Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526408
www.illum.com.mt NRU 931 €1.25 IL-ĦADD 8 TA' SETTEMBRU 2024 ALEX AGIUS SALIBA U IAN BORG INTERVISTI PAĠNI 6 - 8 ĦAMES AWTURI JITKELLMU DWAR IT-TIFSIRA KULTURALI WARA JUM IL-VITORJA Il-Kandidati primi tal-PL jaħarbu mill-kwistjoni taħraq ta' Joseph Muscat Rosianne Cutajar tirritorna b'attakk fuq Roberta Metsola PROBLEMA SERJA BIEX JINSTABU NIES IMEXXU AĠENZIJA JEW ENTITÀ INTERVISTI PAĠNI 6 - 8 OPINJONI PAĠNA 9 PAĠNA 15 Mark Sammut, li kien kap eżekuttiv tal-istazzjon nazz- jonali mhux se jkompli fil-kariga tiegħu. Sammut, li ilu ma jidħol il-PBS għal dawn l-aħħar ġimgħat, jinsab Flori- da fejn għandu residenza sekondarja. Sammut se jibqa' mfakkar għat-tneħħija tiegħu ta' Nor- ma Saliba – li issa qed tikkontesta għall-kariga ta' Presi- dent tal-Partit Laburista – minn Kap tal-Aħbarijiet qabel ma' ħatar lis-CEO tal-PBS bħala editur reġistrat tal-kam- ra tal-aħbarijiet. TVM għadu bla editur uffiċjali li jmexxi l-kamra tal-aħbarijiet sal-ġurnata tal-lum. Taħt Sammut, l-istazzjon introduċa żewġ stazzjonijiet ġodda: TVMNews+ u TVMsports. Matul żmienu, PBS baqa' suġġett għall-kritika mill-Partit Nazzjonalista għal aħbarijiet "infiltrati bi propoganda Laburista". Sorsi mill-Gvern qalu lill-ILLUM li għad ma nstabux kan- didati biex jissostitwixxu lil Mark Sammut. Rapporti preċedenti li l-kariga kienet se tintlaħaq mill-Kummis- sarju tal-Films Johann Grech ġew miċħudin. Meta mistoqsi għal kumment, Grech qal li l-ħatra tiegħu rrappurtata kienet aħbar għalih, u li huwa, "kompleta- ment iffukat fuq l-industrija tal-films." Il-kandidati għal Deputat Mexxej Laburista għall-Affarijiet Parlamentari u tal-Partit Alex Agius Saliba u Ian Borg ħarbu mill-kwistjoni taħraq ta' Joseph Muscat. F'Intervista mal-ILLUM iż-żewġ kandidati kienu pragmatiċi u kawti fuq is-suġġett meta mistosija jekk il-Partit Laburista għandux iwarrab l-eks mexxej tiegħu. Filwaqt li Agius Saliba stieden għall-bqija tas- sistema ġudizzjarja ħielsa u bla influwenzi politiċi, Borg ħa l-okkażjoni biex jiddeskrivi l-istorja tal-partit u l-evoluzzjoni tiegħu. Borg qies li l-partit għandu jinkorpora ideat ġodda biex ikompli jippreżenta ruħu bħala għażla preferuta għall-futur tal-pajjiż, minflok jinkwieta fuq dak li seħħ taħt it-tmexxijiet passati. Min-naħa l-oħra, Agius Saliba saħaq li l-proċessi ġudizzjarji għandhom jimxu b'mod indipendenti, mingħajr ma jiġu użati bħala strumenti politiċi. Il-Gvern Laburista ta' Robert Abela qed jesperjenza problema akuta biex isib persuni tajbin li huma lesti jaċċettaw jaffrontaw sidirhom u jmexxu aġenziji jew entitajiet. Dan għaliex ħafna minnhom mhumiex lesti biex ikunu l-mira ta' attakki kontinwi mill-Oppożizzjoni, jew li jispiċċaw PEPS (Politically Exposed Persons). Apparti hekk, jidher li hemm esperjenzi ripetuti, ta' każijiet fejn persuni magħżula biex imexxu entità ġew abbandunati minn Kastilja jew inkella akkużati pubblikament b'falliment meta ħafna drabi ma kienx it-tort tagħhom. Fost in-numru ta' kapijiet eżekuttivi jew chairmen li qed jirriżenjaw, minkejja l-pagi pjuttost tajba tagħhom, hemm Ivan Falzon ta' Infrastructure Malta u issa Mark Sammut mill-PBS. Fost it-tgergir, hemm il-mistoqsija ta' ħafna, dik jekk hux sewwa li jaċċettaw li jieħdu l-irwol sentejn qabel elezzjoni ġenerali fejn qed jingħad il- Partit Laburista mhux se jsibha faċli biex jirbaħ lill-Partit Nazzjonalista. Biex isolvi din il-problema Robert Abela lest imur kontra dak li kien stqarr pubblikament f 'Novembru 2020 meta kien qal li hu ma jaqbilx li l-kapijiet eżekuttivi jkomplu jagħmlu xogħol privat waqt li jkunu kap eżekuttivi għax il-paga tiegħu jew tagħha hija ferm adekwata. Fil-fatt diġà hemm kapijiet eżekuttivi li qed jagħmlu xogħol privat waqt ix-xogħol tagħhom mal-entitajiet. Kapijiet eżekuttivi normalment jaqilgħu fuq €80,000 fis-sena, apparti dħul ieħor marbut max- xogħol tagħhom. Din il-problema mhux limitata għall-Gvern Laburista, anzi kien wiegħed li titranġa wara li ħa r-riedni mill-Gvern Nazzjonalista u osserva bosta persuni jżommu x-xogħol privat tagħhom waqt il-qadi ta' kap eżekuttiv jew chairman.