Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526109
09 opinjoni IL-ĦADD 1 TA' SETTEMBRU 2024 • illum Jeanette Borg hija l-President tal-grupp 'Il-Kollettiv' Nieħdu ħsieb iż-żoni urbani JEANETTE BORG F il-ħajja mgħaġġla tal-lum, il-mistrieħ fl-urban sar neċessità. Din il-ħtieġa toħroġ ċar meta nitkellem ma' persuni li f 'dawn iż-żminijiet ta' btala jsiefru barra minn Malta. Punt li dejjem jissemma waqt dawn id-diskursati hu li anki fi bliet kbar u urbani, l-ippjanar sar b'tali mod li 'l hemm u 'l hawn żgur se ssib irqajja' armati apposta sabiex dak li jkun jistrieħ u jgħaddi ħin ta' kwalità għalih jew ma' min iħobb, imdawwar bis-siġar. F'dawn l-ibliet li fihom jgħixu eluf – jekk mhux miljuni – ta' nies li ta' kuljum iterrqu mid-dar għax-xogħol u lura, l-infrastruttura tippermetti l-ispazju neċessarju biex ir- residenti jħossuhom siguri. It-tibdiliet li Malta għaddiet minnhom fl-aħħar snin mhux bilfors iwasslu lejn it-titjib fil- kwalità tal-ħajja tan-nies li jgħixu hawn; toroq li qabel kienu sinonimi ma' ħemda li tpaxxik illum imtlew karozzi; id-djar bil-parapett mimli uri, il-bibien miżbugħin u l-gallariji Maltin saru blokok neqsin minn kull estetika lokali, li lanqas spazju pubbliku ma jkollhom; u ż-żoni rurali komplew jitnaqqru minn żvilupp spekulattiv u bla bżonn, kemm minħabba l-Pjan Lokali tal-2006 u anki għax ħafna aktar Maltin qed ifittxu li jaħarbu mill-ħamba għal dawn il- it inħawi kwieti li fadal, u li allura dan jgħolli l-prezz tal-propjetà. Ma nlumhomx lil dan-nies li jkellmuni meta jgergru kif raħalhom jew belthom tilfu l-karatteristiċi ewlenin li jagħmluhom sbieħ u li kienu jattiraw turisti ta' kwalità. Il-qerda tal-wirt mibni, storiku, kulturali u rurali ta' dawn il-postijiet qed inbatu minnha lkoll kemm aħna, għax dak li jagħmel il-ġar jaffettwa lili wkoll, u bil-maqlub. Barra minn hekk, l-istorja tintilef darba u ma terġax tiġi. KIF WASALNA F'DAN IL-PUNT? Wasalna f 'dal-punt, li aktar kemm jgħaddi żmien u ma niħdux azzjoni, iċken se jkun iċ-ċans li nirranġaw, għax qatt ma kien hemm ippjanar urban li jħares fit-tul. Mas-sulari li żdiedu ma' kull blokka ġdida li titla', żdiedu wkoll il-ħwienet, il-karozzi, l-iskart, u mingħajr ebda dubju, anke l-popolazzjoni. U dan kollu qed isir meta l-Pjanijiet Lokali li għandna daqt jagħlqu 20 sena. Timmaġinaw il-bidliet enormi li seħħew f 'Malta f 'inqas minn 10 snin? Immaġinaw issa li l-pjan għall-iżvilupp li għadna nibbażaw fuqu għandu d-doppju żmien. Mhux ta' b'xejn li bosta residenti fi rħula differenti spiss jesprimu tħassib serju dwar il-kwalità tal-ħajja u t-tkerrih tal- viċinati fejn joqogħdu. Għaliex il-Pjan Lokali tal-2006 qatt ma ġie rivedut? Għaliex, ngħidu aħna, m'hemmx regoli ċari fuq kif għandhom jinbnew dawn il-blokok ġodda sabiex jirrispettaw lir-residenti u lill-irħula u l-bliet tagħna? Il-mistoqsijiet joktru, għax nafu li n-nies mhux saqaf fuq rashom biss għandhom bżonn, imma spazji miuħa biex jistrieħu u serħan il-moħħ li Malta tagħhom jibqgħu jagħrfuha bis-sabiħ tagħha li missirijietna ħallewlna. Saru proġetti li ppruvaw itaffu dan it-tibdil kbir u malajr, iżda mhumiex biżżejjed. Insemmu l-ġonna – bosta drabi dawn ġew infilsati fi rkejjen żgħar imdawrin bil-karozzi u t-traffiku, inkella fi ġnien issib aktar konkos milli siġar, saħansitra jinżergħu siġar u pjanti u jitħallew imutu. Din mhijiex id- dinjità li jistħoqqilhom ir-residenti. X'JEĦTIEĠ ISIR? Nemmen bis-sħiħ li l-bidla trid tibda l-ewwel nett minna bħala individwi. Inutli neqirdu fuq il- kruha, jekk dak li nistgħu nsebbħu b'inizjattiva personali nħalluh kif inhu. Mela jekk għandek gallarija, ara ssebbaħhiex bi it qsari, ara l-Gvern għandux skemi li tista' tibbenefika minnhom, u fejn tara l-irregolaritajiet jew xi mostrożità tielgħa ħdejk, tieħu l-inizjattiva u tirrapporta. Il-Kunsilli Lokali għandhom irwol ċentrali f 'dan kollu. Mhu se jinbidel xejn jekk bħala residenti ma nrawmux fina nfusna r-responsabbiltà ċivika lejn xulxin. Dak li jiena nsebbaħ, qed insebbħu għalija u għalik. Dak li inti tkerrah, qed tkerrhu għalija u għalik. L-urġenza li nipproteġu l-ġid komuni qatt ma nħasset daqs issa. U allura, f 'dan il-kuntest, il-Kollettiv jaħdem ħafna mar- residenti, u b'dan il-metodu tagħna għenna sabiex jitwaqqfu gruppi ta' residenti fi rħula differenti, fosthom iż-Żurrieq, il-Qrendi, Ħal Safi, l-Imqabba u oħrajn li kkollaboraw magħna, sabiex bgħattna lill-Gvern tlettax-il punt ta' riforma fl-ippjanar b'attenzjoni partikolari għal-liġijiet u l-policies, inklużi l-Pjanijiet Lokali tal-2006. Dawn il-proposti nħmew wara numru ta' laqgħat mar-residenti, li jinkludu esperti fl-ippjanar u nies magħrufa għall-imħabba lejn raħalhom. Il-bidliet neċessarji fl-ippjanar huma punt jaħraq għall-politiċi, u hekk għandu jkun. Il-vot f 'elezzjonijiet li ġejjin se jkun iddeterminat minn kemm il-politiċi huma lesti jisimgħu, jimu u jwettqu l-bidliet meħtieġa mingħajr biża'. Insemmi l-biża' għax ilkoll nafu li hemm ħafna kallijiet kbar x'jintrifsu, kallijiet li sal-lum kissru lill-komunitajiet u l-individwi ż-żgħar. Hija l-politika għan-nies u favur in-nies se tħoll u torbot fil-ġlieda għall-kwalità tal-ħajja, u huwa għalhekk li l-Kollettiv se jibqa' jkun qrib in-nies. "Wasalna f'dal-punt, li aktar kemm jgħaddi żmien u ma niħdux azzjoni, iċken se jkun iċ-ċans li nirranġaw ..." The Commission on Gender-Based Violence and Domestic Violence, within the Office of the Prime Minister (European Funds, Equality, Reforms and Social Dialogue) is seeking to recruit the following personnel: MANAGER I (POLICY) Jobsplus Permit No. 213/2024 MANAGER I (COMMUNICATIONS) Jobsplus Permit No. 214/2024 CLERK Jobsplus Permit No. 727/2024 For further details and application guidelines contact: Commission on Gender-Based Violence and Domestic Violence, Zentrum Business Centre, Triq l-Imdina, Qormi Phone 2276 8304 / E-mail: contactus@stopviolence.gov.mt