16
natura
IL-ĦADD 8 TA' SETTEMBRU 2024 • illum
Irnexxilek tara wieħed minn dawn?
Il-passa tal-ħarifa bdiet sewwa,
bl-għasafar Ewropej jibdew il-
vjaġġ tagħhom għall-Afrika biex
jaħarbu l-ġranet kisħin. Is-siġar
u n-natura tal-Buskett huma
kurċjali, bl-għasafar tal-priża
jaslu minn Sqallija, jistrieħu
hemm matul il-lejl, u jbakkru
filgħodu għall-Afrika ta' fuq.
Sfortunatament il-kaċċa llegali
theddedilhom il-vjaġġ. Jekk
tkun xhud ta' kaċċa llegali, tista'
tirraporta fuq 79255697.
Mhux rari li naraw amingu,
speċjalment fl-aħħar tas-
Sajf, u fil-fatt mhux l-ewwel
darba li nisimgħu b'xi
wieħed minnhom isir vittma
tal-kaċċa llegali fil-ħarifa
Il-Bagħad l-Aħmar huwa
l-aktar għasfur tal-priża
komuni li jidher, l-aktar
fil-bidu tal-Ħarifa. (Ritratt:
Aron Tanti)
Min irabbi n-naħal
ma tantx japprezzah
għalkemm Qerd in-
Naħal iħuf fis-sema,
u jsebbaħ l-ambjent
bil-kuluri eżotiċi
tiegħu. (Ritratt:
Aron Tanti)
Kingfisher, magħruf bil-
Malti bħala l-Għasfur ta' San
Martin ipassi l-aktar bil-lejl.
Dawn jidhru frekwentament
lejn l-Għadira, is-Salina u
anke fir-riserva natural tas-
Simar. (Ritratt: Aron Tanti)
Minkejja d-daqs kbir
tagħha, il-Kuċċarda, iżomm
dieta ta' insetti, l-aktar
naħal u żnażan, b'ġisimhom
addattat biex isostni
it-tingiż tal-istess insetti.
(Ritratt: Aron Tanti)
L-iktar komuni fl-Ewropa u
l-Asja l-Ekru huwa wieħed
mill-aktar għasafar dħulin u
fidil. Faċli tagħraf ekru raġel,
minħabba il-lewn safrani
tiegħu u l-kappa sewda fuq
rasu. (Ritratt: Aron Tanti)