Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526109
aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' SETTEMBRU 2024 • illum 04 AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Fond Soċjali Ewropew+ 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej jixtieq iħabbar li se tiġi mnedija sejħa għall-proposti ta' proġetti kif indikati hawn taħt: Prijorità 1 – It-titjib tal-impjegabbiltà u r-reżiljenza tas-suq tax-xogħol Għan Speċifiku: 4.3 - Suq tax-xogħol b` parteċipazzjoni bbilanċjata bejn il-ġeneri Prijorità 2 – It-Trawwim ta' Inklużjoni Attiva għal Kulħadd Għan Speċifiku: 4.11 - Aċċess ugwali għal servizzi soċjali u ta' kura tas-saħħa ta' kwalità Għan Speċifiku: 4.9 - Integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi Is-sejħiet jagħlqu fil-25 ta' Novembru 2024 f'nofsinhar. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni ta' proposti ta' proġetti u d-dokumentazzjoni ta' appoġġ huma disponibbli fuq https://fondi.eu/what-funding-is-available/ . Min jixtieq japplika huwa mistieden jirreferi għall-Programm tal-Fond Soċjali Ewropew+ u l-Linji Gwida tal- Eliġibbilità sabiex jiġi żgurat li l-proġetti proposti huma eliġibbli għall-finanzjament taħt din is-sejħa għall- proposti ta' proġetti. Aktar informazzjoni dwar dawn is-sejħiet, kif ukoll dwar il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, tista' tinkiseb mis-sit elettroniku https://fondi.eu/. Il-mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt. Qed tiġi organizzata sessjoni ta' informazzjoni nhar il-Ħamis, 3 t' Ottubru, 2024 mid-09:00 sa 12:00, fl- uffiċini tas-Servizzi Ewropej f'Malta – 280, Triq ir-Repubblika, Valletta. Irreġistra għas-sessjoni ta' informazzjoni billi taċċessa l-QR Code t'hawn taħt. 'IL-QRIEMA SPIĊĊAW GĦAT-TRAFFIKU JINQALGĦU MARIANNA CALLEJA L-aħħar it ġimgħat raw lil Ħal Qormi jinbidel f 'sit wieħed ta' ġebel, tifrik, traffiku u inkonvenjenza. Dan wara li numru ta' proġetti infrastrutturali nbdew simultanjament madwar il-lokalità, kemm fin-naħa ta' San Ġorġ u anke fin-naħa ta' San Bastjan, Din is-sitwazzjoni wasslet għal rabja qawwija fost il-Qriema, li ilhom iħossu l-piż ta' traffiku esaġerat, kundizzjonijiet perikolużi, u nuqqas ta' komunikazzjoni għal snin, "iżda issa żżejjed kollu żejjed." L-ILLUM niżlet fit-toroq dojoq tal-belt ta' Pinto u anke t-toroq usa' prinċipali li fihom qed iseħħ ix- xogħol u tkellmet ma' dawk l-aktar milquta. "IMWAĦĦLIN MIS-7AM SAS- 7PM, KULJUM PREĊETT." Fost dawk li tkellmet magħhom l-ILLUM kien hemm ġuvni li ta' kuljum joħroġ biex imur ix-xogħol bil-karozza. Huwa qal li ma setax jiem kif triq li s-soltu taqsamha f 'ħakka t'għajn saret tieħu 5 minuti. "Qatt mhu se nieħdu r-ruħ," qal il-ġuvnott waqt li spjega kif is-sitwazzjoni fejn iż-żona tar- roundabout tal-vittmi tal-gwerra minn dejjem kienet ħażina, imma issa saret gravi. Iż-żona speċifika li tissejjaħ wkoll "tal-imgħallaq", hija roundabout li tqabbad lil Ħal Qormi ma' Ħaż- Żebbuġ, Luqa u Marsa. Minkejja x-xogħol li sar fiha fil-passat, minn dejjem kienet sors ta' konġestjoni tat-traffiku. "Issa għalqu parti mir- roundabout, u ġejna agħar," spjega l-ġuvnott, "trid tmur il-PAVI, terġa' tinżel fl-istess triq" kompla jgħid. "Ma ninsewx li l-kummerċ żdied ħafna specjalment lejn il-PAVI, jigifieri hemmhekk diġà kien żgombru," qal ġuvni ieħor f 'messaġġ lill-ILLUM. "Tista' timmaġina issa x'qed jiġri. Diżastru sħiħ meta jkun kollox kalm. Kulma jonqos huwa aċċident f 'din l-akkwata. Niggarantilek li jekk taħseb fis-7am u ssib ħabta għandek siegħa jekk tkun b'xortik tajba biex toħroġ minn Ħal Qormi biss. Mhux nesaġera." L-istess rabja kienet riflessa f 'rakkonti oħra, fejn residenti saħqu fuq in-nuqqas ta' pjanijiet xierqa u ħsieb minn qabel. "Il-kummerċ qed jiżdied, it-traffiku ġġammjat, u l-awtoritajiet ma jidhirx li qed jagħtu kas," jgħid ħaddieħor b'dispjaċir. "X'MA JKUNX HAWN AĊĊIDENTI?" Fl-istess waqt, entitajiet differenti tal-Gvern bdew b'xogħol fejn il- knisja ta' San Sebastjan, u anke fejn l-iskola primarja ta' San Ġorġ. Fil-post tal-aħħar, biswit ħanut tal- ħobż frekwentat mhux ħażin, seħħ aċċident propju din il-ġimgħa li ħalla vittma mara ta' 77 sena. L-ILLUM tkellmet ma' xi anzjani dakinhar stess tal-inċident u staqsiethom dwar is-sitwazzjoni. "Lanqas barriers kif suppost m'għamlu," qal wieħed bejn nifs ta' sigarru u ieħor. "Alla biss jaf x'se jiġri la tibda l-iskola," qal nannu, qabel ma spjega li bintu għandha tfal żgħar u jinkwieta għalihom mhux it. Kollha qallu li qed jgħixu f 'ansjetà li jseħħ inċident fejn il-knisja ta' San Sebastjan, it passi 'l bogħod minn skola oħra li fiha għaddejja Skola Sajf. "Qed ikissru kulm'hemm. Meta titkellem jgħidulek ħalli ma nitilfux il-fondi tal-Unjoni Ewropea," qalet residenta. Anzjan ieħor fl-istess pjazzetta spjega li l-aktar li dejqitu mhux li qed isir ix-xogħol, "għax dak irid isir," iżda qed jiddejjaq li nqala' f 'daqqa, u Traffiku f'Ħal Qormi kaġun tal- kummerċ fiż-żoni tal-madwar. Ritratt ta' Jerome Caruana Cilia. Aċċident, li din il-ġimgħa li ħalla vittma mara ta' 77 sena, 'setgħa kien evitat,' skont Qriema resident viċin. Ritratt minn Facebook