sena għall- oħra l-kumpanija rat li żżid dejjem aktar l-ispettaklu fejn jidħol reċtar, viżwal, kostumi, korjografija, kant u żfin imwassla minn kantanti u kumpaniji professjonali. Wara 22 sena ta' suċċessi mill- ewwel rappreżentazzjoni tal- Pantomima tal-Milied bil-Malti fl-Istitut Kattoliku f 'Diċembru tas-sena 2000, il-kumpanija Teatru Rjal ħasset li kellha tagħmel il-pass li jmiss … li għall-ewwel darba l-Pantomima se toħroġ mit-Teatru tal-Istitut Kattoliku u se tkun qed issir fit-teatru prestiġjuż ta' Dar il- Mediterran, fil-Belt Valletta. F'dan it-teatru, li matul is- snin ospita fih mhux biss l-aqwa talent u l-aqwa produzzjonijiet lokali, imma anki kunċerti u rappreżentazzjonijiet oħra minn kantanti u kumpaniji kbar internazzjonali, se jkunu qed jittellgħu diversi rappreżentazzjonijiet tal- Pantomima bil-Malti Sleeping Beauty. Id-dati huma l-Ħamis 26 ta' Diċembru fis-2.30pm u s-7.30pm, il-Ġimgħa 27 fis- 7.30pm, il-Ħadd 29 fl-4.00pm, it-Tnejn 30 fis-7.30pm u għall- ewwel darba fl-aħħar tas-sena, it-Tlieta 31 ta' Diċembru 2024 fis-7.00pm. Il-parti prinċipali, dik tad- dama, għas-seba' sena se tkun f 'idejn l-attur Rodney Gauci, isem li llum stabbilixxa ruħu ferm mal-udjenza tat-teatru, partikolarment dawk tal- pantomima tal-kumpanija Teatru Rjal. Flimkien ma' Rodney, jieħdu sehem ukoll numru kbir ta' kantanti u atturi magħrufa, żeffiena u mużiċisti, direttur tal-produzzjoni, kif ukoll numru kbir ta' persuni oħra li għalkemm ma jidhrux, mingħajrhom ma jsir xejn. Il-kumpanija qed tħabbar ukoll li wara r-rappreżentazzjoni speċjali ta' lejlet l-Ewwel tas- Sena se tkun segwita minn riċeviment fis-Sala La Vallette ta' Dar il-Mediterran għal min jixtieq jibda s-sena l-ġdida f 'atmosfera ċelebrattiva. L-istess pantomima, bl-istess xenarji, l-istess atturi u l-istess kostumi, se tkun qed tittella' wkoll f 'dati differenti fit-teatru rinnovat tal-Oratorju Don Bosco fir-Rabat Għawdex f 'żewġ rappreżentazzjonijiet is-Sibt 4 ta' Jannar 2025 fis-7.30pm u l-Ħadd 5 ta' Jannar 2025 fil-5.30pm. Il-booking għal dawn ir- rappreżentazzjonijiet kollha huwa miftuħ mis-sit elettroniku ktrmalta.com jew permezz tat- telefown fuq 9947 6468 jew 9999 4987. Birgufest, il-festival annwali ġeww l-belt tal-Birgu, ser isir nhar il-Ġimgħa 10 t'Ottubru u s-Sibt 11 t'Ottubru. Organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Birgu, dan l-avveniment ikompli jikseb popolarità grazzi għal-lejl ikoniku ta' "Birgu by Candlelight". Matul din is-serata speċjali, it-toroq tal-Birgu jitfu kull dawl elettriku u t-toroq dojoq tal-Belt jinxtegħlu lura biss b'eluf ta' xemgħat, filwaqt li mużiċisti professjonali jdoqqu melodija ħelwa. Minbarra l-atmosfera romantika u l-maġija tax-xemgħat, il-festival joffri wkoll kunċerti, u l-wiri tal- knejjes, u binjiet storiċi jinfetħu bi prezzijiet imraħħsa. Dan filwaqt li binjiet pubbliċi ma jonqsux wkoll wirjiet ta' arti. Għaqdiet lokali jservu ikel tradizzjonali b'togħmiet tipikament Maltin. Il-Birgu jiftaħ il-bibien ukoll għas-suq artiġjanat u festival ta' films qosra bejn il- bastjuni mdawla bil-kuluri tiegħu. Birgufest huwa opportunità ideali biex tesperjenza l-kultura Maltija u l-istorja antika f 'atmosfera li ddawwal is-sens tal- komunità u s-sbuħija ta' din il-belt affaxxinanti. Titlifx dan l-appuntament uniku fil-qalba ta' Birgu!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 1 September 2024