MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 1 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526109

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' SETTEMBRU 2024 • illum opinjoni Althea Galea hija attivista favur id-drittijiet tal-annimali Pass ' il quddiem, imma l-ġlieda għal-libertà tal-annimali tkompli ALTHEA GALEA A ħna, Vuċi għall-An- nimali, nilqgħu l-leġiżlazzjoni taż-zoo tant mistennija bħala żvilupp pożittiv u li qed jittieħdu passi biex jitjieb il-benessri tal-annimali fil-magħluq. Madankollu, filwaqt li nirrikonoxxu dan il-progress, irridu nagħmluha ċara li aħna nemmnu li ż-zoos m'għandhom jeżistu xejn. L-għan finali tagħna huwa li naraw lil dawn l-annimali jerġgħu lura fil-postijiet naturali tagħhom, jgħixu liberament u mhux limitati f 'gaġeġ jew tankijiet fejn jgħixu u jmutu fil- magħluq għall-gost tal-bniedem. Huwa b'ottimiżmu kawt li ninnotaw it-tħabbir ta' din il-liġi l-ġdida, partikolarment wara d-dewmien bla bżonn ikkawżat mit-talbiet ta' ċerti operaturi taż-zoo. Sinċerament nittamaw li din il-leġiżlazzjoni waslet biex tibqa' u ma titħassarx bil-kapriċċ ta' dawk li għandhom interess personali li jisfruttaw l-annimali għad-divertiment u l-'profitt'. Aspett promettenti tal-ligi hija t-Taqsima 7(5) li tipprojbixxi interazzjoni diretta bejn il- pubbliku u l-annimali – pass kruċjali 'l quddiem. Filwaqt li l-liġi tippermetti ċerti eċċezzjonijiet, it-tama tagħna hija li ma jkunx hemm eċċezzjonijiet għaliex dan mhuwiex ta' gwadann għall- annimal imma huwa biss għall-pjaċir tal-bnedmin biex joqogħdu jiġbdu s-selfies ma' dawn l-annimali eżotiċi. Ma nistgħux ma nsemmux ukoll l-għawm mad-dniefel fit-tankijiet u l-isfruttament assolut meta ż-żgħar tat-tigri u l-orsijiet jittieħdu minn mal-omm biex il-pubbliku joqgħod jisqihom. Nappellaw lill-awtoritajiet biex din il-liġi ma tkunx biss dokument li jiġbor it-trab waqt li jippersistu prattiċi krudili imma li dawn jitwaqqfu darba għal dejjem. Ħaġ'oħra li xtaqna nsemmu huwa t-tgħammir ta' dawn l-annimali fejn aħna nipproponu li dawn l-annimali għandhom jiġu msewwija u bl-ebda mod m'għandhom jingħataw permess biex jitgħammru. Nemmnu li dan huwa bla bżonn u mhux ta' gwadann għall-annimali nfushom. L-unika raġuni għalfejn jitgħamrmu huwa biex jinbiegħu lill-individwi u żgur mhux għal xi forma ta' konservazzjoni. Ma narawx għalfejn għandhom jingħataw permessi biex ikollhom iż-żgħar għaliex dawn jispiċċaw fi tpartit qawwi f 'pajjiżi bħal-Libja fost oħrajn. Strutturalment, din il- leġiżlazzjoni tidher li hija titjib fuq liġijiet preċedenti. Madankollu, is-suċċess tagħha jiddependi fuq infurzar effettiv. Id-Direttur responsabbli mis- Servizzi Veterinarji għandu jieħu din ir-responsabbiltà bis-serjetà, minħabba n-nuqqasijiet fil-passat tad-Dipartiment tar-Regolament Veterinarju fil-protezzjoni tal-annimali. Ir-responsabbiltà hija fuq il-Gvern li jiżgura li l-operaturi taż-zoo jikkonformaw mal-liġi, u ma jippermettux li jagħmlu deċiżjonijiet huma, li ħafna drabi twassal għal standards laxki u tbatija kontinwa għall-annimali involuti. It-tħassib tagħna huwa jekk din il-liġi hix se tapplika għall- istabbilimenti kollha li jużaw l-annimali għad-divertiment, inkluż dawk li joperaw mingħajr liċenzji. Aħna naraw din il- leġiżlazzjoni bħala pass pożittiv 'il quddiem, iżda nemmnu bis-sħiħ li għandha tkun akkumpanjata minn reviżjoni sħiħa tad-Dipartiment tar-Regolament Veterinarju, linji gwida ċari, u infurzar rigoruż. Aħna lesti li nikkontribwixxu għal dawn l-isforzi. Filwaqt li din il-leġiżlazzjoni l-ġdida tista' ġġib xi titjib fil- ħajja tal-annimali fil-magħluq, il-pożizzjoni tagħna tibqa' soda: nopponu li dawn il-kreaturi jinżammu f 'gaġeġ għal ħajjithom kollha. Ir-rebħa vera għall- benessri tal-annimali se tasal meta kull annimal ikun liberu li jgħix kif intenzjonat fin-natura – mhux wara l-gaġeġ, imma fis- selvaġġ fejn jappartjenu. Sakemm jasal dak il-jum, il-ħidma tagħna tkompli. "Filwaqt li nirrikonoxxu dan il- progress, irridu nagħmluha ċara li aħna nemmnu li ż-zoos m'għandhom jeżistu xejn."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 1 September 2024